Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #12026 Sitting 279 2019-11-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Immigranti Afrikani jaħdmu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti Afrikani jaħdmu f’pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta` immigranti Afrikani li qed jaħdmu f’pajjiżna sa l-aħħar ta’ Mejju 2019 huwa ta’ 3,475.

Għawdex – ingaġġ ta’ persuni b’diżabiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'diżabiltà ġewwa Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Jista' jgħid kemm huma b'diżabiltà severa? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk impjegati huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista' jgħid kemm persuni b'diżabiltà qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, kemm ilhom jirreġistraw u xi preparazzjoni qed jingħataw biex isibu impjieg?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabiltà ġewwa Għawdex li ġew impjegati minn Ġunju 2017 sa Settembru 2019 kien ta’ 40 li minnhom 16 kienu nisa u 24 irġiel. Il-Korporazzjoni ma tikklassifikax il-livell ta’ diżabiltà. Iċ-ċifra ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2019 kienet ta’ 43. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom jirreġistraw: Persuni b’ diżabilt à jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex Kemm ilhom jirreġistraw Settembru 2019 Inqas minn sena 29 Bejn sena u sentejn 5 Iżjed minn sentejn 9 Total 43 Rigward il-preparazzjoni li qed jingħataw, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10434 li tagħti dettalji dwar diversi skemi u programmi li għandha Jobsplus li huma mmirati għal persuni b’diżabilità li jixtiequ jsibu impjieg ġewwa Għawdex.

Diviżjoni tal-Edukazzjoni – każijiet ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal fis-sena skolastika 2018-2019? Jista' jgħid kemm minnhom baqgħu jattendu l-iskola? Jista’ jgħid l-etajiet tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jattendu skola sekondarja li fis-sena skolastika 2018-2019 kienu riferuti lil Servizz Għożża kien ta’ 31 fl-etajiet li se nsemmi: (Settembru 2018- Ġunju 2019) Età Nru. ta’ tfajliet tqal 14 3 15 11 16 17 In-numru ta’ tfajliet tqal u l-etajiet tagħhom li fl-2018-2019 komplew jattendu skola formali kien ta’ sebgħa kif ġej: Età Tfajliet tqal li komplew jattendu l-iskola formali 14 2 15 5 16 0

