Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka l-miżati li wieħed jintalab iħallas għall-iskart li jiddaħħal il-Magħtab preżenzjalment, kif ukoll kif kienu l-miżati? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’kienu dawn il-miżati matul l-2017, l-2018, l-2019, u l-2020 separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rati imposti mill-Wasteserv għall-skart li jidħol fil-faċilitajiet tal-Magħtab, kemm fl-impjant kif ukoll fil-miżbla huma dawn:-
Skart imħallat u skart fil-borża s-sewda - €20 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Skart fil-borża l-bajda - €20 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Skart fil-borża l-griża - €0.50 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Skart riċikklabbli ieħor - €0.50 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Skart goff (bulky) - €20 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Demel tal-annimali - €6.03 it-tunnellata (eskluża l-VAT)
Dawn ir-rati (ħlief dik applikabbli għall-ġbir tad-demel tal-annimali) ilhom jiġu applikati mill-2009 u fil-fatt joħorġu minn AL 382 ta’ 2009. Mill-2017 sal-lum għadhom jiġu applikati dawn l-istess rati.
Jista' l-Ministru jelenka l-fees kollha li preżenzjalment il-Wasteserv għandha fuq l-iskart? Jista' jgħid għal-liema tip ta' skart u kemm hi l-fee rispettiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tariffi għar-rimi ta’ skart ġewwa l-faċilitajiet operati mill-Wasteserv jinsabu fi:
· Avviz Legali 382 ta’ l-2009 - Skeda C: Tariffi għar-rimi ta’ skart ġo faċilitajiet għall-imaniġġjar ta’ l-iskart;
· Avviz Legali 203 ta’ l-2011 – Skeda C: Tariffi għat-Trattament ta’ Skart mhux Perikoluż fit-Thermal Treatment Facility, Triq il-Biċċerija, Marsa;
· Avviz Legali 203 ta’ l-2011 – Skeda D: Tariffi għat-Trattament ta’ Skart Perikoluż fit-Thermal Treatment Facility, Triq il-Biċċerija, Marsa.
Apparti minn hekk, hemm rata ta’ 6.03 EUR eskluż il-VAT għal kull tunellata ta’ demel ta’ l-annimali li jidħol ġewwa l-impjant tal-Malta North.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli biex jara li l-moniteraġġ tat-tniġġiż tal-arja jsir? Mil-liema partijiet ta' Malta u Għawdex ġew monitored minħabba t-tniġġiż matul is-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-Awtorità kompetenti għall-monitoraġġ tal-arja. Dan il-monitoring network immaniġġjat mill-ERA ilu għaddej għal diversi snin inklużi l-2017, 2018, 2019 u jikkonsisti f’zewg moniteraggi.
Real time monitoring network: fejn hemm erba’ stazzjonijiet b’monitoraġġ kontinwu li jinsabu fl-Imsida, iż-Żejtun, Ħat’Attard u l-Għarb, Għawdex. Dawn is-siti jkopru sustanzi ta’ tniġġiż regolati mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kwalità tal-Arja.
Il-Passive diffusion tube monitoring network: dan jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja fuq medja ta’ erba’ ġimgħat u jkopri 100 punt ta’ monitoraġġ mifruxa mal-gżejjer Maltin. Ikopri id-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-benżin (benzene). Id-diossidu tal-kubrit (sulphur dioxide) huwa wkoll kopert b-24 punt ta’ monitoraġġ iffukati fiż-żona tal-portijiet.
Informazzjoni taż-żewġ monitoring networks tinsab ukoll fuq il-websajt tal-ERA.
Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultati tat-tniġġiż tal-arja f'Malta u Għawdex, żona b'żona li ġew miksuba matul is-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kif elenkat fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 16194, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA) timmaniġja ¿ewġ monitoring networks li ilhom joperaw għal diversi snin u li jinkludu l-2017, 2018, 2019. Informazzjoni mi¿-¿ewġ monitoring networks tinsab ukoll fuq il-website ta’ l-ERA.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet kellu l-gvern biex inaqqas it-tniġġiż fl-arja matul is-snin 2017, 2018 u 2019? X'passi ħa biex dan it-tniġġiż jitnaqqas u liema politika jimxi biha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Budget 2021 ikompli jsaħħaħ il-miżuri biex jitjieb l-ambjent b’mod ġenerali, fl-istess ħin li qed inħarsu lejn mobbiltà sostenibbli. Wara l-miżuri mħabbra u irrappurtati lill-Kummissjoni Ewropea fin-National Air Pollution Control Programme, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qegħda taħdem fuq Pjan għall-Kwalità tal-Arja, bi ħsieb li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-arja, speċjalment f’żoni iktar milquta mit-traffiku.
Minkejja dan, iżda, irrid infakkru wkoll li sadanittant, f’dawn l-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri biex jitnaqqas it-tniġġiż tal-arja.
