Peress li f'Ġunju li għadda il-Ministru qal li jinsasb infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-iżvilupp dwar il-proġett tal-Multi Level Car Park f'Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress minn dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-proġett msemmi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34105, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol imsemmi sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq ir-retaining wall tlestew mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Transport Malta qed tipprepara biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq il-bażi u l-wiċċ tat-triq.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir loading/unloading bay fi Triq San Pawl fir-Rabat, faċċata tal-parkeġġ magħruf bħala l-Għalqa ta' Kola għax f'din l-area hemmm numru kbir ta' ħwienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji ta' Transport Malta, irriżulta li ma' hemm l-ebda talba għal kaxxa għall-ħatt u tagħbija ta' merkanzija għall-ħwienet
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu ikkalkulat li tlesta fil-bini taċ-Ċirkewwa Terminal? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta fil-binja l-ġdida taċ-Ċirkewwa Terminal huwa ta' madwar 90% u madwar 60% għall-proġett kollu. Ix-xogħol kollu tal-proġett huwa ippjanat li jitlesta f'Jannar 2013. Madankollu, it-terminal il-ġdid se jibda jintuża din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fil-proġett tal-Baċir Nru.1? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-pavimentar ġdid li qiegħed isir fil-Belt ma jibqax jiġi mtebba' biż-żjut ta' vetturi li jgħaddu minn fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Wied il-Għajn — servizz ta' trasport pubbliku għall-Bormla
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35776 u jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern li r-rotta li qabel kienet ir-rotta 124 u issa saret 22 u qabel ir-riforma ta' trasport din ir-rotta kienet titlaq minn l-Isla u tmur Wied il-Għajn terġa tiġi introdotta u cioè li ċ-ċittadini tal-Isla mgħandhomx għalfejn jimxu sa Bormla biex jużaw it-trasport ta' Wied il-Għajn imma ikun hemm karozza tal-linja li tibda mill-Isla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li erba' securities ġew sospiżi mix-xogħol f'Lulju 2011? Jista' jgħid minn sitt securities kienu ġew sospiżi erba' biss meta dawn kienu qegħdin duty fl-istess shift ta' dik il-ġurnata partikolari? Jista' jgħid x'wassal sabiex ittieħdet din id-deċiżjoni? Jista' jagħti spjegazzjoni għaliex saret distinzjoni bejn dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista' l-Onor Interpellant jispeċifika għal liema securities qed jirreferi?
informazzjoni dwar opri tal-baħa li għandha Transport Malta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30543, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kiri ta' opri tal-baħar mingħand kuntratturi privati mill-2010 sal-lum? Jista' jagħti rendikont separat u d-dettaljat ta' min fejn ġew mikrija dawn l-opri flimkien max-xogħol konness? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' sub-contracting ingħata fuq dan it-tip ta' xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2010 sal-ġurnata tal-lum dawn il-kuntratturi ġew imqabbda joffru servizz ta’ opri tal-baħar, hekk kif muri hawn taħt:
Pilot Launch € 1,040.00
Kenneth Spiteri € 5,544.40
Ebsons € 3,104.74
United € 2,891.09
Oh Yeah € 116.00
Boat Maintenance € 325.50
Il-maġġoranza ta’ dawn ix-xogħlijiet kien jirrigwarda t-trasferiment ta’
technicians
fuq bagi, u l-kumplament kien relatat ma’ xogħol ta’
surveys
u spezzjonijiet fuq infrastruttura marittima minn impjegati tal-Awtorita’ u konsulenti tagħha. Mar sar l-ebda
sub contracting
