INDIS Malta Ltd — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resource Ltd
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14905, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira bħala area din l-allokazzjoni ġdida ta' art?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma L-Onor. Interpellant li tali espanzjoni ġiet approvata mill-Malta Enterprise f’Ottubru tas-sena 2022 bl-allokazzjoni mill-INDIS skond il-liġi.
L-Onor. Interpellant jaf li l-att dwar l-Intrapriza u l-att dwar il-promomozzjoni ta’ Negozji jipprekludini milli-nipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Ministeru għall-Ekonomiija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Chairpersons u membri ta’ entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12017 u 13492 u jgħid min huma ċ-Chairpersons u l-membri ta’ kull entità pubblika - irrispettivament mill-mod kif deskritti - li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid:
(a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra, u
(b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta’ kull persuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba it-tibdil li kien hemm riċenti, jeħtieġ iktar ħin biex tiġi mwieġba din il-mistoqsija Parlamentari, biex nkunu żgurati li nkunu qed nagħtu risposta preċiża.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-gaming għalqet minn mindu twaqqfet il-liġi dwar il-gaming? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tispecifika xi trid tfisser meta tgħid Kumpaniji li għalqu u kumpanija tal-gaming.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Kumpaniji u Industriji barranin li jgwadu minn taxxa ta’ 5%
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn industriji u kumpaniji barranin li qegħdin igawdu mit-taxxa ta’ 5% (wara li jiġu rifużi 30% mit-taxxa li jħallsu)? Kemm huwa l-ammont totali ta’ taxxa li tħallset minnhom, sena b’sena fl-aħħar 15-il sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn industiji/kumpaniji li jħallsu 35% taxxa fuq il-profitt? Kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji? X’inhu l-ammont ta’ taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji sena b’sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera l-liġi dwar il-gaming companies, kemm kien hawn kumpaniji tal-gaming sena b’sena u kemm minnhom kienu Maltin? Kemm huwa l-ammont ta’ taxxa li ħallsu mill-profitt kull sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-domanda għandha tkun iktar speċifika u ċara, u jiġi speċifikat x’wiehed jifhem meta jgħid kumpanija Maltija u għal liema tip ta’ taxxa wieħed qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b'dan il-ftehim storiku li se jkunu qed igawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin, madwar 400 prodott tal-ikel fi 15-il-kategorija se jkollhom prezz orħos u stabbli sal-baġit li jmiss biex il-pajjiż jiġġieled kontra l-isfida tal-inflazzjoni.
Peress li l-ftehim għadu miftuħ sabiex jissieħbu fih parteċipanti ġodda, kif fil-fatt qed jiġri grazzi għall popolarità ta din l-inizjattiva.
Għalhekk, kopja tal-ftehim finali tiġi sottomessa lil din il-Kamra fi stadju aktar avvanzat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
INDIS Malta Ltd — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resource Ltd
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14232 u 14075 u jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-INDIS approvat allokazzjoni ta’ art, wara li l-investiment kien approvat mill-Malta Enterprise bħala parti minn proċess rigoruż skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tat-tender li ħarġet għat-tieni darba ‘TENDER FOR UPGRADING AND EMBELLISHING IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER THE EXISTING BOUNDARY WALL AREA AT TA’ DBIEGI CRAFTS VILLAGE, GOZO’ li għalqet fit-10 ta’ Marzu 2023 u meta se jitlesta x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija sejħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti msemmija ġiet kanċellata skont it-termini tal-artikolu 18.3(b) tal-General Rules Governing Tenders, u dan stante illi l-offerti riċevuti kienu jeċċedu l-valur massimu tal-imsemmi tender.