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'dan il-Ministeru hemm tliet uffiċjali li għandhom credit card maħruġa lilhom mill-Gvern ta' Malta. Dawn l-uffiċjali huma ċ-Chief of Staff, l-Assistant Private Secretary u l-Head of Secretariat. L-ammont minfuq fl-2018 u fl-2019 (sa Ottubru) fuq dawn il-credit cards huwa kif se nsemmi: 2018 Travelling Expenses - €20,090.43 Hospitality - €419.00 2019 Travelling Expenses - €11,867.20 Hospitality - €2,843.25
Leg 13 PQ #12010 Sitting 277 2019-11-12 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Programmi għat-Tfal studenti li jinsabu f’riskju tal-faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi konkreti qed jitwettqu matul din is-sena skolastika biex jiġu megħjuna t-tfal studenti li jinsabu f’riskju ta’ faqar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li żewġ inizjattivi konkreti li qed jitwettqu matul din is-sena skolastika biex jiġu megħjuna t-tfal studenti li jinsabu f’riskju ta’ faqar huma: 1. Servizz ta’ Ħidma Soċjali Riċerki varji juru li wieħed mill-aktar gruppi ta’ studenti żvantaġġjati li huma f’riskju ta’ povertà huma dawk li jfallu l-iskola regolarment. Is-social workers fl-iskejjel tal-Istat, bl-għajnuna tas-social support workers, jagħtu prijorità lil dawn l-istudenti. Wara li jsir ir-referral jinbeda l-assessjar ħalli jiġu identifikati r-raġunijiet li qed iwasslu għall-assenteiżmu. Dan jinkludi żjarat u laqgħat mal-istudent u l-familja tiegħu kemm fl-uffiċċju, fl-iskola u anki fid-dar bl-għan li jiġu mgħarbula dawk l-ostakli li qed iżommu lill-istudent ’il bogħod mill-iskola. Is-social workers jaħdmu flimkien ma’ professjonisti oħra fl-istess Kulleġġ biex joffru servizz ħolistiku lill-istudent. F’dan ir-rigward is-social workers jaġixxu bħala l-avukati tat-tfal għaliex jintervjenu ma’ professjonisti oħra u mal-membri tal-iskola biex jgħinuhom jifhmu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-istudent ikkonċernat u jaħdmu fil-qrib magħhom biex l-istudent jibqa’ jattendi l-iskola mill-waqt li jirritorna. Dan kollu jinkiseb bil-preparazzjoni ta’ time-tables adattati, sigħat flessibbli, id-disponibilità ta’ sapport lill-istudent, eċċ. Minn Jannar 2013 is-social workers u s-social support workers għandhom ukoll aċċess għall-pjattaforma diġitali li timmarka l-attendenza tal-istudenti kollha fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha. Il-ħaddiema kollha għandhom jiċċekkjaw l-attendenza tal-istudenti kollha fl-iskejjel li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom darba fix-xahar u l-attendenza tal-każijiet attwali darba kull ħmistax. Dan jiggarantixxi l-moniteraġġ kontinwu ta’ tfal bi storja ta’ assenteiżmu bl-għan li jsir intervent immedjat meta l-istudent jerġa’ jibda ifalli. 2. Skema 9: Social Funds for Students in Difficulty Din l-iskema hija miżura oħra meħuda mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) biex tgħin lil dawk l-istudenti li jgħixu fil-faqar jew qegħdin f’riskju ta’ faqar billi tipprovdilhom għajnuna finanzjarja biex taffiċilita l-ħajja tal-istudent fl-iskola. L-għajnuna tikkonsisti fl-għoti tal-uniformi, l-għoti tal-lunch kuljum, il-ħlas tal-ħarġiet tal-iskola u l-fotokopji, l-għoti tal-istationery u l-ħlas ta’ attivitajiet ekstrakurrikulari provduti mill-FES u SportMalta. Kotba għad-dar ġew offruti wkoll lill-istudenti tal-KG1 u l-KG2. Din il-miżura għenet biex it-tfal iħossuhom indaqs ma’ tfal oħra billi jkollhom l-għodod neċessarji biex jattendu u jipparteċipaw fl-iskola u b’hekk jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Sas-sena skolastika 2018-19 il-kriterji t’eliġibilità tal-iskema kienu s-segwenti: • Studenti li jgħixu f’familji b’diffikultajiet soċjoekonomiċi fejn id-dħul annwali u s-sitwazzjoni familjari qed ikollha effett negattiv fuq l-esperjenza edukattiva tal-istudenti; • Studenti li jbatu minn negliġenza minħabba każijiet ta’ vjolenza domestika, vizzji varji (logħob tal-azzard; abbuż minn sustanzi) u/jew minħabba l-preżenza ta’ mard mentali kroniku fil-familja; • Studenti li huma neqsin mill-attenzjoni paterna u mill-imħabba affettiva minħabba diversi ċirkustanzi bħal każijiet ta’ separazzjoni diffiċli, problemi ta’ saħħa fil-familja, mard terminali fil-familja u/jew mard mentali kroniku, u problemi mal-ġustizzja fil-familja. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol wettaq miżura li permezz tagħha l-eżamijiet kollha tal-MATSEC saru bla ħlas fil-livelli kollha. Barra minn hekk, dawk l-istudenti li jkunu se joqogħdu għall-eżamijiet tal-ECDL u jkollhom sitwazzjoni ta’ riskju ta’ faqar jiġu eżentati milli jħallsu l-miżati applikabbli.

Rapporti ta’ każijiet ta’ bullying minn studenti fuq studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2018-2019 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti? X’passi ttieħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’ każi ta’ bullying li waslu għand id-Dipartiment tas-Servizz ta’ kontra l-Ibbuljar fis-sena skolastika 2018-2019 kien ta’ 544. Kull meta nqalgħu każi ta’ bbuljar bejn l-istudenti, in-National School Support Services (NSSS) fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni, u l-iskejjel konċernati, ħadu l-miżuri meħtieġa skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni. Fost dawn ta’ min isemmi sessjonijiet kemm mal-vittma kif ukoll mal-aggressur, ta’ counselling u guidance, sessjonijiet mal-psikoloġi, social workers u ma’ professjonisti oħrajn skont il-bżonn. Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team żaru l-iskejjel kull fejn kienu rrappurtati każi bħal dawn, biex bi proċeduri u miżuri stabbiliti, jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom.

