Legislature:
Category:
Reset
Active:

MGI – rapport tal-Awditur Ġenerali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5155, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-bord tal-Malta Government Investment (MGI), li fir-rapport tal-Awditur Ġenerali nstab li ħadu ħlasijiet żejda mhux awtorizzati, hux se jagħtu lura dawn il-ħlasijiet lill-MGI fid-dawl li dawn kienu ħlasijiet irregolari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandix x’in¿id mat-tweġiba li diġa’ tajt għall-Mistoqsija Parliamentari Numru 5155.

Awtorità tal-Artijiet – kuntratt għal għoti ta’ konċessjoni fil-Bajja ta’ Little Armier

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konċessjoni li ngħatat mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Infiq ta’ flus fil-logħob

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5657, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena li għaddiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – konċessjonijiet fil-Bajja ta’ Little Armier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta daħlu fis-seħħ il-konċessjonijiet li ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll għal kemm-il sena ngħataw, meta jiskadu u lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija 5714.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika għal għoti ta’ konċessjonjiet fil-Bajja ta’ Little Armier

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika li saret sabiex jingħataw il-konċessjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet pubbliċi.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Arijiet – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Forti Binġemma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Forti Binġemma għadhiex okkupata illegalment minn squatters? Jekk iva, jista’ jgħid meta l-Awtorità tal-Artijiet se tieħu azzjoni biex dawn jiġu żgumbrati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Forti Binġemma kienet ingħatat b’kirja għal-16-il sena fejn din skadiet fit-8 ta’ Ottubru 1997. F’dak iż-żmien, din il-kirja baqgħet tiġi mġedda annwalment, sakemm din saret ukoll tintuża bħala residenza bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-istess kirja. Għalkemm matul iż-żmien saru ħafna diskussjonijiet sabiex tissolva din il-problema, issa din waslet fil-punt fejn m’hemmx soluzzjoni oħra ħlief li tiġi żgumbrata din il-proprjetà. Fid-dawl tal-fatt illi spezzjonijiet reċenti juru biċ-ċar illi l-proprjetà inkwistjoni għadha qiegħda tiġi okkupata minn mara anzjana, ċjoè waħda mill-inkwilini oriġinali, flimkien ma binha, qegħdin isiru sforzi sabiex tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva qabel ma jiġi fis-seħħ l-iżgombru.

Hotel — żviluppi

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi tas-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet titmexxa, kif għandu jkun, b’mansjoni indipendenti mill-Gvern. U proprju hu għalhekk li l-Oppożizzjoni hi rappreżentata fuq il-Bord tal-Gvernaturi, proprju mill-Onor. Interpellant liema Bord jiltaqa' diversi drabi kull xagħar, sabiex ikollha l-liberta li tiskrutinja u tistaqsi fuq dak kollu li jidhrilha, inkluz fuq materji ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant, mistoqsijiet bħal dawn li jirrelataw ma’ każijiet specifici, għandhom jiġu trattati fil-forum adattat tagħhom, li hu l-Bord tal-Gvernaturi.

Għawdex – tindif ta’ widien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-widien (isem tal-wied u r-raħal) f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom? Jista’ jgħid liema widien ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2014 u 2023 mill-programm ' M4.4121 - Rehabilitation of Gozo's Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities 2014-2020'? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus il-Ministeru għal Għawdex minn dan il-fond għal dawn il-widien biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom? Jista’ jgħid jekk hux se jingħata aktar flus u jekk iva, kemm ingħata minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-widien?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-widien li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom taħt M4.4.121 – Rehabilitation of Gozo’s Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities 2014-2020, biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom, jinsabu fit-tabella hawn taħt. Il-widien sottomessi kollha ġew aċċettati. L-allokazzjoni tal-proġett tammonta għal € 1,853,388.80. Siti (Widien) Lokalità WIED IX-XLENDI Xlendi WIED TAL-GRAZZJA Żebbuġ WIED TA’ MĠARR IX-XINI Sannat WIED RIĦAN Nadur WIED TA GRAJGEL/DAĦLET QORROT Nadur WIED IL-WILEĠ (INCORPORATING ALSO VALLEY AT TAL- HALQ/TA MARGA L/O QALA) Qala WIED TAX-XĦAJMA Nadur WIED IMĠARR/ĠNIEN MIGIARRO L/O GĦAJNSIELEM Għajnsielem WIED TA’ MARSALFORN Żebbug/Xagħra WIED TAL-ORT Għasri WIED L-INFERN Żebbuġ WIED IL-KBIR San Lawrenz

Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5618, jista’ l-Ministru jgħid minn min u kif ikunu deċiżi l-postijiet fejn “jinħass li jkun hemm bżonn” isiru spezzjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet relatati ma' mwejjed u siġġijiet isiru skont skeda ta’ spezzjonijiet regolari li tiġi stabbilita mill-managers tal-Enforcement and Compliance Inspectorate, kif ukoll f’każijiet fejn ikun hemm rapporti mill-pubbliku jew minn xi entità pubblika.

Awtorità tal-Artijiet – rapporti dwar imwejjed u siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2018 'l hawn kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi kkumpilata d-data mitluba, għandu jingħata ħafna aktar zmien sabiex issir ir-riċerka meħtieġa bi preċiżjoni.

Mosta – Żona tad-DIB – Plots tal-HOS – każijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5617, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ inkwistjoni fiż-Żona tad-Dib, fil-Mosta quddiem il-Land Arbitration Board?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija 5714.

Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq – pjanijiet għall-White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3865 u 4619, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dak li kien jissejjaħ ‘White Rocks’ ġewwa Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq? Għad hemm pjan ta’ żvilupp?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Kif jaf l-Onor. Interpellant is-sit tal-White Rocks hu kommess bi żvilupp u ż-żona fejn kien hemm il-kumpless issa ilha mitluqa għal ħafna snin. Wara proċess pubbliku kompetittiv, fl-2016 kien intgħażel preferred bidder. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex il-proġett jimmaterjalizza, filwaqt li jirrifletti l-prijoritajiet li għandu l-pajjiż illum.

Kuntratt Selmun Palace

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt bejn Selmun Palace Hotel Company Ltd u l-Gvern għat-trasferiment ta’ Selmun Palace?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn Selmun Palace Hotel Company Ltd u l-Gvern għat-trasferiment ta’ Selmun Palace.

Għawdex — Spezzjonijiet fl-2022

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet f’Għawdex matul is-sena 2022, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.