Tista’ l-Ministru tgħid b’liema rata jinbiegħ kull unit ta’ elettriku lill-vapuri li jagħmlu użu mis-sistema tax-ship-to-shore?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata li biha jinbiegħ l-elettriku bħalissa permezz tax-Shore-to-Ship hija ta’ €0.2094/kWh +VAT. Il-prezzijiet jinbidlu perjodikament (normalment kull 3 xhur) li jirriflettu l-prezz tas-suq f’dak il-perjodu partikolari. Din l-informazzjoni hija pubblika fuq is-sit elettroniku ta’ Enemalta.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20978 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u tgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Tista’ tgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il bozza nqalgħet fi Triq Fleur de Lys, f’Birkirkara minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru kemm mill-Gvern kif ukoll minn kuntratturi privati u li għadhom ma tpoġġewx lura? Tista’ tagħti raġuni għaliex ma tpoġġewx lura u meta ser jerġgħu jiġu installati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fi Triq Fleur De Lys inqalgħet bozza waħda wara talba biex isir żvilupp mad-dar fejn kienet imwaħħla. Infurmata wkoll li d-dar bisiwt hija kundannata u għaldaqstant il-lampa ma tistax tiġi installata ma’ din il-proprjetà. Il-lampa terġa’ titwaħħal ladarba jkun lest l-iżvilupp u jkun hemm kunsens tas-sid biex terġa’ titwaħħal.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isir tindif tal-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, wara d-diżastru ambjentali li sar minn barriera operata b’mod illegali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejja azzjoni ta’ infurzar konġunta mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Awtorità tal-Ippjanar fejn qed jiġi assigurat li mhux jidħol iktar materjal fil-barriera indikata. Infurmata li l-operatur qiegħed fil-preżent jipproċessa l-materjal li hemm fis-sit biex jibdew jiġu indirizzati l-livelli skont method statement li fil-ħin tal-preparazzjoni ta’ din ir-risposta għadu mhux approvat stante li l-Awtoritajiet imsemmija talbu kjarifiċi li għadhom pendenti. Madankollu, l-monitoraġġ huwa kontinwu kemm permezz ta’ cctv cameras kif ukoll billi jsiru spezzjonijiet spontanji fil-post miż-żewg entitajiet.
Direct Order - Negotiated Procedure for the Provision of Spare Parts for DAF Hook-loader Trucks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex kienet tikkonsisti d-direct order permezz tan-negotiated procedure ‘Negotiated Procedure for the Provision of Spare Parts for DAF Hook-loader Trucks’ WSM/153/25 li ngħatat ftit tal-ġranet ilu? Tista’ tgħid kemm hu l-perjodu ta’ żmien ta’ din is-sejħa u għal kemm ingħatat flus din id-direct order? Tista’ tgħid ukoll għaliex din is-sejħa ngħatat permezz ta’ negotiated procedure (Direct Order) u mhux permezz ta’ sejħa pubblika kif suppost għandu jsir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jikkonsisti fi provvista ta’ ‘spare parts’ differenti, esklussivament għal vetturi ‘Hook-loader Trucks’ ta’ ditta ‘DAF’. ‘Spare parts’ huma mmirati għal sitt mudelli differenti ta’ dan it-trakk li bħalissa diġà joperaw fi ħdan WSM, u jikkonsistu f’aktar minn 115-il part differenti għal kull trakk. In-numru ta’ parts differenti jvarja minn mudell għal ieħor. Il-kuntratt ikopri perjodu ta’ tliet snin u għandu valur potenzjali massimu ta’ €1,943,202.40. Dan il-kuntratt inghata bl-użu tal-proċedura negozjata, li tajjeb ikun ċarat li hija proċedura approvata u aċċettata, minħabba li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jħallux lok għal kompetizzjoni minħabba raġunijiet ta’natura mekkanika teknika.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtha matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30776.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex matul dawn l-aħħar xhur, hekk kif beda l-istaġun tas-sajf, qed ikun hemm irwejjaħ insapportabbli fiż-żona madwar l-eks fabbrika tal-ħalib fix-Xewkija Għawdex, u f’partijiet oħra ta’ din it-triq li tieħdok lejn ix-Xewkija u Għajnsielem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji dwar dak li qed isemmi.
TD-T-3749-2023 (7167) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa ‘TD-T-3749-2023 (7167) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER? Tista’ tgħid ukoll kif inhu għaddej l-andament ta’ dawn ix-xogħlijiet u meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minħabba ċirkustanzi li Enemalta ma kellhiex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet kellhom jiġu posposti u għandhom jissuktaw minn din il-ġimgħa.