Rapporti ta’ każijiet ta’ bullying minn studenti fuq għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2018-2019 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq għalliema? X’passi ttieħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li min-naħa tad-Direttur Ġenerali, Direttorat għal Servizzi Edukattivi, daħlu dawn il-każijiet permezz ta’ portal li ġie mniedi bħala sapport għall-edukaturi f’Jannar 2019: 30 rapport separat marbuta ma’ 10 każijiet. Id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi rċeviet ukoll 13-il każ ieħor mhux permezz tal-portal. Minn dawn it-23 każ (portal u mod ieħor), każ minnhom kien komuni. Il-każijiet ġew riferuti lill-Prinċipali tal-Kulleġġi li bl-għajnuna tas-servizz ta’ appoġġ preżenti f’kull kulleġġ u anke b’interventi li kompliet tagħmel l-iskola, dawn il-każijiet ġew magħluqa.
Leg 13 PQ #11754 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

LSAs Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm LSAs, LSA 1 u LSA 2 Għawdxin, kemm dawk li jaħdmu fi Skejjel Primarji kif ukoll dawk li jaħdmu ġewwa Skejjel Sekondarji, li jaħdmu fi skejjel ġewwa Malta sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid f’liema lokalità u x'etajiet għandhom dawn il-ħaddiema, u kemm ilhom snin jaħdmu ġo skejjel ġewwa Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Boroż ta’ studji mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mit-Taqsima tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti u Boroż ta' Studju li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-investiment kapitali tal-Gvern fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn huwa kif muri fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

SportMalta – proprjetà f’Tigné – ħlas minn klabb tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas minn Sliema Wanderers FC għall-proprjetà f’Tigné li huma jagħmlu lil SportMalta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Sliema Wanderers FC għall-proprjetà f’Tigné preżentement tħallas lil SportMalta ċ-ċens annwu u temporanju ta’ €10,500. F’għeluq kull perjodu ta’ ħames (5) snin dan l-ammont ta’ ċens jiġi rivedut għal żieda ta’ għaxra fil-mija (10%) taċ-ċens eżistenti meta ssir ir-reviżjoni.

Proprjetà f’Tigne – kera ta’ proprjetà ta’ Klabb tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tal-valur kummerċjali tal-kera tal-proprjetà ta’ Sliema Wonderers f’Tigné, liema stima kienet saret xi snin ilu mill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema stima (biex ngħinu fit-tfittxija) hija ferm ogħla mill-istima li saret riċenti ħafna mil-Lands Authority għall-istess proprjetà?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima li ngħatat mill-perit imsemmi mill-Onor. interpellant fl-2014.

Jobsplus – Taħriġ għax-Xogħol lil persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11284, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu persuni b’diżabilità li huma mħarrġa mill-Jobsplus?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus mill-255 persuna b’diżabilità li kienu mħarrġa bejn Jannar u Awwissu 2019, 92 persuna minnhom sabu xogħol. Ta’ min jinnota li dawn in-numri mhumiex uniċi, dan għaliex persuna tista' tkun attendiet iżjed minn kors wieħed. Minn 255, in-numru ta’ persuni uniċi jammonta għal 217 u minn 92 in-numru ta’ persuni uniċi jammonta għal 90. It-tabella t’hawn taħt turi x-xogħol li qed jagħmlu. L-oħrajn għadhom qed jiġu segwiti minn Lino Spiteri Foundation. Social Work and Counselling Professionals Clerk General Office Clerk Contact Centre Information (customer care) Clerk Enquiry Receptionist General Clerk Shipping and Transport Assistant Librarian Clerical Support Workers not Elsewhere Classified Salesperson Shop Cashiers and Ticket Clerks Care Worker personal Security Guard Mechanics and Repairers Motor Vehicle Machine Operator Plastic Products Cleaners and Helpers Domestic Cleaners and Helpers in Offices Hotels and Other Establishments Hand Packer Labourer (incl. factory hand unskilled labourer) Crew Member fast food Kitchen Hand Labourer Sweeper and Related Messenger Handyperson/Maintenance Attendant other

