Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 103 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar, u kemm sewa x-xogħol biex it-triq terġa’ tiġi fi stat tajjeb?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tindika għal liema xogħol li sar f’din il-parti tat-triq qed tirreferi għalih f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta kompletament Triq San Ġorġ Preca fil-Ħamrun? Jista' jgħid ukoll x'wassal biex din it-triq għadha mhijiex lesta sal-lum?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Ġorġ Preca, Ħamrun, hija triq li inkludiet it-tibdil tas-servizz fosthom drenaġġ, ‘stormwater’, cable tal-Enemalta, ‘potable water’, kif ukoll streetlighting ġdid. It-triq kellha disinn ġdid minħabba r-rotta taċ-ċiklisti li tgħaddi minn din it-triq. Saru ukoll pavimenti ġodda kif ukoll parking bays tal-konkos għal parking tal-karozzi fit-triq. Dan ix-xogħol baqa’ dieħel ukoll sa l-ewwel biċċa ta’ Triq Nazzjonali l-Ħamrun.
Dan ix-xogħol kellu jinqasam f’żewg fażijiet minħabba l-iskola St. Joseph li tinsab f’nofs tat-triq. L-ewwel parti kienet minn Triq Joe Gasan sa Triq Mountbatten u it-tieni fażi saret minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp. Minħabba l-operat tal-iskola, fejn l-operat tat-transport tat-tfal ma setax jitħarbat waqt il-ħinijiet tal-iskola, x-xogħol ġie ffukat fuq l-ewwel fażi fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa, bi ftehim mal-stess skola. Ix-xogħol tal-asfalt fl-ewwel fażi tat-triq, mingħajr il-wearing, sar ukoll fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa.
Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi, li jinkludu parti minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira San Ġużepp, bdew minnufih wara t-tlestija tal-ewwel fażi. L-asfalt tat-tieni fażi tat-triq ma setgħax isir minhabba l-perjodu tal-eżamijiet li jsiru fl-iskola ta’ St. Joseph u kif ukoll l-operat tal-iskola innifisha. Għaldaqstant ix-xogħol tal-asfalt tat-tieni parti tat-triq, dik minn Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp, mingħajr il-wearing, huma ppjanati li jsiru fil-ġranet li ġejjin, fejn ħa jsir bini ġdid tat-triq innifisha.
Ix-xogħol tal-wearing, li ha jkun qiegħed jinkludi, Triq Joe Gasan, Ħamrun, Triq San Ġorġ Preca (iż-żewg fażijiet) u Triq il-Kbira, San Ġużepp (quddiem il-bus stop Blata l-Bajda 1), ħa jkun qiegħed isir bejn fil-ġimħat li ġejjien.
Permessi għall-bini approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ġew approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 għal:
(i) blokok ta’ appartamenti;
(ii) lukandi;
(iii) high-rise developments;
(iv) commercial complexes;
(v) industrial developments; u
(vi) villas u bungalows?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati construction permits matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, maqsuma skont il-lokalità u t-tip ta’ żvilupp?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isiru l-implimentazzjonijiet t’għajnuna lis-settur tal-volontarjat mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta, li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed tipprovdi taħriġ bażiku b’xejn dwar is-saħħa u s-sigurtà lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-organizzazzjonijiet volontarji. Dan it-taħriġ għandu l-għan li jqajjem aktar għarfien dwar kif dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jimmaniġġjaw is-saħħa u s-sigurtà fl-attivitajiet varji tagħhom. Fil-futur, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se tkun qed toħroġ ukoll linji gwidi imirratati għal dawn l-organizzazzjonijiet.
