B'referenza għall-Gazzetta tal-Gvern Nru 20,966 datata 28 ta' Novembru 2022, paġni 16,050 u 16,052, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biċċa art qrib l-Iskola Primarja ta' Birżebbuġa bejn Trejqet l-Iskola u Triq il-Bandli, ġietx akkwistata mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas biex ġiet akkwistata u għal liema raġunijiet ġiet akkwistata?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament rigward in-negozjati dwar proprjetajiet trasferiti mill-Knisja għall-Istat peress illi l-ftehim tal-1991 issa għalaq iż-żmien tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Gvern u l-Knisja għadhom għaddejjin bil-proċessi stabbiliti biex il-proprjetajiet li l-Knisja għaddiet għand il-Gvern skont il-ftehim imsemmi, jiġu reġistrati f’isem il-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14958, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta huwa antiċipat li jkun konkluż il-proċess ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet għall-40% li fadal tal-proprjetà trasferiti mill-Knisja għall-Istat permezz tal-ftehim tal-1991?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jissokta x-xogħol biex jiġu rreġistrati f’isem il-Gvern il-propretajiet li fadal u qed jissaħħu l-isforzi biex dan il-proċess jintemm.
Peress illi l-mistoqsija parlamentari 12158 li rrefera għaliha l-Ministru bl-ebda mod ma twieġeb il-mistoqsija li saritlu għaliex din titratta d-dati ta’ meta ġew impjegati l-kandidati u fiha ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet hekk kif intalab jagħmel fil-mistoqsija li saritlu, jista’ allura l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102, 14222, 14524 u 14963 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ingaġġ tal-Avukati mal-Awtorità tal-Artijiet sar permezz ta’ proċeduri stabbiliti minn JobsPlus, sejħiet interni kif ukoll skont ċirkulari maħruġa mis-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-proċedura użata f’kull ingaġġ.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ġejt infurmat li fil-perjodu msemmi minnu, ma kienx kemm persuni impjegati kif mistoqsi minnu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u l-ammonti totali tal-valur tagħhom, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15295 u 15460 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14573, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli u ċjoè fortijiet u batteriji kostali ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin, fosthom Forti San Luċjan, Forti Sant’Anġlu, Forti Ricasoli, Forti Madliena fost oħrajn? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji, jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Il-Belt Valletta – Rapport dwar il-Views and Vistas
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15296 u ċjoè: B’referenza għal rapport dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirrefer lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 15296 li ngħatat fis-seduta 197.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15295 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14573, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli u ċjoè fortijiet u batteriji kostali ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin, fosthom Forti San Luċjan, Forti Sant’Anġlu, Forti Ricasoli, Forti Madliena fost oħrajn? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji, jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Lukanda ta’ Selmun, Forti Campbell u Palazz l-Aħmar fil-Marfa — pjanijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux pjanijiet u jekk iva x’inhuma dawn il-pjanijiet dwar x’ser isir:
a. mill-Binja li qabel kienet lukanda f’Selmun;
b. mill-Forti Campbell; u
c. mill-Palazz l-Aħmar fil-Marfa (limiti tal-Mellieħa)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102, 14222 u 14524 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Uffiċċju Konġunt — kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta’ proprjetà li għalihom hemm referenza fl-artikoli 1, 5, 8, 9 u 10 tal-ftehim dwar it-trasferiment lill-Istat tal-proprjetà immobbli f’Malta mill-Knisja Kattolika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-aħħar darba li tqegħdet fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta’ proprjetà tal-ftehim dwar it-trasferiment lill-Istat tal-proprjetà immobbli f’Malta mill-Knisja Kattolika kienet fis-sena 2022.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi ma ngħata l-ebda kuntratt ta’ fiduċja minn meta ingħatajt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-twaqqif ta’ dan il-Ministeru ‘l ġdid ma kien hemm ebda ammont imħallas kif indikat.