WSC/T/110/2023 - Works - Trenching And Pipelaying Works In An Environmentally Friendly Manner By The Water Services Corporation - Consolidation Of Existing Network For Improved Water Supply In Xagħra
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet relatati mas-sejħa WSC/T/110/2023 - Works - Trenching And Pipelaying Works In An Environmentally Friendly Manner By The Water Services Corporation - Consolidation Of Existing Network For Improved Water Supply In Xagħra? Tista’ tgħid ukoll kif inhu għaddej l-andament ta’ dawn ix-xogħlijiet u meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin u minħabba li mexa ż-żmien ta’ tlestija l-kuntrattur ġie mġiegħel iħallas penali kif stipulat fil-kuntratt.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk pompa li hemm ġewwa Smart City lejn in-naħa tax-Xgħajra, taqax taħt xi entità li tinsab fil-Ministeru tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista’ tara jekk hemmx bżonn ta’ xi manutenzjoni minħabba li l-ħsejjes li tagħmel qed ikunu ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Smart City hija żona privata u għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandha l-ebda infrastruttura minn tagħha ġewwa ż-żona.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-pjanijiet li hemm fuq xogħol ta’ tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità tan-Naxxar, partikolarment fi Triq id-Dejqa u Triq l-Imdina?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’diskussjonijiet ma’ Infrastructure Malta biex jitwettaq proġett ta’ titjib fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq id-Dejqa u Triq l-Imdina, fil-lokalità tan-Naxxar.
Tista’ l-Ministru tara li l-ilqugħ li sar fi Triq Bormla u Triq Valperga fil-Fgura, li tqiegħed sabiex il-pubbliku jkun infurmat li ser isir proġett ġdid, jittranġa, peress li bħalissa l-aċċess liberu għall-pubbliku li juża dawn it-toroq biex jitla’ jew jinżel il-Kottonera huwa magħluq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet b’rabta mal-proġett ta’ park ġdid li se jsir minn Project Green fil-Fgura. Minħabba li qed isir xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni, ġie installat hoarding mill-kuntrattur ingaġġat mill-Aġenzija, kif huwa obbligat bil-liġi (SL 623.08) biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku. Ninsab infurmata li l-aċċess liberu għall-pubbliku minn u lejn il-Kottonera baqa’ dak li kien u mhux magħluq.
Il-Gudja - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar Triq Santa Marija
Question
Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija fil-Gudja peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 30578.
Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm f’Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, tista’ l-Ministru tgħid taħt min jaqa’ dan il-petting farm?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Petting Farm ta’ Ta’ Qali jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Project Green. Tul dawn l-aħħar snin, kull meta saret il-Luna Park biswit, dejjem ittieħdu miżuri biex jittaffa l-impatt fuq l-annimali. Is-sena l-oħra kien installat materjal sound-proof għall-għasafar biex jitnaqqas l-impatt tal-ħsejjes esterni filwaqt li tħalliet iċ-ċirkolazzjoni naturali tal-arja. Ġew installati wkoll tined biex joskuraw l-effett tad-dawl iteptep filwaqt li tqiegħdu bozoz apposta b’dawl baxx fil-gaġeġ biex jgħinu l-għasafar itiru bil-lejl. Kien hemm annimali oħrajn, bħal fil-każ tal-pagun, li kellha ssir rilokazzjoni temporanja tagħhom. Dan filwaqt li sar moniteraġġ kontinwu tal-annimali biex nassiguraw li l-impatt jibqa’ wieħed minimu.
Din is-sena, filwaqt li l-attrazzjonijiet tal-Luna Park ġew ripożizzjonati b’tali mod li l-impatt ikun l-inqas possibbli, ittella’ wkoll diviżorju bejn il-Petting Farm u l-Luna Park biex jitnaqqas aktar il-livell tal-istorbju u d-dawl. L-istess moniteraġġ reġa’ sar biex jiġu żgurati l-benesseri tal-annimali.
Ħal Tarxien – problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani
Question
Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 30578.
Raħal Ġdid - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re
Question
Tista’ l-Ministru tara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Gdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif kien indika fit-tweġiba li tah il-predeċessur tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 21381 tal-Leġiżlatura XIII, il-kontroll tal-ħamiem selvaġġ ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, madankollu, biex tiġi assigurata l-indafa pubblika, ninfurmah li permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni se ssir spezzjoni fiż-żona li qed jirreferi għaliha u jekk ikun hemm il-bżonn se jsir il-ħasil meħtieġ.
San Pawl il-Baħar - Triq il-Pwales - Main tal-ilma
Question
Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jinbidel il-main tal-ilma fi Triq il-Pwales, f’San Pawl il-Baħar peress li ta’ spiss qed ikun hemm ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li għadni kemm tajtha l-ġimgħa l-oħra għall-istess mistoqsija bin-numru 30107.
Issa li nbeda x-xogħol fi Triq il-Pwales fl-inħawi tas-Simar, f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar fiex jikkonsisti dan il-proġett u tqiegħed kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li għadni kemm tajtha l-ġimgħa l-oħra għall-istess mistoqsija bin-numru 30104.