Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Park tal-familja – Risk assessment report

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessment report li sar fuq is-sit li qabel kien jintuża bħala Park tal-Familja fil-Mellieħa u li llum spiċċa b’art tal-konkos u li fuqha tpoġġew numru ta’ containers biex iservu bħala klassijiet għat-tfal tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Helen Keller Resource Centre - Klabb 3-16

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31364 u jgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor?  Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan is-servizz li jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati. Preżentament id-domanda mhix daqshekk kbira, u għalhekk ġeneralment jinfetħu minn klabb wieħed sa tnejn matul is-sena skolastika. Matul is-sajf jinfetħu kollha, sabiex jakkomodaw lill-istudenti li jattendu fihom kif ukoll jingħata servizz minn Hand in Hand waqt ħinijiet formali tal-iskola. Minn din is-sena skolastika beda jkun offrut ukoll is-servizz ta’ klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola bejn it-3:00pm u s-6:00 pm.  Dan hu servizz li wkoll jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati, u peress li d-domanda mhix kbira u l-ħaddiema kollha taċ-ċentri tar-riżorsi jkunu nvoluti fis-supervizjoni tat-trasport tal-istudenti minn u lejn id-dar, infurmat li dan is-servizz ġie outsourced lill-Hand in Hand. Permezz ta’ dan is-servizz, studenti li għandhom bżonn is-servizz jittieħdu miċ-ċentri rispettivi tagħhom wara l-iskola bit-trasport tal-istat u l-ġenituri jiġbruhom minn hemm skond il-kumdita’ taghħhom sa mhux aktar tard mis-6:00 pm.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31418 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31420 u jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Skola Primarja ta’ San Ġorġ - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi u d-data ta’ meta effettivament se jkun qed jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31136.

Għawdex - Għalliema fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31031 u jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31031.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30984 u 31212 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666 kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ ikkumpilat mill-Agenzija Ewropea?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Bħalma tħabbar nhar is-17 ta’ Settembru 2025, il-Ministeru se jkun qed jibda proċess ta’ konsultazzjoni bikrija – Education That Empowers; Inclusion That Transforms - sabiex tiġi imfassla il-politika il-ġdida ta’ edukazzjoni inklussiva, li trid tkun lesta sal-bidu tas-sena 2027. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni bikrija (pre-consultation) se jkun simili għall-mudell addottat meta ġiet imfassla l-Istrateġija Nazzjonali Għall-Edukazzjoni 2024-2030.  F’dan l-eżerċizzju, il-Policy Monitoring & Evaluation Directorate (PMED) diġà għamel analiżi storika ta’ kif evolvit il-politika nazzjonali fuq l-edukazzjoni inklussiva matul is-snin.  Fil-konsultazzjoni bikrija se jkunu qed jiġu ppreżentati l-analaiżi ta’ numru ta’ studji li saru f’dan l-aħħar xhur, fosthom ir-rapporti tal-European Agency, l-istudju li saru mil-PMED u riċerka li saret mal-istudenti mill-Research & School Internal Review Directorate.

Tagħmir aġġornat u teknoloġija moderna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jipprovdix tagħmir modern u xieraq biex jiffaċilita t-tagħlim tal-istudenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja, bħall-użu ta’ SMART Braillers u teknoloġija assistiva moderna oħra, minflok tagħmir qadim li ma jissodisfax l-istandards edukattivi tal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jiżgura li ħafna mill-hardware u s-software li jinxtraw huma aċċessibbli għal kulħadd, inkluż studenti b’diżabbiltà jew b’nuqqas ta’ vista. Fejn ikun hemm bżonn ta’ teknoloġija assistiva speċjalizzata, il-każijiet jiġu indirizzati fuq bażi individwali wara referenza mis-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Edukazzjoni Inklussiva Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-FITA toffri tagħmir modern lill-persuni disabbli u vulnerabbli. Il-klijenti kollha b’nuqqas ta’ vista għandom il-benefiċju li jitgħalmu, b’xejn, il-Braille mill-uffiċini tal-FITA u jgħamlu użu minn bosta kotba li l-FITA tipprintja bil-braille u bil-lingwa Maltija. Infurmat ukoll li l-FITA toffri wkoll tgħamir bi skema ta’ leasing b’rati baxxi.

