Legislature:
Category:
Reset
Active:

Postijiet tal-Gvern — xogħlijiet ta' rinovar u manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11303 u jgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Skema 'Nikru biex Nassistu' — proċedura għal kiri lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11306 u jgħid, l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kif titmexxa u ċjoè x’inhi l-proċedura sabiex sid privat jikri post lill-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex sid privat jikri post lill-Awtorità tad-Djar, taħt l-iskema Nikru biex Nassistu, dan għandu jissottometti applikazzjoni taħt l-istess skema. Informazzjoni dwar l-iskema, kif ukoll l-applikazzkoni innifisha, tista’ tiġi aċċessata mis-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar www.housingauthority.gov.mt. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà li dwarha tiġi sottomessa applikazzjoni, tiġi spezzjonata u evalwata minn Perit imqabbad mill-Awtorità.

Skema 'Nikru biex Nassistu' — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11307 u jgħid, minn meta twaqqfet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm applikaw sidien biex jikru lill-Awtorità tad-Djar? Kemm minnhom ġew aċċettati? F’liema lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet l-iskema Nikru Biex Nassistu, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 289 applikazzjoni, li minnhom ġew aċċettati 112, f’dawn il-lokalitajiet ; San Pawl il-Baħar Mosta Mellieħa Żurrieq Fgura Zabbar Zejtun Zurrieq Ħal Tarxien Wied il-Għajn Birżebbuġa Ħamrun San Ġwann Marsaxlokk Santa Venera Rabat Lokalitajiet madwar Għawdex

Awtorità tad-Djar — sistema għal għażla tal-binjiet u postijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11308 u jgħid x’sistema tintuża biex issir l-għażla dwar liema binjiet u postijiet għandhom jinkrew lill-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex proprjetà tinkera mill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-iskema. Il-proprjetà tiġi spezzjonata u evalwata ukoll minn Perit imqabbad mill-Awtorità.

Awtorità tad-Djar — periti - valur ta' proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11309 u jgħid jekk hemmx periti li jmorru jivverifikaw il-valur tal-proprjetà li se tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, min huma dawn il-periti u kif ġew magħżula/imqabbda? Kemm jitħallsu għal kull viżita? X’tikkonsisti kull viżita?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, għandha Periti li jivverifikaw il-kundizzjoni tal-proprjetà li tkun ser tinkera lill-istess Awtorità, taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Il-professjonisti li qed jagħmlu spezzjonijiet tal-proprjetajiet, kemm tal-pjanti kif ukoll spezzjonijiet fuq is-sit tal-proprjeta`, jitħallsu għal kull evalwazzjoni li jagħmlu. Ir-rata li qegħdin jitħallsu il-Periti mqabbda hija ta’ €35 meta issir evalwazzjoni tal-pjanti li jiġu sottomessi u €70 meta issir l-on-site inspection tal-proprjeta`.

Stallazzjoni ta' lift fi flat tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11855 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11351, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jispiċċa x-xogħol fuq il-lift fil-flat tal-Gvern imsemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq il-lift li saret referenza għalih f’Mistoqsija Parlamentari 11351, huwa proġettat illi jitlesta sal-aħħar ta’ Frar 2020.

Aġenzija Appoġġ – social contract – każ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kuntratt (social contract) ieħor wara dak li kien iffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2017, liema kuntratt kien dakinhar iffirmat taħt il-ħarsien tal-Aġenzija Appoġġ rappreżentat mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) u tal-ġenituri, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (b) biex it-tfal li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (c) jitpoġġew taħt il-kustodja tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (d)? Jekk iva, jista’ jgħid min iffirma u meta sar l-kuntratt? Jista’ jgħid jekk dawn it-tfal, fil-ġurnata li titwieġeb din d-domanda, għadhomx taħt il-kustodja tal-individwi (d) u jekk iva jistax l-Ministru jikkonferma li hemm kuntratt (social contract) biex dan ikun jista’ jsir? Jista’ jgħid jekk il-ġenituri llum jistgħux jaraw lit-tfal tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ huwa sub judice u ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela informazzjoni dwaru, f’dan l-istadju.

Supportline 179 – telefonati ġenwini

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2019, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, kemm kien in-numru totali ta' telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej; SPL 179: Telefonanti Ġenwini – Jannar – Ġunju 2019 Totals Aids or HIV 15 Alcohol 62 Anxiety 51 Behavioural problems 119 Bereavement 16 Bullying 26 Child abuse – emotional 39 Child abuse – internet 3 Child abuse – neglect 88 Child abuse – physical 60 Child abuse – sexual 17 Depression 236 Disability related issues 20 Domestic Abuse – emotional 260 Domestic Abuse – neglect 11 Domestic Abuse – physical 196 Domestic Abuse – sexual 2 Drugs 89 Elderly 123 Financial 10 Fostering 48 Gambling 11 Homeless 173 Housing related issues 19 Information – internet 39 Information – services 681 Legal issues 77 Listening 2000 Loneliness 611 Marital or partners 83 Medical or terminal illnesses 25 Mental health 308 Others 283 Parent-child relationship 123 Persons in separation process 88 Pregnancy related issues 10 Rape 0 Refugees 6 Relationship problems and family problems 195 Residential homes 4 School related issues 3 Sexuality related issues 6 Single parents 2 Single persons 9 Suicide 99 Unemployment 2 Usury 4 Volunteer called 7 Totals 6359 Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-klijenti li jirrikorru għall-għajnuna tal-179 jaf ikollhom aktar minn problema waħda, it-tabella qiegħda tindika biss il-problema/sitwazzjoni prinċipali li l-klijent jirraporta dwarha meta jċempel l-179.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda uffiċċjal fid-deskasteru tiegħi li għandu aċċess għal credit card.

