Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapporti — drenaġġ Mellieħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) daħlulhiex rapporti ta’ drenaġġ li ħareġ fil-baħar fiż-żona magħrufa bħala l-Qammieħ, il-Mellieħa? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x’kienet il-kawża għal dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li din is-sena, filwaqt li ma daħlulhiex rapporti mill-pubbliku ta’ drenaġġ li ħareġ fil-baħar fiż-żona magħrufa bħala l-Qammieħ, il-Mellieħa. l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet notifika waħda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar drenaġġ li ħareġ fiż-żona msemmija mill-Impjant għat-trattament tad-drenaġġ taċ-Ċumnija minħabba ħsara teknika fl-istess impjant.

Għajnsielem – Impjant għat-Trattament tal-Ilma f’Tal-Fessej

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11033 li ngħatat fit-3 ta' Ottubru 2023, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji dwar l-Impjant għat-Trattament tal-Ilma ġewwa Tal-Fessej f'Għajnsielem, Għawdex, sabiex isir investiment ieħor meħtieġ biex eventwalment jiġi modernizzat l-impjant sabiex ilaħħaq maż-żieda fid-domanda futura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-istudji tlestew u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet għall-istadju li jmiss, dak tal-abbozzar tas-sejħa għall-offerti għat-twettiq ta’ dan il-proġett.

Mellieħa – Forti Campbell — Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk xogħol fuq servizzi li qed isiru f’dawn il-jiem fiż-żona ta’ Forti Campbell (limiti ta’ Selmun - Mellieħa) humiex relatati mal-fatt li dan il-post b’valur storiku jista’ jkun li ser ikun qed jiġi żviluppat? Jekk le, allura tista’ tgħid x’inhi r-raġuni għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, waqt li qegħdin isiru interventi minn Infrastructure Malta fi Triq tax-Xagħra ta’ Selmun, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel tibdil ta’ mejnijiet u estenzjoni tan-network tan-New Water fit-Tramuntana ta’ Malta. Ix-xogħlijiet qegħdin isiru u jiġu kkordinati minn Infrastructure Malta. Għal dak li jirrigwarda Forti Campbell nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Żoni tal-Miżieb - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li t-toroq li għaddew xi servizzi minnhom fiż-żoni tal-Miżieb, l-Imbordin u San Martin (limiti tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar) sal-lum ingħataw biss (fejn ingħataw) wiċċ tal-konkos u li però jinsabu fi stat ta’ periklu u li qed jikkawżaw ħsarat lill-vetturi li jgħaddu minnhom, tista’ l-Ministru tgħid meta dawn it-toroq ser jerġgħu jitpoġġew fl-istat li kienu qabel inbeda x-xogħol jew saħansitra jingħataw wiċċ ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Fiż-żoni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinsab għaddejja bi proġett estensiv fejn qed tgħaddi kemm servizzi ta’ New Water kif ukoll għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb. Infurmata li apparti li ngħata l-konkos fuq it-trinek sar anke l-cold asphalt fejn il-konkos inkiser. Il-pjan tal-Korporazzjoni huwa li fil-ġimgħat li ġejjin jingħata l-asfalt fuq il-partijiet lesti, filwaqt li jibqa’ għaddej ix-xogħol fid-direzzjoni tal-bypass sakemm jingħaqad mal-infrastruttura eżistenti.

Statistika ta' kemm vetturi qalbu għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta' kemm-il vettura għamlet il-qalba għal gass taħt l-iskema offruta mill-Gvern minn meta bdiet topera l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

San Ġiljan – Proġett ta’ Project Green

Question

B’referenza għal proġett li ser jagħmel Project Green ġewwa Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti proposti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green ikkonsultat mal-Kunsill Lokali biex ġiet żviluppata proposta għal spazju miftuħ f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan. Ġiet sottomessa applikazzjoni għal dan il-proġett mal-Awtorita tal-Ippjanar u għalhekk hu mistenni li d-disinn ikun aċċessibbli għall-pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin.

Binjiet domestiċi u residenzjali – Kirja tal-arloġġi tal-ilma — Susssidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet domestiċi u residenzjali – Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma — Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet domestiċi u residenzjali – Kirja tal-arloġġi tad-dawl — Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet domestiċi u residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet mhux residenzjali — Kirja tal-arloġġi tal-ilma - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet mhux residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet mhux residenzjali — Kirja tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet mhux residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

ERA — Avviżi ta’ infurzar għas-sena 2022

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17600 u tgħid kemm-il avviż ta’ infurzar ħarġet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-2022, u tgħid kemm minn dawn il-każi għadhom attivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-2022, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 140 multa aministrattiva u solviet numru ta’ każijiet oħrajn mingħajr il-ħtieġa li tinħareġ Ordni ta’ Waqfien u Konformità, filwaqt li nħarġu tnax-il avviż ta’ Waqfien u Konformità. Minn dawn hemm tlieta li ngħalqu wara li tneħħiet l-illegalità u tħallset il-multa ta’ kuljum fejn applikabbli, sitta għadhom attivi u tnejn minnhom huma suġġetti għall-appell. Fi tliet każijiet l-illegalità suġġetta għall-Ordni ta’ Waqfien u Konformità tneħħiet minkejja li l-file għadu mhux proċeduralment magħluq.

