Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġnus Magħquda — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet sabiex pajjiżna jottjeni siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol mill-Unit maħtura apposta fi ħdan il-Ministeru bi preparazjoni għall-ħidma li ġejja għall-kampanja internazzjonali ta’ Malta sabiex tiġi eletta fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà għas-snin 2023-2024. Matul is-sena 2019 tkompla l-proċess intern li minnu qed jiġu identifikati x’riżorsi, umani u oħrajn, għandu bżonn il-Ministeru kemm f’Malta u kemm barra. Dan il-proċess mhux biss ħares lejn l-istrutturi interni eżistenti, iżda ukoll lejn fejn jista’ jkun hemm bżonn xi titjib u/jew strutturi ġodda marbuta mal-kandidatura. Matul l-2019, il-Unit fi ħdan il-Ministeru għamlet erba’ viżiti tekniċi f’pajjiżi li jew qiegħdin iservu fil-preżent jew li servew riċentement fil-Kunsill tas-Sigurtà. Dawn il-viżiti kienu utili ħafna, u minnhom ħarġu diversi punti mportanti ta’ kif għandna nippreparaw kemm għall-kampanja kif ukoll għal waqt it-terminu tagħna wara li Malta tiġi eletta. Ikkonfermajna ukoll li l-preparamenti tagħna f’dan l-istadju qed isiru b’mod tajjeb. Tlesta ukoll software għall-użu intern mill-Ministeru għall-monitoraġġ ta’ kif sejra l-kandidatura. Dan is-software issa qed jiġi introdott gradwalment fix-xogħol relatat mal-kandidatura. Matul l-2019, sar process intern li permess tiegħu ġew identifikati numru ta’ temi li fuqhom Malta ser tkun qed tibbaża l-kampanja tagħha. Dan il-proċess issa qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu u mistenni jiġi konkluż fil-futur qarib. Separatament, permess ta’ Bord Intern tal-għażla li kien kompost minn uffiċjali tal-Ministeru kif ukoll persuni kompetenti fil-qasam, ġie identifikat abbozz ta’ logo għall-kandidatura. Inbeda’ ukoll process sabiex dan l-abbozz jiġi irfinat għall-użu intenzjonat tiegħu. Proċess ieħor li inbeda matul l-2019 huwa li jiġi ppreparat ktejjeb li ser jippreżenta l-kandidatura ta’ Malta. Dan huwa mistenni li jiġi konkluż ukoll fil-futur qarib. Tkompla ukoll process ta’ preparazzjoni ta’ dokumenti speċifiċi għal kull Stat Membru tan-Nazzjonijiet Magħquda li ser jgħinu lil Malta twassal messaġġ ffokat u konsistenti, filwaqt li fl-istess ħin ikun relevanti għall-interlokuturi tagħna. Il-Ministeru ukoll eżamina proposti sabiex Malta tibni u żżid il-viżibilità internazzjonali tagħha fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda. Lejn l-aħħar tal-2019, persuna ġiet assenjata bħala kap tal-Unit fi ħdan il-Ministeru, u li issa qed taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala l-koordinatur ewlieni.