Birkirkara – servizz ta’ tuk tuk għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasportm Infrastruttura u Proġetti Kapitali u jgħid meta se jibda jaħdem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala tuk tuk min Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku bħalma għandhom il-Mosta, il-Gżira, iż-Żurrieq, il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Msida, l-Mtarfa, ir-Rabat u ta' Xbiex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-Silver-T, beda bħala proġett pilota fi 3 lokalitajiet. Dan is-servizz kompla jikber u issa qiegħed jopera b’kollox f’10 lokalitajiet. Filfatt, l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità tinsab għaddejja bil-preparamenti meħtieġa, sabiex matul is-sena d-dieħla, dan is-servizz ikun ġie estiż fuq livell nazzjonali.

Aġenzija Sapport: Għajnuna finanzjarja lill-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-assistenza finanzjarja mogħtija fil-preżent lill-persuni b’diżabilità sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw assistenti personali u jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni b’diżabilità jistgħu jibbenefikaw minn sussidju ta’ €6.50 fis-siegħa permezz tal-Iskemi Independent Community Living u l-Personal Assistant Fund. Din l-għajnuna finanzjarja qiegħda tingħata lill-persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn jimpjegaw assistent personali waqt illi jkunu għadhom qed jgħixu fil-komunità. Kull każ riferut lill-Aġenzija Sapport, jiġi assessjat minn bordijiet indipendenti rispettivi. Kull każ jiġi trattat skont il-ħtiġijiet tal-klijent.

Awtorità tad-Djar — proġett ta' kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11301 u jgħid liema huma l-proġetti ta’ kostruzzjoni li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li bdew jinbnew mill-2013? F’liema lokalitajiet? Kemm-il unit issib f’kull lokalità? Kemm hemm minnhom lesti għall-abitazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment fuq il-bini ta’ units ta’ Housing Soċjali huwa ta’ €110 miljun u ser ikun jikkonsisti f’1,700 unit ġdid. Fil-preżent beda ix-xogħol ta’ konstruzzjoni fil-lokalitajiet kif ġej : · Ħ’Attard · Birkirkara · Bormla · Kirkop · Luqa · Msida · Qrendi · Siġġiewi · Ħaż-Żebbuġ · Żurrieq

Persuni b’diżabiltà li ma jikkwalifikawx għall-blue badge

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta' persuni b'diżabiltà li ma jikkwalifikawx għall-blue badge u għaliex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex individwu ma’ jkunx eligibli għall-Blue Badge, jew irid li ma’ jkollux nuqqas ta’ mobilita` b’mod dirett jew indirett, jew ma’ jkunx għadu joħrog mir-residenza fejn jgħix.

Children’s Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance sa l-aħħar pagament u kemm kienet in-nefqa fuq din l-Allowance fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sena b’sena b’mod separat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ familji u tfal li qed jibbenefikaw mill-Allowance għat-Tfal sal-aħħar pagament imħallas huwa skont kif jidher f’tabella A, filwaqt illi l-informazzjoni mitluba fuq in-nefqa għal din l-Allowance fis-snin 2013 sal-2018 huwa kif jidher f’tabella B; Tabella A Familji Tfal Total 39,775 59,828 Tabella B Sena Total 2013 € 41,634,932.39 2014 € 40,596,130.04 2015 € 40,683,016.62 2016 € 39,625,725.23 2017 € 38,230,236.25 2018 € 37,765,570.81

Għawdex — housing soċjali - waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-lista ta' stennija għall-housing soċjali f'Għawdex fl-aħħar ta' Ottubru 2019? Jista' jgħid x'qed isir biex dawn in-nies li qegħdin fil-waiting list ma jiqbgħux jistennew iżjed?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-31 ta’ Ottubru 2019, kienu 54 l-applikanti għal housing soċjali li għażlu Għawdex bħala l-ewwel preferenza tagħhom. L-Awtorità tad-Djar toffri skema ‘Nikru biex Nassistu’, skema li tilqa’ proposti mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta li jixtiequ jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta’ akkomodazzjoni soċjali. Taħt din l-iskema l-Awtorità tad-Djar kriet 31 proprjetà f’Għawdex, dan ifisser li permezz ta’ din l-iskema l-Awtorità qiegħda tkompli żżid l-units ta’ housing soċjali.

Persuni bejn it-30 u l-40 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn it-30 u l-40 sena li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Età Nisa Irġiel Total 30 - 40 74 19 93

Persuni bejn l-40 u 50 sena li jirċievu pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom l-età ta’ bejn l-40 u l-50 sena li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom? Jista’ jindika kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili? Jista’ jindika wkoll il-pensjoni li huma intitolati għaliha jew kif din tiġi maħduma?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, li tikkonsisti fin-numru ta’ persuni fl-etajiet imsemmija minnu li qed jirċievu pensjoni tar-romol, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Eta Nisa Irġiel Total 41 - 50 327 67 394