L-iktar miżuri li ħallew impatt kienu dawk parti mir-riforma fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fosthom l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa, u l-qalba għal-fjuwil iktar nadif (minn heavy fuel oil għall-liquified natural gas) f’Dellimara. Dawn wasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-livelli ta’ sulphur dioxide, nitrogen oxides u anke trab fin fl-arja. Numru ta’ miżuri oħra ġew implimentati fis-settur tal-enerġija rinnovabbli li wkoll jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġiż.
Minbarra hekk, ix-xogħol li għaddej fuq il-proġetti tal-infrastruttura fit-toroq fosthom Marsa-Addolorata Junction, Sta. Lucia underpass u Central Link diġà qed jgħinu sabiex il-konġestjoni tonqos, jiġi ffaċilitat l-influss tat-traffiku u b’hekk jonqos it-tniġġiż. Dawn jiggarantixxu tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet għal-lum stess u saħansitra għall-għexieren ta’ snin li jridu jiġu. Il-proġetti ta’ ’ship to shore energy’ fil-Port il-Kbir u għall-Port Ħieles ser ikunu wkoll qed jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-bastimenti.
Peress li sors importanti ta’ tniġġiż tal-arja huwa t-traffiku, ttieħdu xi miżuri f’dan il-qasam fosthom trasport b’xejn għall-iskejjel, trasport pubbliku b’xejn għal studenti, żgħażagħ u anzjani, grants għal xiri ta’ karozzi iktar effiċjenti, karozzi hybrid u elettriċi, skema ta’ konverżjoni minn magni petrol għall-gass, skemi ta’ bike sharing, titjib fis-sistemi tal-ferries u skemi għal car sharing.
Għaddej ukoll xogħol dwar studju ta’ kif u meta l-pajjiż jista jaqleb għall-importazzjoni minn karozzi petrol u diesel għal dawk elettriċi fil-futur.
Politika ta’ Mitigazzjoni għat-Tibdil fil-Klima — inizjattiva
Question
Jista' l-Ministru jagħti update dwar kull inizjattiva li hemm fil-politika tal-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima għal Malta? Jista’ jgħid kull inizjattiva fejn waslet, jekk hemmx problemi fuq kull inizjattiva u f'każ li hemm x'inhuma u meta se tkun implimentata kull inizjattiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika ta' mitigazzjoni għat-tibdil fil-Klima għal-Malta ġiet adottata fl-2010. Kien hemm diversi żvillupi nazzjonali u anke internazzjonali, speċifikament it-Trattat ta' Pariġi li kienu determinant fil-ħidma ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima. L-implementazzjoni ta' mitigazzjoni ta' tibdil fil-klima ssaħħet matul l-aħħar seba' snin. Kien hemm diversi inizzjattivi u miżuri in sync tal-istrateġija li fil-kollettiv qed jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet. Evidenza ta' dan hu t-tnaqqis sinjifikanti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-livell nazzjonali mall-qalba għal-gas tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Ta' min wieħed ukoll jinnota li matul dawn l-aħħar snin sar anke tisħiħ fil-governanza tat-tibdil fil-klima permezz tal-Att addottat fl-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima fejn jirresponsabilizza lil kull wieħed u waħda minnha fuq il-protezzjoni tal-klima u jwaqqaf Bord sabiex jissorvelja x-xogħol tal-gvern dwar it-Tibdil fil-Klima u jagħti parriri lil-Gvern hekk kif meħtieġ.
Dan ma jfissirx li ma baqalniex fuq xiex naħdmu. Kif ġa tennejt diversi drabi, il-Ministeru tiegħi qed jħejji Low Carbon development Strategy li ser tinkludi miżuri addizzjonali fir-rigward ta mitigazzjoni u addozzjoni ghat-tibdil fil-klima b’vizjoni li tħares sal-2050.
Peress li t-tibdil fil-klima u l-enerġija nadifa jimxu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fir-rigward ta' inċentivi għall-enerġija nadifa meta mqabbla ma’ enerġija konvenzjonali aktar irħisa? Liema miż-żewġ sorsi l-Gvern iħoss li l-aktar jista’ jiddefendi?
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019, mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jew minn kwalisiasi entità li taqa’ taħtu, ma tħallsu l-ebda spejjeż ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-telewoirking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-lum, saru tmienja u sittin talba (68) għal teleworking. Sebgħa u erbgħin (47) minn dawn l-applikanti kienu nisa filwaqt li wieħed u għoxrin (21) kienu rġiel. Dawn it-talbiet, li saru skont it-taqsima 3.2 tal-Manwal fuq Miżuri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja jew skont il-ftehim kollettiv rispettiv, ġew approvati kollha. Fil-preżent it-total ta’ teleworkers fl-istess entitajiet huwa ta’ mija u tlieta u ħamsin (153): minn dawn hemm mija u erbgħa (104) nisa u disgħa u erbgħin (49) raġel.