Ħal Qormi – Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa – Problema tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanijiet dwar kif ser tissolva l-problema ta' traffiku fil-junction magħrufa bħala tal-Imgħallaq u ċjoè; Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti data dwar meta ser jibda x-xogħol ta' rikostruzzjoni mill-ġdid minn Infrastructure Malta, ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u kemm huwa indikat li se jdum dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji (timeframes, fażijiet u data tal-bidu tax-xogħlijiet) dwar il-proġett ta' twessigħ parzjali minn Infrastructure Malta fi Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja) fil-limiti tas-Siġġiewi, meta ser jibda x-xogħol u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tal-fażijiet u timeframes tal-proġett li għaddej preżentement minn Infrastructure Malta fi Triq ta' Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 399 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża ta' €10.6 miljun li ġie jiswa l-proġett tal-pjazza ta' Buġibba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-investiment fuq ix-xogħlijiet li saru fiż-żona tal-pjazza ta' Buġibba, Triq Sant Antnin, Triq il-Bajja (Triq il-Pijunieri) u Dawret il-Gzejjer ammontaw għal €10,246,030.35c, ninfurmah ukoll li f' dan il-proġett saru xogħlijiet:
- taħt l-art għall-infrastruttura ġdida, li nkludew, tibdil ta’ servizzi – drenaġġ, ilma, elettriku u telekommunikazzjoni, walkthrough service culvert li fih qed jieħu s-servizzi msemmiha, sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita, inkluż ġibjun taħt il-pjazza, sistema ta’ silt traps għat-tindif tal-ilma, balance tank u pompi għall-funtana u sistema ta’ tisqija (irrigation).
- mal-promenade tneħħiet l-istruttura ezżistenti sa fuq is-soqfa tal-boathouses, biex inbniet struttura ġdida, bażi u kolonni ġodda biex inbniet il-gallerija, u bankini u triq mill-ġdid.
- fuq il-wiċċ ġdid tal-pjazza u toroq tal-madwar kif ukoll bankini ġodda bil-porfido.
- ta' għamara ġdida li tinkludi bankijiet fil-pjazza, t-toroq u l-promenade, siġar u pjanti kif ukoll sistema ta’ dawl ġdida, arbli ġodda fuq il-promenade, pjazza u toroq imsemmiha, bollard luminaries, planter luminaries, ventilation grills u tree grills (fi Triq Sant Antnin u Triq il-Pijunieri/Bajja, funtana, u timber decking madwar l-area fil-pjazza, bike racks, bins, u tliet shading canopies.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.08, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sal-aħħar ta' Ġunju 2026, inħarġu 882 ċitazzjoni għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.08.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.06, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sal-aħħar ta' Ġunju 2026, inħarġu 1,122 ċitazzjoni għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.06.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 405 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, f’Ħal Qormi, għaddej xogħol infrastrutturali fi Sqaq fi Triq tal-Ħandaq, Triq l-Isqof Scicluna u Triq il-Wied. Fit-tielet kwart ta’ din is-sena ser jibda xogħol infrastrutturali fi Triq Daniel Spiteri Sacco u fir-raba’ kwart ta’ din is-sena hemm pjanat xogħol fi Triq Prof Carmelo Coleiro u Triq Mro Giuseppe Camilleri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 404 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-raba’ kwart ta’din is-sena, f’Ħal Luqa, hu ppjanat li jibda’ xogħol infrastrutturali fi Triq Indri Micallef, Triq Ċensu Decandia, kif ukoll parti minn Triq il-Biedja, Ħal Farruġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 403 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, fis-Siġġiewi, għaddej xogħol infrastrutturali fi Sqaq fi Triq il-Panoramika, Triq Mons Mikiel Azzopardi u Triq ta' Bur il-Kbir.
Persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b' xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 417, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li turi n-numru ta’ persuni taħt -il 21 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma xahar b’xahar u skont il-ġeneru tagħhom.
PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL LI GĦANDHOM INQAS MINN 21 SENA
Xahar
Irġiel
Nisa
2022
2023
2024
2025
2026
2022
2023
2024
2025
2026
Jannar
59
70
69
80
83
26
31
28
39
43
Frar
74
62
72
79
93
25
31
27
27
44
Marzu
69
78
67
67
101
26
29
29
25
40
April
54
79
72
65
131
25
24
31
21
46
Mejju
57
73
96
59
125
28
21
28
20
50
Ġunju
56
63
95
51
18
19
22
22
Lulju
51
54
93
57
22
22
20
29
Awwissu
54
60
88
67
32
25
26
24
Settembru
54
62
90
72
35
27
23
28
Ottubru
57
62
92
85
31
31
27
34
Novembru
64
55
82
80
31
34
35
34
Diċembru
64
57
87
79
29
26
43
32
*L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2026