Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali – letter of intent

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ngħataw letter of intent mill-Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali f'Malta, kif stqarr huwa stess f'intervista fuq Radju Malta nhar is-Sibt 10 ta' Frar 2018 waqt il-programm "Għandi xi ngħid"? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tliet letters of intent?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 4098.

Bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex — ftehim

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3563 fejn il-kwistjoni ilha għaddejja għal ferm aktar minn sena u d-deċiżjoni ilha li ttieħdet, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u ċjoè: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3409 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar ma għamel l-ebda ftehim mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex, fi Pjazza Indipendenza.

Iż-Żejtun — Żona Industrijali ta’ Bulebel - pjanti tal-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-estensjoni taż-Żona Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun? Jista’ jgħid jekk jistax jikkunsidra li ma ssirx din l-estensjoni biex ma jintilifx ir-raba’ maħdum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tad-design preliminari għadu fil-bidu tiegħu. Il-Malta Industrial Parks se tkun qed twettaq studji li se jieħdu primarjament inkonsiderazzjoni l-aspett soċjali u ambjentali ta’ din l-art, qabel tibda xi forma ta’ proċess mal-Awtorita’ kompetenti biex isir xi forma ta’ żvillup. Tali proċess se jkun wieħed komprensiv li jinkludu konsultazzjoni mal-istakeholders kollha u mhux eskluż li f’dan il-proċess ikunu kkonsidrati alternattivi oħrajn. Dan huwa parti minn ezerċizzju li qiegħed isir minn MIP biex jimmassimizza l-ispazju industrijali f’pajjiżna, fi żmien meta l-Ekonomija Maltija qed tattira livelli ta’ investiment bla preċedent, li jsarfu fost l-oħrajn f’aktar impjiegi ta’ kwalita’. L-art inkwistjoni ilha klassifikata bħala art disponibbli għal żvillup industrijali sa mill-2006 u għaddiet għand Malta Industrial Parks, għal dan l-iskop, lura fl-2009. Il-Policy Map kif ukoll il-legal Notice qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Tender għall-bini ta’ Enterprise Hub fil-qasam industrijali tax-Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender eCT2226/2016 'Tender for the Professional Services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk it-tender ħarġitx mill-ġdid u jekk le meta hu maħsub li terġa’ toħroġ? Peress li f’dawn l-aħħar ġranet beda x-xogħol infrastruturali, jista’ jgħid min qed jieħu ħsieb ix-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender CT2226/2016 ġie ikkanċellat a bażi t’Artiklu 18.3 (a) tal-General Rules Governing Tendering v1.14. It-tender mhux se jerġa jiġi ppublikat peress li xogħol ingħata lil Med Design Associates permezz ta’ Negotiated Procedure skond Regulation 154 (1)(a) ta’ LN 352 ta’ 2016.

Tenders ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender ġiet ikkanċellata bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017 u r-raġuni għalfejn?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct order

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment barrani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3320 u jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex maqsuma separatament matul is-snin 2016 u 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ investiment dirett barrani f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2016 kien jammonta għal €205.1 miljun u fl-2017 kien jammonta għal €104.6 miljun. Dawn il-figuri jirriflettu l-ammont ta’ investiment proġettat fuq l-ewwel tlett snin ta’ kull proġett, u jinkludu dawk il-proġetti li ngħataw xi forma ta’ assistenza li ġiet approvata mill-Bord tal-Korporazzjoni tal-Malta Enterprise.

Malta Enterprise — proġetti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlament 3321, fejn fit-tweġiba ngħad li matul is-snin 2016 u 2017, il-Malta Enterprise approvat 21 proġett ibbażati ġewwa Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, settur b'settur u għal kull proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ mpjegati previst li jintlaħqu fuq numru ta’ snin mill-bidu tal-proġetti rispettivi huma: Sector Number of Projects F’Cast FTE Year 3 Manufacture & repair of furniture (incl. Metal doors) 7 65 Artisan Crafts 4 17 ICT 1 34 Food & Beverages 4 26.5 Recycling 1 16 Other 4 24

Ministeru għall-Ekonomija u Negozji Żgħar – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti jew pagamenti mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu mid-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? X’qed tagħmel u x’riżultati kisbet il-Malta Enterprise biex tattira investiment lejn Malta b’konsegwenza ta’ Brexit?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed: · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha; · tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit. It-taskforce li ġiet imwaqqfa, tiltaqa' biex tiddiskuti azzjonijiet u approaches ġodda kif ukoll follow-ups. Dawn l-azzjonijiet jinkludu inizjattivi biex nippromwovu investiment u trade promotion bejn iż-żewġ pajjiżi bl-għan li kumpaniji li huma ibbażati ġewwa r-Renju Unit biex jistabilixxu ( co locate ) ġewwa Malta. It-taskforce ingaġġat żewg kumpaniji tar-ricerka li huma bbażati ġewwa r-Renju Unit li ħolqu pjan ta’ implimentazzjoni billi qed jiffukaw fuq setturi varji bħal manifattura b’mod partikolari l-industrija tal-farmaċewtika, l-qasam finanzjarju u tal-assikurazzjoni kif ukoll fuq it-teknoloġija digitali biex jikkonvinċu kumpaniji f'dawn id-diversi industrji biex jinvestu f'Malta. Numru ta’ attivitajiet qed jiġu organizzati u jinkludu meetings ma kumpaniji individwali li joperaw f’setturi varji, roundtables, laqgħat ma’ assoċjazzjoniet governattivi varji, promozzjoni f’gazzetti tar-Renju Unit biex jiġu spjegati il-vantaġġi li Malta toffri lil kumpaniji li jixtiequ jiġu Co located mir-Renju Unit. Rapreżentanti tat-task force ltaqgħu wkoll mal-Kap tal-Oppozizzjoni biex jispjegawlu aktar fid-dettall il-ħidma li għaddejja biex niġbdu lejn Malta investiment ( fuq bażi ta’ Co Location ) ibbażżat bħalissa fir-Renju Unit.

Malta Enterprise — Fabbriki vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki vojta inkluż dawk taħt il-Malta Enterprise? X’qed isir biex nirkupraw dawk il-fabbriki li huma battala f’Żoni Industrijali imma taħt sidien li ma għandhomx interess li jużawhom jew ma jużawhomx għal dan l-iskop?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Industrial Parks bħalissa m’għandiex fabbriki vojta li huma fill-pussess tagħha. L-unika fabbriki vojta huma dawk li l-MIP m’għandiex pussess tagħhom minħabba li hemm proċeduri legali għaddeja sabiex l-MIP tirkuprahom lura.

Ħal Luqa – Industrial Estate — użu ta’ żona

Question

Peress li l-art li qabel kienet tintuża bħala miżbla fl-Industrial Estate ta’ Ħal Luqa, issa hi battala, jista’ l-Ministru jgħid għal liema użu utli se tintuża?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa qed jiġi pjanat kif din iż-żona tiġi rijabilitata sabiex tinkorpora żona għal użu industrijali kif ukoll faċilita għal grawnd sportiv.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment Negozji Żgħar — sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma taw sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż-Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għandha talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.

Bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3409 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Business Organisations — lista

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-Business Organisations rikonoxxuti f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid kemm għandha membri reġistrati magħha kull business organisation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor Interpellanta tispeċifika għal liema tip ta’ Business Organisations qiegħda tirreferi.

Att dwar in-Negozji tal-Familja– negozji irreġistrati bħala negozju tal-familja

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata li telenka n-negozji li ġew irreġistrati bħala negozju tal-familja minn mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi dwar in-Negozji tal-Familja (Kap. 565)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.