Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija l-istess kif muri fid-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18617.
Fondazzjoni għal-Iskejjel ta’ Għada – ktejjeb imqassam fi djar f’Għawdex — kopji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kopja ġiet stampata tal-ktejjeb tal-Fondazzjoni għal-Iskejjel ta' Għada li tqassam ftit tal-ġimgħat ilu ġewwa d-djar f'Għawdex? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan il-ktejjeb (layout, printing, posta eċċ)? Tista' tgħid lil min ġiet mibgħut bil-posta dan il-ktejjeb?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada stampat 17,000 kopja tal-fuljett dwar l-investiment bla preċedent li qegħdin nagħmlu fil-gżira Għawdxija fl-infrastruttura tal-iskejjel biex uliedna jkollhom ambjent li jixraq iż-żmien tal-lum u dak tal-futur, waqt li jkunu qed jitgħallmu.
L-ispiża totali ta’ din l-inizjattiva intiża biex ninformaw bl-investiment li qed isir lill-households kollha f’Għawdex, kienet ta’ €2,080. Din l-ispiża tkopri l-ispejjeż tad-disinn, l-istampar u d-distribuzzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtha u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.
Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm kien il-budget għal kull sena fl-aħħar tliet snin, inkluż dik kurrenti, biex tfal fl-iskejjel ikunu jistgħu jingħataw assistive technology? Minn dan il-budget, kemm kienet in-nefqa fl-iskejjel Għawdxin, kemm ibbenefikaw tfal u x'tip ta' assistive technology inxtrat kwantu dawn l-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li assistive devices la jinxtraw u lanqas jiġu allokati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport.
Għawdex – tfal li qed jistennew li jidhru quddiem l-Statementing Moderating Board
Question
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hemm tfal f'Għawdex jistennew biex jidhru quddiem l-Statementing Moderating Board (Review Board) fil-preżent? Jista' jgħid ukoll kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-board qattx iltaqa f'Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tfal f’Għawdex jistennew biex jidhru quddiem l-Statementing Panel hemm tmienja (8) li t-talbiet tagħom waslu matul ix-xhur ta’ Novembru/Diċembru 2021, u hemm tliet (3) kazijiet ta’ Review biex jiżdied is-sapport.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, infurmat li meta jkunu każijiet ta’ tfal b’diżabilità u fil-Kinder dawn jingħataw appuntament ftit wara li jaslu l-applikazzjonijiet. L-oħrajn jingħataw appuntament meta jkun imisshom.
Minħabba l-pandemija COVID-19 ma saru ebda bordijiet ġewwa Għawdex.
Għawdex – tfal li qed jistennew is-servizzi ta’ Access to Communication and Technology Unit
Question
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hemm tfal f'Għawdex jistennew is-servizzi ta' Access to Communication and Technology Unit (ACTU) fil-preżent? Jista' jgħid ukoll kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex is-servizz jingħata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ACTU m’għadux fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhi l-possibbiltà li l-Ispecial Unit ġewwa ta' Sannat tibqa’ tiffunzjona tul ix-xhur tas-Sajf bi programm iddisenjat biex jaqdi l-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità li jattendu hemmhekk? Jekk le, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li r-Resource Centre tas-Sannat ilu dawn l-aħħar snin jopera matul is-sajf u jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgha bejn it-8 u s-13:30pm. Dan iċ-ċentru jaqdi l-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabbiltà li jattendu hemmhekk.
Estensjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f’Għawdex – kera ta’ proprjetà
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tagħha f'Għawdex? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tul is-sena skolastika kurrenti hemm għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal bid-diżabilitajiet segwenti: nuqqas ta' dawl, awtiżmu u sfidi fl-imġieba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tul is-sena skolastika kurrenti kien hemm 173 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’nuqqas ta' dawl, 447 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’awtiżmu u 135 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal bi sfidi fl-imġieba.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhuma l-kriterji biex għalliem tal-kindergarten jasal jieħu l-warrant? Jista' jispjega wkoll jekk għalliema tal-kindergarten ikkwalifikawx jew hux se jikkwalifikaw għall-arretrati fi ħlas lil dawk l-edukaturi li għandhom 20 sena servizz jew aktar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-warrant ma jingħatax lill-edukaturi tal-Kindergarten. Skont il-ftehim settorali li sar bejn il-Gvern u l-MUT huma l-għalliema regolari li jikkwalifikaw għal ħlas ta’ allowance għal min ilu jagħti servizz għal iktar minn għoxrin sena.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'kienu r-raġunijiet għaliex s'issa l-EDU Fast Ferry Card imwiegħda biex tintuża fuq il-fast ferry li jaqsam bejn Malta u Għawdex, għad ma daħlitx fis-seħħ?
Wara li numru ta' LSEs ġew trasferiti biex jaħdmu f'Għawdex reċentement, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux se joħloq pool ta' reliever LSE ġewwa Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat illi f’Għawdex diġà hemm pool ta’ LSE relievers.
Għawdex — Skola ta’ Sannat – proġett ta’ pixxina terapewtika
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' pixxina terapewtika ġewwa l-Ispecial Unit fl-iskola Ta' Sannat? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġitx tender u jekk iva lil min ingħatat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-proġett tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-programm tax-xogħlijiet jitħabbar wara l-għażla tal-kuntrattur skont il-proċess tal-akkwist pubbliku.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk fil-preżent ġewwa Għawdex hemmx tfal tal-iskola li tul is-sena skolastika kurrenti, mhux qed jiġu akkumpanjati minn LSE minkejja li jeħtieġu dan? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm minn dawn it-tfal u jagħti r-raġunijiet għaliex is-servizz mhux offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat illi sakemm inġabret din l-informazzjoni f'Għawdex l-istudenti kollha li huma statemented għandhom is-sapport ta’ LSE.