fuq dan it-tip ta’ xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-safar li ġie provdut minn Trasport Malta matul is-sena 2010 sal-lum xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienu destinazzjonijiet u x'kienet ir-raġuni għal kull destinazzjoni? Jista' jagħti d-dettalji u jindika min kienu dawk l-uffiċjali jew impjegati li marru f'dawn id-destinazzjonijiet flimkien mal-gradi li jokkupaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu fi Transport Malta? Jista' jgħid x'tip ta' xogħlijiet jesegwixxu dawn il-konsulenti? Jista' jagħti dettalji separatament dwar il-kuntratti u s-salarji kif ukoll l-benefiċċji provduti lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuna upgraded għall-assastant manager
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-Enforcement Department tat-Trasport Malta ġie upgraded impjegat li kellu grad ta' detail officer għal dak ta' assistant manager wara li uffiċjal ittermina l-impjieg li kien jokkupa l-grad ta' manager fl-istess dipartiment? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma nħarġetx call for application għal dan il-post imsemmi? Jista' jgħid jekk hux minnu li ġie mġedded iż-żmien għal din il-persuna meta dan suppost irtira mix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega għal min qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont separat xahar b'xahar ta' kemm sar parkeġġ f'kull park and ride li nħoloq mit-3 ta' Lulju 2011 sal-lum? Jista' jgħid ukoll kull park and ride kemm-il parkeġġ għandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tan-numru ta’ parkeġġi ġewwa l-Park and Rides, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20463.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Pender Gardens — xogħol li qed joħloq inkonvinjent
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36129 u jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol qrib Pender Gardens peress li qed ixekkel il-flow tat-traffiku permezz ta' obstruction ta’ triq arterjali prinċipali u anki b’bus terminus fil-qrib? Meta nbeda dan ix-xogħol u meta huwa mistenni jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-proġett in kwistjoni, għalkemm għandu l-permessi meħtieġa mingħand Transport Malta, huwa żvilupp privat li ma' jaqax taħt il-kontroll tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta flimkien mal-kumpanija Arriva tinvestiga ċ-ċaqliq tal-bus stop lejn Tas-Sliema meta wieħed ikun ġej minn Baħar iċ-Ċagħaq għaliex dik li kien hemm quddiem High Ridge issa tniżżlet għal qrib il-Wembley Garage, St Andrews – xi ħaga li tolqot fil-laħam il-ħaj lir-residenti speċjalment meta jkun l-maltemp?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-bus stop tneħħa minn din iż-żona minħabba raġunijiet ta' sigurta'. Minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita', fl-inħawi msemmija ma' nstabx post adekwat fejn jista’ jitwaħħal bus stop li ma jkunx ta' periklu għal dawk illi jridu jużawh.
Infurmat ukoll li l-
bus stop
ta’ quddiem il-Wembley Garage f' St Andrews ilu jintuża għal numru ta’ snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-mafkar ta' Jum ir-Repubblika li kien jinsab fi Triq Diċembru 13? Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsab dan il-mafkar bħalissa u għaliex inqala' minn postu mingħajr method statement professjonali u mingħajr indikazzjoni x'se jsir minnu kif jitolbu r-regolamenti u s-sens komun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba x-xogħlijiet tal-bini ta’ underpass fi Triq Diċembru 13 u minħabba li dawn jinkludu wkoll il-bini mill-ġdid tat-triq, il-monument ta’ Jum ir-Repubblika kellu jinqala’ biċċa biċċa mingħajr ma ssirlu ħsara u jitpoġġa temporanjament ġo store. Qabel jitlesta l-proġett, dan il-monument se jerġa’ jitpoġġa fi Triq Diċembru 13 f’post identifikat mill-bidu fid-disinn. Fil-proċess huwa maħsub li dan il-monument jitnaddaf u jiġi rrestawrat.
Biex sar dan ix-xogħol, Transport Malta kienet inkarigat Perit li jaħdem fir-restawr biex jikteb
method statement
ta’ kif għandu jsir ix-xogħol, li ġie ppublikat mat-
tender
tax-xogħlijiet bħala linji gwida. Qabel ma beda x-xogħol fuq il-monument, il-kuntrattur ippreżenta
method statement
miktub minn Perit li jaħdem fir-restawr biex jispjega kif se jsir ix-xogħol.