Numru ta’ għalliema speċjalizzati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ftit snin ilu kien hemm erba’ Teachers of the Visually Impaired li kienu jappoġġjaw studenti madwar il-pajjiż, meta illum hemm waħda biss responsabbli għall-cohort nazzjonali kollu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Eżamijiet bil-braille

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja mhumiex jitħallew jagħmlu l-eżamijiet bil-braille, meta dan jista’ jsir faċilment permezz tal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Lezzjonijiet tal-braille barra l-ħinijiet tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) jew xi entità oħra, tipprovdix lezzjonijiet tal-braille barra l-ħinijiet tal-iskola, biex tiġi żgurata inklużjoni vera u sabiex l-istudenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja ma jkollhomx jitilfu lezzjonijiet oħra, sitwazzjoni li tista’ titqies bħala diskriminazzjoni indiretta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm 6 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Kien hemm ukoll ħdax 11-il student ieħor li m’applikawx għall-istipendju imma huma wkoll daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Matul is-sena akkademika 2024/2025 kien hemm 3 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship Training u 10 studenti oħra li m’applikawx għall-istipendju u daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm madwar 3,306 student u 3,666 oħra fis-sena akkademika 2024/2025 li kienu f’impjieg part-time iżda li ma jaqbiżx it-30 siegħa fil-ġimgħa kif hu permess taħt il-Liġi Sussidjarja 605.06 – Regolamenti Dwar l-Għotjiet Ta’ Manteniment Għal Studenti f’dawn l-etajiet hekk kif ġej: - Sena akkademika 2023 – 2024 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ 3306 Studenti 175 301 557 644 563 388 291 141 73 42 34 15 19 14 6 43 Sena akkademika 2024 – 2025 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ Studenti 193 314 621 683 653 483 311 154 84 55 32 22 15 6 11 29

MCAST – Sejħiet għal staff akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff akkademiku fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-snin imsemmija inħarġu mat-386 sejħa.

Skejjel tal-Istat - Għalliema u LSEs li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30666 u jgħid kemm irriżenjaw għalliema u LSEs mill-iskejjel tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlmanetari 30666.

Skejjel tal-Istat - LSEs ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30665 u jgħid kemm daħlu jaħdmu LSEs ġodda fl-iskejjel tal-Istat fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlmanetari 30665.

Għawdex – Għalliema fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-iskejjel hemm LSEs u mhux LSAs, terminu li m’għadux jintuża, ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika hemm total ta’ 724 li jinkludu għalliema u LSEs fl-iskejjel t’Għawdex.

Università ta’ Malta - Allokazzjoni għar-riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għar-riċerka mill-Università ta’ Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-qasam tar-riċerka (saħħa, soċjali, teknoloġija, ecc)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Riċerka u innovazzjoni - Baġit allokat

Question

Fid-dawl li l-budget allokat għar-riċerka u innovazzjoni skont il-Eurostat (https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241211-2), meta mqabbel mal-GDP, hu ta’ 0.6% u f’termini reali (mhux nominali) dan l-ammont hu inqas mill-2013 (-0.12%) , jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ma kibirx bl-istess rata li kibret l-ekonomija Maltija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Innovazzjoni u riċerka - Investiment

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27263, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-baġit allokat għar-riċerka u innovazzjoni fis-sena 2025, u x’inhi l-allokazzjoni f’kull qasam? Jista’ jgħid ukoll jekk f’din iċ-ċifra hux qed jinkludi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta? Jekk iva, kemm hi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul din is-sena l-Universita ta’ Malta s’issa nvestiet €497,490.54 fuq riċerka.

Taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru joffrix xi forma ta’ taħriġ jew żvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema u LSEs li jaħdmu ma’ studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja, sabiex dawn ikunu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jappoġġjaw lill-istudenti lejn indipendenza u inklużjoni sħiħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm studenti b’nuqqas ta’ vista fl-iskejjel, isir kuntatt mill-iskejjel rispettivi mal-għalliema tal- Visual Impairment , biex tipprovdi taħriġ ta’ strateġiji kif jista’ jiġi implimentat is-syllabus mal-edukaturi involuti pero` jkun hemm skejjel li jħossu l-bżonn li jorganizzaw taħriġ professjonali lill-edukaturi kollha rispettivatment. Isir ukoll taħriġ individwali skont il-ħtiġijiet individwali tal-istudenti li jinkludu sessjonijiet dwar l-użu ta’ teknoloġiji assistivi, b’kollaborazzjoni mal-FITA. Dan isir flimkien mal- LSEs u l-ġenituri tal-istudenti rispettivi. Barra minn hekk, hemm LSEs li jieħdu inizjattivi personali u jattendu korsijiet online bħal Unified English Braille (UEB) biex isaħħu l-ħiliet tagħhom.