ERA — Multi amministrattivi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17601 u tagħti informazzjoni dwar kemm mill-multi amministrattivi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari qabżu l-€25,000, u f’kull każ tgħid x’kienet ir-referenza tagħhom, fuq min inħarġu, l-ammont tal-multa, in-natura tal-ksur tar-regoli ambjentali li ġġustifikaw tali penali, u jekk dawn il-multi tħallsux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) twaqqfet fl-2016 u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tista’ tingħata minn dak inhar ‘il quddiem. Mill-2016 sal-lum, mill-multi amministrattivi kollha li nħargu, tmienja (8) kienu ta’ €25,000 jew aktar. Minn dawn, tħallsu sitta (6), hemm waħda (1) li hija suġġetta għal appell quddiem l-Environment and Planning Review Tribunal u oħra li għadha ma tħallsitx. Qiegħda npoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li fiha l-kumplament tal-informazzjoni.

Light pollution policy

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17608 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16322, tista' l-Ministru tgħid jekk inġabritx l-informazzjoni neċessarja mill-entitajiet varji sabiex tkun ippublikata l-policy dwar light pollution li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika fl-2020 u wara erba' snin għadha ma ġietx ippubblikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Mosta — Siġar tal-fikus fil-pjazza - testijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħaditx kampjuni tal-likwidu li ħiereġ mit-toqob li hemm fis-siġar tal-fikus fil-pjazza tal-Mosta? Jekk fl-affermattiv, tista’ tippubblika r-riżultati tat-testijiet li saru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li malli rċeviet rapporti dwar dan il-każ, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) immedjatament bdiet investigazzjonijiet b’assistenza mid-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti u anke talbet l-intervent tal-Pulizija. L-ERA kkummissjonat teħid ta’ kampjuni mis-siġar indikati f’attentat li tiġi determinata s-sustanza li ntefgħat fihom. Dawn il-kampjuni qegħdin jiġu analizzati f’laboratorju akkreditat barra minn xtutna u r-riżultati tat-testijiet mistennija li jkunu għad-dispożizzjoni tal-ERA fil-jiem li ġejjin. L-Awtorità appellat lil kull min għandu tagħrif li jista’ tgħin f’din l-investigazzjoni biex jirrapporta kull informazzjoni rilevanti b’mod anonimu fuq 2292 3500 jew permezz tal-portal onlajn fuq https://cc-eris.eraportal.org.mt/submit-case

Ta’ Ċenċ — Xogħlijiet mill-Water Services Corporation

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14056 rigward ix-xogħlijiet li nbdew iktar minn sitt xhur ilu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex fejn ġie mwieġeb li 'Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett, ix-xogħlijiet se jissuktaw wara li jinħarġu l-permessi meħtieġa, li għalihom diġà ddaħħlu l-applikazzjonijiet, għall-fażi li jmiss', tista’ l-Ministru tgħid għalfejn f'dawn l-aħħar tliet xhur ma tkompliex ix-xogħol biex jintegra ż-żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li minħabba l-fatt li x-xogħlijiet tat-tieni fażi jmissu ma’ toroq residenzjali dawn jirrikjedu l-ħruġ ta’ permessi minn diversi awtoratijiet. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed timxi mal-proċedura u tistenna l-ħruġ ta’ dawn il-permessi biex ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet.

'TD-T-3749-2023 (7167) — TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema xahar hu maħsub li jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'TD-T-3749-2023 (7167) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER'? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex, għaddej b’ritmu x-xogħol ta’ rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fejn l-Enemalta qiegħda tkompli żżid il-konnesjonijiet biex is-sistema tkun aktar reżiljenti. Bħala parti minn dan it-tisħiħ fis-sistema se jsir tqegħid ta’ cables ġodda bejn iż-żewġ substations imsemmija fis-sejħa li qed issir referenza għaliha. Dan ix-xogħol ser jibda ladarba jinħarġu l-permessi neċessarji minn Transport Malta għall-iskavar u huwa stmat li se jammonta madwar €170,000.