Fir-rigward tal-inċineratur, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi s-sistema ta’ kif jintgħażel l-iskart biex jinħaraq? X’inhi l-istandard operating procedure ta’ kif jintgħażel il-waste? Kif u fuq liema kriterju tintgħażel il-waste stream, jew l-iskart jinħaraq on a first come first burn basis? Jekk le, fejn jiġi storjat il-waste kliniku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment żewg tipi ta’skart jaslu l-inċineratur li huma fdal tal-annimali u skart kliniku. Il-fdal tal-annimali li jistgħu jinħadmu l-Autoclave jiġu pproċessati hemm waqt li l-bqija jgħaddi għall-ħruq fl-inċineratur. Skart Kliniku jgħaddi mill-ewwel għall-hruq fl-inċineratur. Barra minn hekk, skart ieħor bhal skart farmaċewtiku jew materjali kkonfiskati mid-dwana li jistghu jinharqu fl-incineratur, jiġi aċċettat fuq bażi ta’ appuntament u l-proċess tal-ħruq isir fil-presenza tal-awtoritajiet kompetenti, skont il-każ. Il-vetturi liċenzjati li jidħlu, jgħaddu kollha mill-miżien u wara ssirilhom spezzjoni fuq kull kontenitur. Skont in-natura tal-iskart, dan jew jinhadem fl-Autoclave jew inkella jgħaddi direttament ghall-inċineratur. Il-prijorita tingħata dejjem lil fdalijiet tal-annimali u clinical waste minħabba l-fatt li dawn għandhom rata ta’ degradazzjoni għolja u minħabba n-natura perikoluza tagħħom, speċjalment l-iskart kliniku. F’każ ta’ bżonn, kemm l-iskart kliniku kif ukoll fdalilijiet tal-annimali jiġumaħzuna fi mħazen mkesħa apposta sakemm jaslu biex jiġu inċinerati.
Jista' l-Ministru jippubblika figuri li juri r-recycling performance ta' pajjiżna minn 2013 sa issa sena b’sena u jekk id-data neċessarja tal-waste streams tagħna dejjem kenitx available fil-ħin lill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk Malta jew qattx talbet u/jew ingħatat xi perjodu tranżitorju biex tilħaq dawn ir-recycling targets? Jista' jagħmel dan b’mod komparattiv mal-istati membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess żmien tagħna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul din is-sena biex niksbu aktar enerġija nadifa mill-iskart? X'kien l-ammont ta' enerġija ġġenerata mill-iskart din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li din is-sena (2020) sar investiment ta’ €650,874 (VAT eskluz) biex tinkiseb aktar enerġija nadifa mill-iskart. L-ammont ta’ enerġija iġġenerata (sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2020) kien ta’ 0.73 GWh li huwa eqkwivalenti għal 725,790 unit (kWh).
>
Kumpaniji – xiri ta’ vetturi elettriċi — inċentivi
Question
Wara li jikkonsulta mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għand l-PA u l-ERA matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kienet approvata u kemm ġew rifjutati mill-bordijiet tal-awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jispecifika iktar ghal-liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tħawlu siġar ġodda fil-perjodu mill-2017 s'issa? Fejn tħawlu? Kemm minn dawn is-siġar kienu sponsored mill-privat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 16182 - Tahwil mil-2017 s'Issa u Sponsored.pdf
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fejn il-Gvern qiegħed jagħmel użu mill-enerġija solari biex bħala role model jagħti eżempju lill-kumplament tal-pajjiż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba fil-ġimgħa jsir it-tbattil tal-iskips li tipprovdi l-WasteServ f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jitteħdux passi partikolari biex tiżdied il-frekwenza tat-tindif, jekk jirriżulta li f'xi sit partikolari qed ikun hemm ammont sostanzjali ta' żibel żejjed kull darba li jsir it-tindif?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WasteServ għandna kuntratt wieħed biss li biħ jinġabru bejn 3 u 4 skips kuljum ta’ hmieġ ta’ ¿wiemel minn ġewwa l-Marsa minghajr hlas, bħala ġest ta’ corporate social responsibility. Dawn l-skips jitnaddfu u jitbattlu fil-magħtab kuljum.
Construction Waste – dumping f’barrieri privati u f’public landfills
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dwar construction waste li ġie dumped f’barrieri privati, b’lista sħiħa tagħhom mis-sena 2017 sal-lum? Kemm ġie dumped construction waste f’public landfills bħal Magħtab fl-istess medda ta’ żmien? Liema tenders jeżistu għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab u kemm minnu qed jiġi riċiklat? Kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm distinzjoni bejn skart iġġenerat mit-twaqqigħ u l-kostruzzjoni, u dak li jirriżulta mill-iskavar. Fir-rigward tal-Magħtab, l-iskart li jidħol ikun iġġenerat mit-twaqqigħ u l- kostruzzjoni, u jkun imħallat. Għal dan ma jeżisti l-ebda tender u ma jsir ħlas lill-ebda kuntrattur. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.