Awstralja – ħidma diplomatika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret tul is-sena li għaddiet mal-Awstralja u x’servizzi qegħdin jingħataw mill-istess Kummissjoni Għolja u konsolati tagħna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ħidma tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja matul is-sena li għaddiet, maqsuma f’dawn is-sezzjonijiet, tittratta: Bilaterali · Fl-2019, il-Kummissjoni Għolja f’Canberra kkorrispondiet bilateralment mal-istat tal-Commonwealth tal-Awstralja dwar bosta temi li jirrigwardaw il-welfare tal-membri tal-kommunita’ Maltija fl-Awstralja, kif ukoll iffaċilitat djalogu bejn entitajiet f’Malta u fl-Awstralja b’għanijiet kummerċjali. · Il-Kummissjoni Għolja f’Canberra għamlet rappreżentazzjonijiet diplomatiċi lill-Gvern Federali u Gvernijiet Statali dwar l-istat ta’ ftehim bilaterali eżistenti, kif ukoll fittxet tippromwovi skop sabiex jiġu esplorati ftehim prospettivi ta’ kooperazzjoni. · Matul l-2019, il-Kummissjoni Għolja f’Kanberra ħadet sehem attiv b’interess sabiex tisboq ir-relazzjoni bilaterali bejn l-Awstralja u l-Ewropa, fosthom f’diskussjonijiet dwar in-negozzjati tal-Unjoni Ewropea u l-Awstralja fuq Ftehim ta’ Kummerċ Liberu, kif ukoll fuq kooperazzjoni politika u settorjali. · Saret ħidma u taħdidiet f’format bilaterali u multilaterali mad-dipartimenti tal-Gvern Federali Awstralja, fuq drittijiet ta’ ħaddiema Maltin fuq viżi temporanji, semi-permanenti u permanenti li jfittxu prospetti ġodda fl-Awstralja. · Il-Kummissarju Għoli f’Kanberra, kif ukoll il-Konsli Ġenerali f’Melbourne u Sydney, ingħaqdu ikkommemoraw avvenimenti t’importanza nazzjonali fl-Awstralja – fosthom l-Australia Day, ANZAC Day u Remembrance Day. Il-Kummissjoni Għolja f’Kanberra wasslet s-solidarjeta’ ta’ Malta u l-Gvern Malti mal-Gvern u l-poplu Awstraljan f’mumenti fejn ċittadini Awstraljani tilfu ħajjithom traġikament, fl-attakk terroristiku fi Christchurch f’Marzu 2019; fl-eruzzjoni tal-vulkan f’Whatakari (White Island). Iktar riċentement, il-Kummissjoni Għolja esprimiet solidarjeta’ u sobgħa lill-Awstralja fl-istaġun tal-bushfires fl-aħħar nofs tal-2019, li ħalla rebgħa u telf ta’ ħajja u propjeta’ bla preċedent. Kummerċjali u Promozzjoni ta’ Malta · Il-Kummissarju Għoli u Konsli Ġenerali f’Melbourne u Sydney kienu attivi mal-komunita’ ta’ intraprendituri Maltin fl-Awstralja kif ukoll raw li jippromwovu lill-Malta għan-negozju. Il-Konsli Ġenerali ingaġġaw b’mod regolari mar-rappreżentanti tal-Australian-Maltese Chamber of Commerce fl-istati rispettivi sabiex jmexxu skop għal aktar investiment f’Malta, bi prospettivi li tiżdied il-kooperazzjoni fin-negozju bejn intrapriżi Maltin u Awstraljani. · Fl-2019, il-Konsli Ġenerali u l-Kummissjoni Għolja ħadu l-opportunitajiet possibbli sabiex jipprovdu informazzjoni akkurata dwar investiment u espansjoni tan-negozju lejn xtut Maltin f’bosta setturi: mis-servizzi, għal-manifattura u fl-ekonomija diġitali. Kulturali u Diaspora · Il-Kummissjoni Għolja f’Canberra kellha stall dwar Malta f’wieħed mill-avvenimenti tant mistennija fil-kapitali tal-Awstralja: in-National Multicultural Festival. L-istall ta’ Malta kien mtella’ fis-sezzjoni tal-Villaġġ tal-UE, li attira aktar nies minn kull edizzjoni li saret qabel. (16 ta’ Frar 2019). Il-Kummissjoni Għolja ipparteċipat ukoll fl-edizzjoni ta’ Windows to the World, mtellgħa mill-gvern fl-Australian Capital Territory, fejn tat informazzjoni siewja lill-pubbliku fuq vjaġġar lejn Malta bħala destinazzjoni t’Eċċellenza kif ukoll bħala lok għal avvanz