Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza ma inxtraw l-ebda macbook għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14835 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tagħha biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm Advisors mal-Ministeru tiegħu u mas-Segretarjat Parlamentari, separatament, xi kwalifiki edukattivi għandhom, x’inhi l-expertise ta' kull Advisor li permezz tagħha jagħti l-pariri lill-Ministru/Segretarju Parlamentari, f’liema skala ta' grad fis-servizz pubbliku jaqgħu, x’tip ta' kuntratt għandhom inkluż paga, allowances u perkaċċi oħra u ammont ta' sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisors mal-Ministeru tiegħi u mas-Segretarjat Parlamentari jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Policy Consultants
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm Policy Consultants mal-Ministeru tiegħu u mas-Segretarjat Parlamentari, separatament, xi kwalifiki edukattivi għandhom, x’inhi l-expertise ta' kull Policy Consultant li permezz tagħha jagħti l-pariri lill-Ministru/Segretarju Parlamentari, f’liema skala ta' grad fis-servizz pubbliku jaqgħu, x’tip ta' kuntratt għandhom inkluż paga, allowances u perkaċċi oħra u ammont ta' sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Co-Ordinator, Secretariat Officer, membri tas-Secretariat Pool
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il Co-Ordinator, Secretariat Officer, membri tas-Secretariat Pool, messaġġiera u xufiera hemm mal-Ministeru tiegħu u mas-Segretarjat Parlamentari, separatament, x'xogħol jagħmlu, x’tip ta' kuntratt għandhom inkluż pagi, allowances u perkaċċi oħra?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-termini taż-żmien tal-ħatra tal-membri tal-bordijiet kollha, wieħed wieħed separatament, li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u meta saret l-aħħar ħatra ta' kull bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19984, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19984 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Paper Laid Q 22683 – MAFA – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet - Bordijiet.pdf
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12037 u 18962 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid x’ammonti ta' kontijiet tħallsu lill-kliniċi diversi (u jgħid kemm tħallset kull waħda minnhom rispettivament) li qed jagħtu sapport mediku lill-annimali salvati mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Awwissu 2023, proprju meta ngħalaq b'mod formali l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll sa liema xahar dawn il-kliniċi tħallsu għas-servizzi mediċi mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Annimali ġewwa Boarding Kennels li qed jistennew trattament mediku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li ġew misjuba fit-triq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li qegħdin ġewwa Boarding Kennels u li għadhom qed jistennew it-trattament mediku li għandhom bżonn u dan in kwantu l-kliniċi li qed jiġu użati ma joffrux is-servizzi li dawn l-annimali għandhom bżonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema klinika/ċi qed jagħtu s-servizz ta' dentistrija u ta’ ortopedija meta annimali jiġu misjuba fit-triq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u jkollhom bżonn dawn il-bżonnijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn servizzi mediċi ta’ dentistrija u ta’ ortopedija u kemm infatti ġew trattati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.