Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kont kellu fih tnaqqis ta’ Eco-reduction separatament fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja qed tirċievi kont kull xahrejn mill-ARMS Ltd? Kemm-il familja qed tirċievi kont kull tliet xhur mill-ARMS Ltd u kemm-il familja qed tirċievi kont mill-ARMS Ltd u li jkun ikopri sitt xhur u aktar?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux każijiet fejn intbagħtu kontijiet mill-ARMS Ltd ta’ aktar minn sena u jekk iva kemm-il kont intbagħat u għalfejn?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Spejjeż għal safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra
(a) min kienu l-persuni li siefru;
(b) minn min kienu akkumpanjati; u
(c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni tirrigwardja safar min meta twaqqaf il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn Ġunju 2017.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex impjant ta' reverse osmosis f'Għawdex ġie deċiż mill-Ministeru tiegħu u/jew mill-Water Services Corporation (WSC) biex isir fil-bajja popolari ta' Ħondoq ir-Rummien? Jista' jispjega kif dan ser ikun l-ewwel impjant ta' reverse osmosis li ser isir f'bajja popolari fil-pajjiż kollu, peress li dawk li diġà qed joperaw kollha huma mbegħda minn bajjiet? Jista' jgħid xi studji saru mill-Ministeru tiegħu u/jew mill-WSC fuq l-impatt o meno li jista’ jkun hemm minn dan l-impjant u jpoġġi kopja ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-post magħżul (binja eżistenti) diġà kien iservi għal dan l-użu u bħal l-impjanti kollha tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, huwa ħdejn il-baħar.
Ta’ min jgħid ukoll li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet l-istudji neċessarji kollha u tikkonferma li l-impjant ser jilħaq l-ogħla
standards
, inkluż dawk ambjentali.
B’referenza għas-servizz ta’ ilma ġdid, magħruf aħjar bħala new water, li qed jiġi offrut lil diversi bdiewa, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm points li minnhom il-bdiewa jistgħu jaċċessaw dan l-ilma? Jista’ jpoġġi wkoll il-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-points kollha li minnhom il-bdiewa jistgħu jaċċessaw l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li preżentament hemm 7 punti minn fejn wieħed jista jimla l-ilma magħruf bħala New Water. Dawn il-punti jinsabu ġewwa d-Danish Village, Popeye Village u Triq il-Mellieħa ġewwa l-Mellieħa u 4 oħra f’ Triq il-Biedja fil-Manikata u Triq il-Ballut, Triq Għajn Tuffieħa u Triq L. Pisani ġewwa l-Mġarr.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jżomm mal-wegħda elettorali tiegħu li l-ilma l-ġdid (new/polished water) se jiġi pprovdut kollu kemm hu b'xejn lill-bdiewa li jkollhom aċċess għalih u li dan l-ilma jibqa’ jingħata bla ħlas lis-settur agrikolu?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Gvern preżenti jwettaq dak li jwiegħed.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet/żoni fejn hemm raba’ agrikolu se jitwassal l-ilma l-ġdid (new/polished water) u meta hu ppjanat li dan l-ilma jitwassal f'kull lokalità/żona agrikola? B'liema metodu ta' distribuzzjoni se jitwassal dan l-ilma? Dan l-ilma se jibqa’ jiġi pprovdut kollu kemm hu b'xejn lill-bdiewa li jkollhom aċċess għalih? Jista’ jipprovdi l-ġarr ta' dan l-ilma bil-bowsers lejn għelieqi li ma għandhomx aċċess għad-distribuzzjoni ta' dan l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li bħalissa qegħdin fil-fażi biex noħorġu t-tenders tar-Reġjun tat-Tramuntana. Fir-Reġjun tan-Nofsinhar u r-Reġjun t’Għawdex ix-xogħol għandu jibda wara. Waqt dan ix-xogħol ir-Reġjun tan-Nofsinhar se jkun servut bil-kanali l-antiki filwaqt li f’Għawdex se jiġu nstallati numru ta’ dispensing points fejn wieħed ikun jista’ jinqeda bil-bowser. Meta jkun lest il-proġett, il-metodu ta’ tqassim se jkun minn ġo mains fit-toroq u l-ilma jiġi aċċessat permezz ta’ dispensers elettroniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm meters tal-elettriku ġodda ġew installati f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm meters tal-elettriku ġodda ħadu post dawk eżistenti antiki u kemm meters tal-elettriku ġodda ġew installati f’postijiet li ħadu l-elettriku għall-ewwel darba? Kemm meters tal-elettriku ġew installati f’units tal-bini residenzjali ġodda f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm meters tal-elettriku ġew installati f’units kummerċjali eżistenti u/jew ġodda f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Meters
tal-elettriku ġodda li ġew installati f’postijiet li ħadu l-elettriku għall-ewwel darba
Residenzjali
40,846
Kummerċjali
7,456
Totali
48,302
Meters
tal-elettriku ġodda li ħadu post dawk antiki
Residenzjali
20,131
Kummerċjali
18,875
Totali
39,006
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella.
