Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Asja– trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’trattati hemm iffirmati mal-Indja u jista’ jindika, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441, x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fit-trattati/ftehim ġodda?

Response (ABELA, CARMELO)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mal-Indja huma elenkati hawn taħt: TitluIffirmar Ftehim Kulturali 14 Jannar 1992 Ftehim fuq Kooperazzjoni fil- qasam ekonomiku, industrijali, xjenza u kooperazzjoni teknika 14 Jannar 1992 Ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja u il-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali fuq taxxa tad-dħul.28 Settembru 1994 Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru5 Ottubru 1998 Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi.7 Marzu 2005 Memorandum ta’Ftehim bejn l-Awtorita’ Nazzjonali għall-Arti, Kultura u Wirt Storiku u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta rigward il-Ħarsien, Preservazzjoni, Promozzjoni u Organizzazjoni tal-Arti7 Jannar 2010 Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.8 April 2013 Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi12 Novembru 2013 Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru16 Marzu 2017 It-trattati/ftehim pendenti mal- pajjiżi fl-Asja jittrattaw diversi temi bħal ma hu elenkat hawn taħt: Pajjiż Ftehim Pendenti Il-Brunei Darussalam Ftehim dwar helsien minn taxxa doppja Il-Bangladesh Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Bangladesh Foreign Service u l-MEDAC Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali Memorandum ta’ Ftehim fil-Qasam Marittimu u l-Ekonomija l-Blu Il-Ġappun Ftehim dwar Working Holiday Arrangement ħaż-żgħażagħ. L-Indja Trattat ta’ Estradizzjoni Ftehim dwar l-Assistenza Legali Reċiproka f’kwistjonijiet Kriminali Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata Trattat bejn Malta u l-Indja dwar permess għax-xogħol lil Qraba ta’ Diplomatiċi L-Indoneżja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja. Il-Korea ta’ Isfel Ftehim dwar Working Holiday Arrangement ħaż-żgħażagħ. Ammenda tal-Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru Tiġdid tal-Memorandum ta’ Ftehim fuq Kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea. Il-Malasja Protokoll li jammenda il-Ftehim bejn Malta u l-Malasja dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata. Il-Mongolja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja. It-Tajlandja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja Iċ-Ċina Memorandum ta’ Ftehim fuq kooperazzjoni fil-qasam marittimu. (Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong) Protokoll biex jammenda il-‘Ftehim bejn Malta u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja.’ Il-Mongolja Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi. Memorandum ta’ ftehim fuq kooperazzjoni fil-kultura, l-iSport u t-turiżmu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1758 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skeda A – statistika skond is-sena Skeda B – dettalji individwali ghall kull talba

Ambaxxati

Question

B’referenza għar-raportaġ li deher fil-gazzetta ‘L-Orizzont’ tat-23 ta’ Novembru 2017 meta l-Ministru ġie rraportat li qal “Bħala Ministeru qed nikkonsidraw internament li noħolqu struttura biex nimmaniġġjaw aħjar l-Ambaxxati u r-residenzi tagħna barra”, jista’ għaldaqstant l-Ministru jgħid bil-preċiż x’passi beħsiebhom jittieħdu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jippjana li jkollu struttura li tkun responsabbli għall-proprjeta` tal-Gvern Malti barra l-pajjiż li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Il-proprjetà tkun tinkludi kemm l-Ambaxxati, il-Konsulati kif ukoll ir-Residenzi ta’ l-Ambaxxaturi. Din l-istruttura tkun responsabbli kemm għal bini tal-Gvern kif ukoll għall-proprjeta` mikrija lill-Gvern. Il-Pjan huwa illi l-bini tal-gvern ikun miżmum fl-aħjar kundizzjoni possibbli, filwaqt li isir l-aħjar użu possibbli mill-ispazju li jkun qed isir investiment fih. Sabiex dan kollu jsir hemm il-ħtieġa li jsiru deċizjonijiet minn żmien għal żmien ta’ natura teknika finanzjarja taħt immaniġjar professjonali u bl-aktar effiċjenza possibbli.

Amerika Ċentrali – trattati/ftehim pendenti — Suġġetti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2440, jista’ l-Ministru jgħid x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fiż-żewġ trattati/ftehim li qed jiġu diskussi mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trattati/ftehim pendenti mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama huma kif ġej: Pajjiż Ftehim Pendenti Panama Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali

Palazzo Parisio – xogħlijiet u tibdil fil-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet u tibdiliet fil-konstruzzjoni saru tul dawn l-aħħar sentejn fil-Ministeru u jista’ jindika kemm ntefqu flus f’Palazzo Parisio?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħolijiet li saru f'dawn l-aħħar sentejn ġewwa Palazzo Parisio huma:- Upgrading ta' Sala Pardo, fejn ġew irranġati l-ħitan u anke d-dawl; Irranġar ta' kamra biex tiġi wżata bħala Video Conference Room kif ukoll irranġar ta' uffiċini oħra fil-viċinanzi; Irranġar tas-sotterran (basement), li involva xogħol ta' skavar u xogħlijiet oħra ġewwa, bħal tneħħija ta' materjal perikoluż (Asbestos), ispezzjoni mill-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà, u monitoraġġ mill-arkeoloġi; Tibdil tas-sistema tal-elettriku, ġewwa Palazzo Parisio għal waħda 3-phase, 4-way distribution board; Bdil ta' madum fi kċejjen Manutenzjoni fuq it-tromba ta' wieħed mit-turġien prinċipali; Installazzjoni ta' apparat ġdid ta' Air Conditioning li ħa post apparat bil-ħsara jew li ma kienx aktar jaġdem effiċjenti; Xogħlijiet ta' manutenzjoni oħra jinkludu; - immodernizzar ta' sistema ta' elettriku fl-istores - tiswijiet f'diversi twieqi, bibien u gallariji tal-injam - bieb tal-ħġieġ fl-entrata prinċipali u fl-ewwel sular ta' Palazza Parisio - panewijiet ġodda tal-aluminium fl-istores fejn jiġu maħżuna l-bnadar. Dawn ix-xogħlijiet ġew jiswew it-totalo ta' €158, 627.51.

High Commission f’Londra – spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu u xi spejjeż intefqu tul din is-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa Londra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummizzjoni Għolja ta' Malta f'Londra kellha is-segwenti inizjattivi matul din is-sena: Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Ċerimonja tal-ftuħ €5,145.25 Laqgħat ta' kull xahar immexxija mill-Kummissarju Għoli Malta/Deputat tal-Kummissarju Għoli €5,705.37 Riċeviment fil-Parlament Skoċċiż €1,100.73 Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mad-Diaspora Maltija Maltese Culture and Language Taster €441.90 Kunċert għall-okkażjoni tal- Europe Day (9 May) organiżżat flimkien mar-Rappreżentanza tal-UE f'Londra €749.06 Riċeviment relatat mal-Presidenza tal-UE €633.11 Ċerimonja u kunċert għall-Għeluq tal-Presidenza Maltija €3,978.89 Jum l-Indipendenza/Diaspora Maltija Kunċert u Riċeviment fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza €3,100.00

Libja — Delegazzjoni

Question

B’referenza għall-aħħar viżta tiegħu f’Novembru 2017 fil-Libja, jista’ l-Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija kienet komposta minni bħala Ministru, miċ-chief of staff u tlett (3) membri tas servizz tas-sigurtà.

Rapport f’gazzetta Taljana — Inkjesta interna

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2263, jista’ l-Ministru jgħid min huma s-Segretarji Permanenti maħtura bħala membri tal-Bord tal-Inkjesta li ġew inkarigati u jistax jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Segretarji Permanenti mahtura bhala membri tal-Bord tal-Inkjesta huma: s- Sur Joseph Camilleri, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, s- Sa Nancy Caruana, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji z-Zghar, u s-Sur Joseph Cauruana, Segretarju Permanenti Ministeru ghall-Finanzi (Mergers u Amministrazzjoni) Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra tal-ħatra.

Amerika Latina – trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Amerika Latina? Jista’ jindika ma’ min huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija kienet ingħatat bħala parti mit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 1221 fis-seduta numru 23 tal-4 ta’ Ottubru 2017. Hemm 15-il trattat/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Amerika Latina. Dawn huma: L-Arġentina - 2 Il-Bolivja - 1 Il-Brażil - 4 Il-Kolombja - 1 L-Ekwador - 2 Il-Messiku - 2 Il-Peru - 2 Iċ-Ċile - 1

Amerika Ċentrali – trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Amerika Ċentrali? Jista’ jindika ma’ min huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija kienet ingħatat bħala parti mit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 1221 fis-seduta numru 23 tal-4 ta’ Ottubru 2017. Hemm 4 trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Amerika Ċentrali. Dawn huma: Kuba - 1 Il-Panama - 2 Il-Bahamas - 1

L-Asja– trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il trattati/ftehim pendenti hemm ma’ pajjiżi fl-Asja? Jista’ jindika ma’ min huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija kienet ingħatat bħala parti mit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 1221 fis-seduta numru 23 tal-4 ta’ Ottubru 2017. Wieħed ta’ min jinnota li hemm 23 trattat/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Asja. Dawn huma: Il-Brunei Darussalam - 1 Il-Bangladesh - 4 Il-Ġappun - 1 L-Indja - 4 L-Indoneżja - 1 Il-Korea ta’ Isfel - 3 Il-Malasja - 2 Il-Mongolja - 1 It-Tajlandja - 1 Iċ-Ċina - 3 Il-Mongolja - 2