Servizz ta' Kolazzjoni nutrittiv fl-iskejjel qabel il-ftuħ tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li bbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet in-nefqa sena b’sena, fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-Servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student, fis-sena skolastika 2017-2018 ibbenefikaw 5,780 student u fis-sena skolastika 2018-2019 ibbenefikaw 6,636 student. In-nefqa tal-Breakfast Club minn April 2014 sa Ġunju 2019 kienet ta’ €5,076,418.61. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs,eċċ), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif imniżżel f’din it-tabella: Sena Skolastika Nefqa 2014-2015 €438,988.52 2015-2016 €685,522.32 2016-2017 €965,939.45 2017-2018 €1,119,383.22 2018-2019 €1,308,148.62 Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel minn April 2014 sa Ġunju 2019 €558,436.48 Total €5,076,418.61

Studenti li rripetaw sena fil-kors – għoti ta’ stipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li rripetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mit-Taqsima tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti u Boroż ta' Studju li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

SEC — Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kien hemm total ta’ 3,841 persuna li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC mill-2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet ta’ reviżjoni) sal-2019. In-numru ta’ persuni li attendew għal dawn il-klassijiet sena b’sena huwa kif se nsemmi: Sena Numru ta' persuni li attendew 2014 551 2015 777 2016 770 2017 553 2018 588 2019 602

Nefqa fuq l-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fuq l-istipendji bejn l-2013 u llum, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ kotba għall-iskejjel u libreriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u l-ispiża involuta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sa April 2019, sena b’sena, hu kif muri fit-tabella hawn taħt. Sena Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba Nisa li r-reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar Total 2013 6,069 1,351 7,420 2014 7,202 1,658 8,860 2015 7,692 1,662 9,354 2016 8,954 1,685 10,639 2017 9,466 1,714 11,180 2018 10,585 1,515 12,100 sa April 2019 2,743 456 3,199 Dawn iċ-ċifri jinkludu dawk in-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar.

Skejjel tal-Gvern – servizz ta’ first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom is-servizz ta’ first aiders kwalifikati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif se nsemmi: Gozo College Middle School, Victoria Secondary School, Victoria Xagħra Primary Xewkija Primary Maria Reġina College Middle School, Naxxar Secondary School, Mosta (Żokrija) Għargħur Primary Mosta Primary A Mosta Primary B Annexe St Paul's Bay Primary Naxxar Learning Support Centre (Secondary) St Benedict College Secondary School, Kirkop Middle School, Kirkop Birżebbuġa Primary Għaxaq Primary Gudja Primary Kirkop Primary Mqabba Primary Safi Primary Żurrieq Primary St Clare College Gżira Primary San Ġwann Primary St Julians Primary St Ġorġ Preca College Middle School, Blata l-Bajda Secondary School, Ħamrun Education Hub, Msida Floriana Primary Ħamrun GP Primary Ħamrun SS Primary Marsa Primary Paola Primary A Paola Primary B St Ignatius College Middle School, Ħandaq Luqa Primary Qormi San Bastjan Primary St Margaret College Secondary School, Verdala Kalkara Primary Senglea Primary Vittoriosa Primary Żabbar Primary A St Nicholas College Secondary School, Dingli Attard Primary Baħrija Primary Dingli Primary Mġarr Primary Mtarfa Primary Rabat Primary St Theresa College Secondary School, Mriehel Birkirkara Primary Lija-Balzan-Iklin Primary St. Venera Primary St Thomas More College Middle School, Tarxien Secondary School, Żejtun Secondary School, Sta Luċija Visual & Performing Arts / Boys' Secondary, Ħamrun (Samra) Alternative Learning Programme (ALP) - Paola Fgura Primary A Fgura Primary B Marsascala Primary Marsascala Primary (new school) Żejtun Primary A Żejtun Primary B Learning Support Centre, Ħamrun Mikiel Anton Vassalli College Gozo Visual and Performing Arts School Johann Strauss School of Music Lifelong Learning Msida Ġuże' Ellul Mercer - 16+ Education Project, Gżira