62 Membru
15- il mara
Ta’ min jgħid ukoll li meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Għawdex – Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ – second class water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir biex is-second class water mill-Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ f'Għawdex, jibda jingħata lill-bdiewa? Jista' jgħid f’liema lokalitajiet ser ikun aċċessibbli dan l-ilma? Jista' jgħid kemm ser ikun intitolat għall-ilma kull bidwi u jekk hux ser ikun hemm ħlas għal dan l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni hija li l-impjant jibda jipproduċi l-ilma ġdid mill-aktar fis possibli, meta l-profil tal-ilma jkun tajjeb għal dan l-użu. Meta jibda jintuża dan isir skont LN210/17, bl-istess sistema li qed tintuża Malta.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4886.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex hawn Malta l-prezz tal-petrol, qabel il-ħlas tad-dazji u t-taxxi, huwa t-tieni l-għola fl-Unjoni Ewropea, wara dak tad-Danimarka, skont il-Bulletin taż-Żejt ta’ kull Ġimgħa tal-Kummissjoni Ewropea? Dan il-prezz jinkludi l-qliegħ. Jista’ jgħid kemm qiegħda tagħmel qliegħ l-Enemed Company Limited fuq il-petrol? Qegħdin jitħallsu xi commissions? X’inhi r-raġuni li l-prezz tal-petrol hawn Malta huwa ta’ 56.079 ċenteżmi ta’ ewro il-litru qabel id-dazji u t-taxxi, li huwa 6.73 ċenteżmi ta’ ewro aktar mill-medja Ewropea? Hemm xi raġuni għalfejn il-prezz tal-petrol hawn Malta, qabel id-dazji u t-taxxi, huwa kważi 10 ċenteżmi ta’ ewro għola minn dak tar-Renju Unit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezz tal-petrol (eskluż il-ħlas tad-dazji u t-taxxi) għandu diversi komponenti li jinkludu:
· Il-prezz li jinxtara bih mir-raffineriji jew
trading companies
skont il-kuntratt li jigi negozjat mill-
Procurement Committee
. Ta’ min jgħid ukoll li l-prezz tal-petrol jinxtara bid-Dollaru Amerikan.
· Ir-rata tal-kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Ewro.
· L-Ispejjeż tal-operat tal-Enemed.
· Il-prezz tal-komponent tar-
renewable source
skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropeja għal Malta biex jintlaħaq ir-
Renewables Target.
· Il-qliegħ li tagħmel il-kumpanija Enemed.
· Il-qliegħ massimu li jagħmlu s-sidien tal-pompi tal-
Petrol
minn fejn jinbiegħ il-fjuwil.
· Il-miżata annwali li titħallas lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
· U l-ispejjez tas-
Security Stock
kif obligat li jkollu l-pajjiż.
Kif mistenni, l-ikbar komponent fil-prezz finali huwa l-prezz li jinxtara bih il-
petrol
minn terzi. Dan il-prezz ivarja skont l-istaġuni speċjalment bejn ix-Xitwa u s-Sajf, fejn fis-Sajf, il-prezz jogħla internazzjonalment minħabba d-domanda kbira għalih mis-suq Amerikan. Apparti l-istaġjonalita’, il-prezz jiddependi ħafna ukoll fuq fatturi oħrajn fosthom il-konsum annwali tal-pajjiż, il-kwantitijiet li jiġu ordnati (
ordering patterns
), il-mezz ta’ trasport li bih jasal fil-pajjiż, ir-regjun fejn ikun irid jitwassal u finalment in-numru ta’ kumpaniji li lesti jwasslu l-prodott fil-post fejn ikun meħtieġ.
Peress li l-Onor. Interpellant għoġbu jqabbel il-prezz tal-
petrol
mal-medja Ewropeja u anke speċifikament ma’ dak tar-Renju Unit, skont ir-rapport intitolat
‘’Oil Bulletin Prices History – Consumption Worksheet’’
u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Malta għandha l-inqas konsum ta’
Petrol
mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja, fejn Malta tikkonsma 77 elf tunellata (fl-2016) li jekk tqabblu mar-Renju Unit jiġi 149 darba inqas.
