Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm tax-xogħlijiet għat-tiswija tas-soqfa fil-kumpless ta' garaxxijiet ta' Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lil Onor. Interpellant li diskussjonijiet bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta biex jiġi ffirmat il-ftehim ta koordinament sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji tas-soqfa fil-kumpless ta' garaxxijiet ta' Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa għadhom mhux iffinalizzati. Mal-ftehim iffirmat ser joħroġ il-programm tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-lift ta’ Block 161, Triq il-Wied Birkirkara, ilu wieqaf erba’ snin? Jista’ wkoll jagħti time-frame meta dan ser jerġa’ jibda jaħdem?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta r-residenti infurmaw lill-Awtorità tad-Djar li l-lift ma kienx qed jaħdem, saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fejn ġie konkluż li l-lift ma kienx vijabbli li jissewwa. Għaldaqstant l-Awtorità ddirezzjonat lir-residenti biex jissottomettu applikazzjoni għal-lift ġdid mal- Awtorità tad-Djar. L-applikazzjoni tinsab fi stadju fejn l-istimi neċessarji ġew miġbura, it-talba biex isir ix-xogħol inħarġet u qegħdin fil-proċess li jiġi aġġudikat ix-xogħol meħtieġ.
Il-Belt Valletta, il-Furjana u l-Marsa – Postijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet fil-Belt Valletta, il-Furjana u l-Marsa matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħaddi l-informazzjoni ta’ fejn jinsabu b’mod kunfidenzjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta’ Marzu 2024, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 23 proprjetà fil-Belt Valletta, Furjana u Marsa.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru m’hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex makkinarju fil-binja tal-housing quddiem il-monument tat-Tabib Nikol Zammit li qed jiġġenera ħsejjes insapportabbli għar-residenti tas-Siġġiewi matul il-lejl, jitwaqqaf? Jista’ jgħid x’inhu dan il-makkinarju u xi skop għandu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol għaddej ġmielu fil-binja tal-housing tas-Siġġiewi b’investiment ta’ €12.4 miljun li permezz tiegħu, madwar 80 familja se jkollom saqaf fuq rashom. Infurmat li biex innaqqsu l-ħin tal-istennija għal dawn il-familji u l-proġett jitlesta kemm jista’ jkun malajr, kull meta jinqata’ d-dawl jixgħel generator hekk kif il-blokka qiegħda temporanjament imqabbda ma’ substation li tinsab ftit ’il boghod mill-binja. Madankollu ħadt nota tal-ilmenti li rċieva l-Onor. Interpellant u għaddejtha lill-awtoritajiet ikkonċernati.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15425, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Airtime u Programmi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15989 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fi Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi, il-Fgura? Jista’ jgħid ukoll fiex ser ikun qed jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni fuq Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi l-Fgura nbeda fil-bidu ta’ Frar 2024. Ix-xogħlijiet meħtieġa jikkonsistu f’xogħol fil-komun, fuq il-bjut kif ukoll manutenzjoni tal-faċċati.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-appartament li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, huwiex previst li fi żmien qasir isirulu tiswijiet urġenti u neċessarji?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma pjanati li jibdew fi żmien qasir hekk kif issir ir-riallokazzjoni temporanja tal-inkwilin.
Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija? Jista' jgħid meta beda, min hu l-kuntrattur li qed jaħdem, kif ingħata l-kuntratt (tender jew mod ieħor), u meta hu ppjanat li jkun lest? Jista' jgħid ukoll min qed jissorvelja x-xogħol?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-rampa msemmija mhuwiex qed isir mill-Awtorità tad-Djar.
Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokok tal-Gvern fi Triq il-Ġnien f’Santa Luċija ser jiġu rranġati l-intercoms mingħajr spejjeż għar-residenti? X’manutenzjoni ser issir jew biħsiebha ssir fuq barra, peress li qed jiġu kkaġunati ħsarat fuq ġewwa minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna? Peress hemm ħafna bibien ma jingħalqux, mhux biss minħabba l-intercom imma wkoll minħabba s-serratura, jistgħu jsiru installazzjonijiet mill-ġdid tal-bibien ta’ barra fejn hemm bżonn, biex tittejjeb is-sigurtà?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura sabiex isiru tiswijiet fil-komun hija li wieħed mill-inkwilini jirreġistra rapport permezz ta’ telefonata lill-Customer Care tal- Awtorità tad-Djar. Fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti mir-residenti tal-blokok imsemmija.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15425.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-Housing Development Fund, kemm hemm fondi f’dan il-fond u x'tip ta' investiment sar minn mindu twaqqaf ġewwa Għawdex? Kemm kien l-investiment li sar f'kull każ u fejn jinsabu l-postijiet li fihom saru l-investimenti ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet hu mistenni li jkun hemm investimenti matul is-sena 2024 ġewwa Għawdex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li hemm għaqdiet volontarji f’Għawdex li wrew interess li jibbenefikaw minn dan il-fond. Irrid nirrimarka li permezz ta’ dan il-fond fl-aħħar xhur għaqdiet volontarji ibbenefikaw minn dan il-fond b’riżultat li qegħdin jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 14456 għal aktar informazzjoni dwar il-proġetti li saru diġà u oħrajn li se jiġi mnedija matul l-2024.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli ma hemmx persuni jaħdmu bl-etajiet indikati.