Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern – Anzjani fuq il-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu f'xi waħda mid-Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern? Jista' jgħid jekk hemmx aktar minn waiting list waħda u jekk iva, jista' jgħid kemm hemm fuq il-waiting list f'kull kategorija?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 1221 persuna li qegħdin fuq il-waiting list u għadhom qed jistennew biex jidħlu f’Dar Residenzjali tal-Anzjani. Minn dawn, 613 persuna applikaw fis-sena 2022. Hemm waiting list waħda u l-anzjani jidħlu f’Dar Residenzjali skont l-urġenza tal-każ u s-sodod disponibbli.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1300 u 1593 u jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1299 u 1521 u jgħid minn min hu kompost in-National Commission on Active Ageing? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-‘National Commission on Active Ageing’ hija komposta kif ġej:
Chair: Prof Marvin Formosa
Membri: Is- Sur George Said
Is- Sur Liam Pace
Sa Joyce Debono
Prof George Buttigieg
Sa Georgina Attard
Sa Silvana Civelli
Membru/Segretarju: Is- Sur Martin Sultana
Ir-remunerazzjoni taċ- Chairperson hi €18.07/hr u tal-membri hi €15.24/hr. Dan skont il-‘Manual for Setting the Categorization and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees’.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1298 u 1520 u jgħid minn min hu kompost il-Management Committee of St Vincent de Paule? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- ‘Management Committee of St. Vincent de Paule huwa kompost kif ġej:
Chair: Dr. Antoine Vella
Viċi Chair: Prof Stephen Montefort
Membri: Dr. Michael Buttigieg
Is-Sur Joseph Debono
Prof Pierre Ellul
Dr. Josianne Cutajar
Dr Brian Farrugia
Sa Suzanne Attard
Sa Fabienne Grech
Dr. Santosh Kumar
Membri/Segretarja: Sa Isabella Aquilina
Ir- remunerazzjoni taċ- Chairperson hi €4,732.84; tal-Viċi Chairperson hi €3,155.23, u tal-membri hi €2,366.42. Dan skont il-‘Manual for Setting the Categorization and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees’.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1297 u 1519 u jgħid minn min hu kompost il-Home Help Appeals Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il- ‘Home Help Appeals Board’ huwa kompost kif ġej:
Chair: Dr Kevin Mompalao
Viċi Chair: Dr Anthony Dimech
Membri: Is- Sur Aldrin Cassar
Sa Angela Aguis
Is- Sur Paul Vella
Is- Sur Frank Masini
Is- Sur David Schembri Wismayer
Is- Sur Saviour Galea
Sa Karen Schembri
Sa Catherine Vella
Segretarja: Sa Lara Azzopardi
Ir- remunerazzjoni taċ- Chairperson hi €15.24/hr, tal-Viċi Chairperson hi €14.24/hr, u tal-membri/segretarja hi €13.34/hr. Dan skont il-‘Manual for Setting the Categorization and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jireferri għall-mistoqsija parlamentari numru 82.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Kunsill għall-Anzjani li jgħid lill-Kummissarju għall-Anzjani — kompożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1300 u jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1354, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal mis-sena 2017 sal-lum mill-11-il pajjiz imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ġew adottati minn kull pajjiż rispettivament?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tireferri l-mistoqsija lil-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct order? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 901, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn l-2017 sal-lum minn pajjiżi barranin? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn l-adozzjonijiet sena b'sena u minn liema pajjiżi ġew adottati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni sena b’sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni. B’kollox kien hemm total ta’ 162 adozzjonijiet mill-2017 sa Mejju tal-2022.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Chairpersons, membri tal-bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 172 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Chairpersons, membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1296 u jgħid minn min hu kompost il-Foundation for Senior Citizen Services Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1297 u jgħid minn min hu kompost il-Home Help Appeals Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Management Committee of St Vincent de Paule — kompożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1298 u jgħid minn min hu kompost il-Management Committee of St Vincent de Paule? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
National Commission on Active Ageing — kompożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1299 u jgħid minn min hu kompost in-National Commission on Active Ageing? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbena night shelter għall-anzjani f’Ħal Qormi stess mill-Gvern Ċentrali? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar dan?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull talba għal Night Shelter tiġi evalwata skont id-domanda u disponibbiltá. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinkludi numru ta’ sodod għal Night Shelter ma’ kull ftehim ta’ xiri ta’ sodod li jsir ma’ operaturi ta’ djar privati tal-anzjani biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ Night Shelters.
Bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti għas-servizzi ta’ Night Shelter.