Ta’ min jgħid ukoll li l-Enemed għandha l-limitazzjoni ta’ kemm tista’ taħżen
Petrol
li hu mhux aktar minn sitt ġimgħat. Dan iffisser li d-‘
’delivery parcels
” irridu jkunu iżgħar minn kemm ekonomikament kumpanija jkun jaqblilha.
Barra min hekk, hemm fattur ieħor li huwa l-qies tal-vapuri li jkunu jistgħu jitrakkaw mal-moll biex iħottu l-
Petrol
, jirristrinġi l-kwantita’ li tkun tista’ tinġarr u tinħatt. Peress li dawn il-kwantitajiet huma żgħar meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra (fejn id-domanda u l-faċilitajiet tal-port huma ħafna ikbar), il-prezz jiġi ogħla.
Il-maġġoranza tal-pajjizi fl-Ewropa inkluż ir-Renju Unit mhux neċessarjament jużaw il-baħar biex jittrasportaw il-fjuwils iżda jagħmlu użu minn
network
ta’
pipelines
jew trasport bl-art. Meta tqabbel dawn il-mezzi ta’ trasport mal-baħar, dan huwa l-aktar mezz li jiġi jiswa l-flus.
Teżisti differenza ukoll fil-prezz jekk il-fjuwil iridx jitwassal fl-Ewropa Kontinentali jew fil-Mediterran. Fil-fatt, il-prezz li jiġi mixtri bih il-
petrol
huwa
FOB Med (Freight on board)
fejn dejjem hemm dak il-“
premium
” aktar milli jkun għal reġjuni oħra fl-Ewropa.
Mhux kull kumpanija jew raffinerija taż-żejt lesta li tbiegħ il-
petrol
li tipproduċi fir-Reġjun tal-Mediterran bil-baħar minħabba l-fatt li kif semmejt qabel, peress li l-ispejjeż għal-kumpaniji jkunu ogħla, ma jkunux kompettitivi biżżejjed b’hekk ħafna minnhom jagħżlu li ma jikkompetux f’dan ir-Reġjun.
Huwa proprju għal dawn ir-raġunijiet li semmejt li l-prezz tal-
petrol
f’ Malta huwa ogħla mill-bqija tal-medja Ewropeja.
L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kemm l-Enemed qed tagħmel qliegħ minn fuq il-
petrol
pgħandha valur kummerċjali u sensittiva għal Enemed Co. Ltd. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija. Madanakollu nixtieq inżid li l-
mark-up
li tagħmel l-Enemed, ilu ma jiġi aġġustat għal dawn l-aħħar 20 sena u dan proprju baqa’ kif kien fi żmien l-Enemalta Corporation.
B’riferenza għall-mistoqsija jekk hux qed jitħallsu xi “
commissions
”, ninsab infurmat li l-Kumpanija Enemed la qatt ħallset u l-anqas qatt mhu ser tkun qed tħallas
commissions
li xi aġenti kemm Maltin kif ukoll barranin.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija fejn qed isir tqabbil mar-Renju Unit, kif diġà spjegajt, il-fatt li d-domanda għal
Petrol
fir-Renju Unit hija 149 darba aktar minn Malta u wkoll minbarra r-raġunijiet oħrajn li diġà tajt, hi biżżejjed biex il-prezz ikun orħos minn pajjiżna.
Ngħalaq billi nippreċiża l-fatt li għalkemm l-impressjoni li tista’ tingħata minn din l-Interpellanza hija li l-konsumatur Malti qed iħallas aktar għal
petrol
meta mqabbel mal-medja Ewropeja (għax wara kollox il-konsumatur iħallas il-prezz li jinkludi d-dazji u taxxi oħra), il-prezz tal-
petrol
hawn Malta ilu ta’ l-anqas 15-il xahar orħos minn dak li jħallsu għalih ċittadini oħra fl-Unjoni Ewropeja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll tabella (Numru 2) fejn jidher ċar li l-
policy
ta’ stabilita’ li adotta dan il-Gvern qed jibbenefika bil-kbir minnha l-konsumatur Malti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tistenna l-Enemed biex tibda tħabbar l-offerti tagħha għax-xiri tal-petrol fuq is-sit elettroniku tal-Unjoni Ewropea li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex issib l-orħos prezz, kif jagħmel il-Kumitat tal-Kuntratti?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġa’ tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3919 magħmula mill-istess Interpellant.