Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31831 fejn ġie mwieġeb li “Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-dejta miġbura mir-returns tat-taxxa ppreżentati u ddikjarati minn operaturi fis-settur tar-ristoranti madwar il-pajjiż.”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dejta miġbura u jippreżenta l-
workings
illi fuqhom wasal għaċ-ċifra ta’ “€4,500 fis-sena” msemmija fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u lil min tħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31469, jista’ l-Ministru jgħid f’liema gradi u kemm hi l-paga ta’ kull ħaddiem (mingħajr ma jissemmew ismijiet) li attwalment hemm mal-Airmalta u ċjoè d-19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €82,448.59? Jista’ jgħid ukoll kif din l-ispiża titqassam grad, grad?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata minħabba li faċilment wieħed jidentifika s-salarju mal-persuni li baqgħu hekk kif in-numru huwa żgħir.
Tali nformazzjoni għalhekk tista’ tikkostitwixxi ksur tal-privatezza tad-data tal-individwu.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li ddikjaraw li jaqilgħu €200,000 u iktar fis-snin 2024 u 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 1,595 persuna li ddikjaraw income ta’ aktar minn Eur 200,000 għas-sena 2024.
Informazzjoni dwar l-2025 tkun tista’ tingħata fl-aħħar tas-sena dieħla wara li jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena 2025.
Setturi tal-iżvilupp tal-proprjetà, il-kostruzzjoni u l-kiri ta’ proprjetà - Dħul
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi tqassim annwali dettaljat tad-dħul dirett u indirett kollu li rċieva l-Gvern u l-entitajiet relatati miegħu mis-setturi tal-iżvilupp tal-proprjetà, il-kostruzzjoni u l-kiri ta’ proprjetà, għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, billi jispeċifika:
i. it-taxxa fuq id-dħul u ħlasijiet ta’ taxxa proviżorja ddikjarati minn kumpaniji u individwi li jaħdmu fl-iżvilupp tal-proprjetà, fil-kuntrattar tal-kostruzzjoni, fil-finishing, u fl-attivitajiet ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli;
ii. it-taxxa miġbura fuq il-bejgħ u t-trasferiment ta’ proprjetà immobbli, inkluża t-taxxa finali fuq il-qligħ (final withholding tax), it-taxxa fuq il-qligħ kapitali (capital gains tax), u d-dazju fuq dokumenti u trasferimenti (stamp duty);
iii. id-dħul mit-taxxa fuq il-kiri, kemm fit-tul kif ukoll kirjiet qosra (inklużi kiri residenzjali privati, kiri kummerċjali, u akkomodazzjoni turistika), billi jiġi indikat jekk hemmx rapportar separat bejn individwi u kumpaniji; u
iv. it-taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) miġbura fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, servizzi professjonali u tekniċi, kiri ta’ postijiet kummerċjali, u operazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni għal żjarat qosra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2021 hi ta’ 7.3%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2022 hi ta’ 7.1%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Is-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku - Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28515 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku kull sena minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Servizzi professjonali marbuta mal-industrija tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni - Dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul derivat minn servizzi professjonali marbuta mal-industrija tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni, inklużi servizzi ta’ arkitettura, inġinerija, surveying, legali, kontabilità u sensarija għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ekosistema usa tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni - Dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul iġġenerat b’mod indirett permezz tal-ekosistema usa tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni, inklużi dazji fuq l-importazzjoni, taxxi doganali jew sisa fuq materjali tal-bini, prodotti tal-finishing, makkinarju tqil, u vetturi użati fis-settur għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31643 u jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2023 hi ta’ 7.6%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31640 u jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2024 hi ta’ 7.8%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif wasal għad-dikjarazzjoni li saret minnu li r-ristoranti jħallsu bħala corporate tax medja ta’ €4,500 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-referenza għal dik il-figura hija li, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, il-medja ta’ taxxa fuq il-profitt li jħallas ristorant f’pajjiżna tammonta għal €4,500 fis-sena.
Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-dejta miġbura mir-returns tat-taxxa ppreżentati u ddikjarati minn operaturi fis-settur tar-ristoranti madwar il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ pensjonanti li ser jirċievu ż-żieda ta’ €10 imħabbra fil-Baġit għall-2026, kif ukoll in-numru ta’ pensjonanti li se jitilfu benefiċċji addizzjonali minħabba li b’din iż-żieda ma jibqgħux intitolati għalihom? Jista’ wkoll jelenka liema huma dawn il-benefiċċji u kemm jammontaw, u kemm huwa kull benefiċċju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk iż-żieda ta’ €10 lill-pensjonanti tinkludix iż-żieda tal-COLA ta’ €4.66, jew jekk hijiex separata minnha? Jista’ wkoll jispjega liema perċentwal miż-żieda ta’ €10 se jibqa’ f’idejn il-pensjonant jekk dan jgħix f’dar tal-anzjani u parti mill-pensjoni tiegħu titnaqqas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit li sar nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.