Pajjiżi Ewropej – trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il trattati/ftehim pendenti hemm ma’ pajjiżi fl-Ewropa? Jista’ jindika ma’ min huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-segwenti hija l-lista ta’ ftehim pendenti li hemm ma’ pajjiżi fl-Ewropa: Ċipru - 2 Bożnija-Ħerzegovina - 1 Kosovo - 1 It-Turkija - 1 Ir-Repubblika tal- Maċedonja – 2 Il-Montenegro - 1 Is-Serbja - 1 Bożnija- Ħerzegovina - 1 Kosovo - 1 L-Italja - 1 L-Olanda - 1 Il-Polonja - 1 L-Irlanda - 1 Il-Monako - 1 L-Estonja - 1 Ir-Repubblika Ċeka - 1 Franza - 1 Il-Ġermanja - 1 Il-Belġju - 1 Il-Lussemburgu - 1 L-iSlovakkja - 1

Il-Ġappun – trattati ffirmati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’trattati hemm iffirmati mal-Ġappun? Jista’ jgħid x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu wara l-aħħar vista tal-Prim Ministru Ġappuniż tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-Reġistru tat-Trattati hemm elenkat żewġ (2) trattati/ftehim iffirmati mal-Ġappun. Dawn huma: · Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ, 13 ta’ Novembru, 1968 · Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ġappuniz fuq il-faċilitazzjoni ta’ l-ivjaġġar bejn Malta u l-Ġappun, 5 ta’ Frar, 1973 Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li dawn iż-żewġt ftehim kienu ġew abrogati mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Proposta li qed tiġi studjata miż-żewġ naħat hija l-arranġament bejn Malta u l-Ġappun dwar “working holidays” prinċipalment għal studenti u żgħażagħ. Mil-lat ta’ kummerċ, bi pjaċir ninforma li, fis-6 u s-7 ta’ Settembru li għadda, l-Organizazzjoni għall-Kummerċ Extern tal-Ġappun (JETRO), preċizament, rappreżentanti mill-uffiċju tal-JETRO f’Milan, żaru Malta għall-sensiela ta’ laqgħat, faċilitati mill-Ministeru tiegħi, mal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; mal-Malta Enterprise; mat-Trade Malta; u mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bil-għan li nsaħħu il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi f’dawn l-oqsma. Jien ukoll kellu l-okkażjoni niltaqa’ mar-rapprezentanti tal-JETRO nhar is-6 ta’ Settembru fejn tkellimna dwar kif Malta u l-Ġappun jistgħu jqawwu l-impenn tagħhom favur iktar promozzjoni tal-kummerċ f’oqsma kummerċjali ġodda, minbarra dawk li diġa’ qed jikbsu suċċess kbir bħal ma’ huma l-akwakultura (b’mod partikolari l-bejgħ tat-tonn) u l-kummerċ awtomobilistiku. Tajjeb insemmi wkoll li nhar is-6 ta’ Settembru stess ġiet wkoll imwaqqfa l-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u l-Ġappun bħala organizazzjoni mhux governattiva, b’ sede f’Malta bil-għan li jissaħħaħ l-iskambju kummerċjali bejn Malta u l-Ġappun bl-appoġġ tal-Gvern Malti u dak tal-JETRO.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti li preżentement huma ngaġġati fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru għandu Legal Consultant, Political Analyst, Senior Advisor, Advisor u erba' Policy Consultants li huma preżentament ingaġġati fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — konsulenti ngaġġati taħt position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti li preżentement huma ngaġġati taħt position of trust fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru m’għandux konsulenti ngaġġati taħt Position of Trust.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru f’reklamar mill-5 ta’ Ottubru 2017 sal-lum? Jista’ jgħid f’liema tip ta’ reklamar dawn intefqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Ottubru 2017 sal-lum intefqu €1,256.48 f'reklamar. Dawn kienu għal reklamar fuq il-Gazzetta tal-Gvern, gazzetti, website, u internet portal.

Żjarat Statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żjarat statali li saru barra minn pajjiżna tul din is-sena u jista’ jindika kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq żjarat statali ma taqax taħt il-mandat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Tul din is-sena kien hemm 4 żjarat statali barra minn pajjiżna

Żjarat Statali minn kapijiet ta’ stati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żjarat statali li saru ġewwa Malta minn kapijiet ta’ stati f’pajjiżna tul is-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 u jista’ jindika wkoll kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq żjarat statali ma taqax taħt il-mandat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Tul is-snin, 2014, 2015, 2016 u 2017, kien hemm is-segwenti żjarat statali li saru ġewwa Malta minn kapijiet ta’ stati f’pajjiżna: 2014 - 1 2015 - 2 2016 - 3 2017 - 4