akkademiku u professjonali. · Fl-2019, il-Kummissarju Għoli għamel żjara lill-kommunitajiet Maltin f’Melbourne u Sydney. Il-Konsli li wettqu ż-żjarat ta’ Consul-on-the-Move ħadu l-opportunitajiet biex jqattgħu ħin barra mill-appuntamenti mal-kommunitajiet Maltin mferrxin madwar l-Awstralja. · Il-Konslu Ġenerali f’Melbourne ipparteċipa f’bosta attivitajiet mtella’ mill-Kommunita’ Maltija fl-istat ta’ Victoria, fiċ-ċentru ta’ Melbourne kif ukoll fil-punent u fil-lvant tal-istat ta’ Victoria, fuq okkażjonijiet varji. · Ħidma mal-partijiet ikkonċernati fuq l-importanza u l-promozzjoni tat-tgħalim tal-lingwa Maltija fl-Awstralja issuktat mit-tlett uffiċċji, fl- 2019. Taħdidiet u laqgħat mal-iskejjel tal-Malti għadhom għaddejjin, bir-rappreżentanti tal-Gvern Malti fl-Awstralja joffru s-servizzi tagħhom sabiex jiffaċilitaw diskussjonijiet dwar il-futur tat-tagħlim tal-lingwa, storja u drawwiet Maltin. · Il-Konslu Ġenerali f’Sydney attenda bosta inizjattivi sabiex jintaqa’ mal-ġenerazzjoni Maltija-Awstraljana żgħażugħa fl-istat ta’ New South Wales: il-mexxejja tal-kommunita’ Maltija-Awstraljana tal-ġejjieni. · Il-Kummissarju Għoli f’Kanberra, il-Konsli Ġenerali f’Melbourne u f’Sydney, u d-Deputat Kummissarju Għoli ħadu sehem attiv biex jiffaċilitaw djalogu bejn membri u assoċjazzjonijiet Maltin fiż-żoni tal-ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom. · Fit-28 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissarju Għoli ingħaqad ma’ bosta membri tal-komunita’ Maltija fi New South Wales u Victoria, sabiex jagħti tribut lil żewġ ANZACs Maltin li taw ħajjithom fl-ewwel Gwerra dinjija biswit suldati Awstraljani u minn New Zealand. Konsolari · Fl-2019, l-uffiċċji fl-Awstralja ipproċessaw 1340 passaport u 431-il-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija. · F’dan il-perjodu saru ħames (5) żjarat ta’Consul-on-the-Move: żewġ żjarat fl-istat ta’ Queensland (fi Brisbane, Mackay u Cairns); u żjara waħda fl-istati ta’ Western Australia u South Australia, kif ukoll żjara f’Wellington, New Zealand. · Fl-2019, l-Kummissjoni Għolja f’Canberra tat assistenza lil erbgħa ċittadini Maltin li nsterqulhom il-passaporti tagħhom waqt btala f’dik il-parti tad-dinja. · Tul dan iż-żmien, il-Kummissjoni Għolja f’ Canberra kif ukoll il-Konsolati Ġenerali f’Melbourne u f’Sydney, ħadu sehem attiv f’laqgħat varji dwar koordinazzjoni konsolari ma’ rappreżentanti ta’ Stati Membri tal-UE fl-Awstralja u fil-Paċifiku, f’Working Groups dwar Working Holiday Visas, kif ukoll mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ u l-Ministeru għal-Immigrazzjoni u Sigurta’ tal-fruntieri Awstraljani, fuq każijiet pendenti. · Il-ħidma sabiex jinstabu arranġamenti li jħarsu d-dinjita’ ta’ ċittadini Maltin li nstabu detenuti fl-Awstralja, issuktat. · Huwa stimat li t-tlett uffiċċji fl-Awstralja irċievew bejniethom medja ta’ 1050 telefonata fix-xahar għal rikjesti t’assistenza, informazzjoni dwar Malta u servizzi konsolari pprovduti mill-istess uffiċċji. Oħrajn · F’Novembru 2019, il-Kummissjoni Għolja f’Kanberra kellha l-unur li tiffaċilita ż-żjara ta’ delegati ta’ livell għoli mill-Ministeru Għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali li pparteċipaw fil-laqgħa Ministerjali GEO Week 2019. Matul din iż-żjara, il-Kummissjoni Għolja għamlet mezz sabiex din iż-żjara tagħti frott siewi billi saru laqgħat fil-marġini ma’ dipartimenti korrispondenti mill-Gvern Awstraljan għat-taqsim ta’ prattiċi tajba. Il-Konslu Ġenerali f’Sydney iffaċilita’ laqgħat settorjali fl-istat ta’ New South Wales.

Ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa Brussell, il-Belġju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-ħidma fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell ma taqta’ qatt. Bejn il-preżenza ta’ komunita’ Maltija sinifikanti, bejn il-preżenza tan-numru ta’ Ambaxxati u rappreżentazzjonijiet diplomatiċi (Brussell qiegħda fit-tieni post bl-ikbar preżenza diplomatika), il-ħidma tal-Ambaxxata hija waħda bla qtiegħ u dejjem timrah għal dawk l-opportunitajiet li kapaċi jsarrfu fi promozzjoni għal pajjiżna. Infurmat li Il-ħidma matul is-sena li għaddiet, tittratta Bilaterali L-Ambaxxata Maltija fil-Belġju sa minn meta infetħet dejjem kienet strumentali sabiex jitkattru r-relazzjonijet bejn Malta u l-Belġju u Malta u l-Lussemburgu. Sar ħafna xogħol ukoll sabiex jinbtu relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra li Malta ma kellhiex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom. Mill-bidu tas-sena 2019 l-Ambaxxata Maltija fi Brussel kompliet bil-ħidma kontinwa sabiex tkompli tikber il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Belġju, il-Lussemburgu u l-pajjiżi l-oħra li għandhom Ambaxxata akkreditata fil-Belġju. Barra minnhekk impenn regolari tal-Ambaxxata hu s-sostenn li ngħata lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor Carmelo Abela meta attenda għal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin (FAC) jew laqghat gholja ohra ghal erbatax-il darba. L-Ambaxxata ghinet ukoll lid-delegazzjoni tal-President Emeritu l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li ta’ kull xahar tattendi ghal-laqghat tal-Eurochild li l-E.T. tippressjedi. Impenn importanti iehor kien meta matul ix-xhur ta’ Marzu, April, Ġunju, Awwissu, Ottubru u Diċembru fejn l-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa’ lill Onor.Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta’ Malta u d-delegazzjonijiet tiegħu u akkumpanjahom fil-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat u Gvern tal Unjoni Ewropea li kellhom fi Brussell. Uħud mill-impenji bilateral oħra huma elenkati hawn taħt:- · 17 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lil Dr Jean De Brabander fl-Ambaxxata Maltija sabiex jgħaddilu d-dokumenti uffiċjali tal-ħatra tiegħu bħala Konslu Onorarju ta’ Malta għall-ġurisdizzjoni tal-Provinċja ta’ Limburg fil-Belġju. B’din il-ħatra ġdida Malta issa għandha ħames Konsli Onorarji fil-Belġju. · 23 ta’ Jannar– l-Ambaxxatur Azzopardi u d-deputat tiegħu s-sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata Maltija mas-sur Sam Vandenabeele, Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Fjamming tal-Belġju. Id-Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Fjamming is-sur Vandenabeele għadda ittra b’talba għall-għajnuna sabiex Malta tagħti s-sapport tagħha fil-kandidatura tal-Ministru Muyters għall-Elezzjonijiet Ewropej dwar l-Anti-Doping. L-ittra li kienet miktuba ukoll b’Malti perfett, ġiet mgħoddija lil Awtoritajiet Maltin. Malta ddeċidiet li tivvota għall kandidatura Belġjana. Din id-deċiżżjoni ġiet ikkomunikata lid-Direttur Vandenabeele li talab lil Ambaxxata Maltija fil-Belġju twassal l-apprezzamement tiegħu f’isem il-Gvern Fjamming tal-Belġju lil Gvern u l-awtoritajiet Maltin. · 28 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-sinjura Carabott attendew għad- Diplomatic Contact Days organizzat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan. · 29 ta’ Jannar – Is-sinjura Carabott attendiet ikla organizzata mill-Missjoni konġunta tar-Renju Unit għan-NATO għall-pajjiżi Ewropej tal-Punent magħrufa bħala Western European Partners (WEP 6). Ir-Rapreżentanta Permanenti tar-Renju Unit għan-NATO, l-Ambaxxatriċi Sarah Macintosh ħadet l-okkażżjoni sabiex isseġwi mill-qrib l-ilmenti tal-pajjiżi partners, partikolarment minħabba d-diviżżjoni li nħolqot fin-NATO mal-pajjiżi partners wara li dawn tħallew fil-binja l-antika waqt li l-allejati u l-Amministrazzjoni tan-NATO marru faċċata fil-binja tal-Kwartieri ġodda tan-NATO. Pajjizi partners bħal Finlandja esprimew id-diżappunt li qed jħossuhom maqtugħa politikament mill-kuntatt tal-kumplament tal-membri. · 5 ta’ Frar - l-Ambaxxatur Azzopardi attenda għaċ-ċerimonja simbolika tal għotja tal-Bandiera tar-Rumanija mill-Konslu Ġenerali tar-Rumanija lis-sindku ta’ Brussel fis-sala tal-binja tal-Kunsill fi Gran Place. Din iċ-ċerimonja kienet parti mill-attivitajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. · 7 ta’ Frar – il-Konslu Onorarju ta’ Malta għall Provinċji ta’ Liège, Namur u Lussemburgu fil-Belġju,il-Baruni Ernest de Laminne de Bex, issokta bil-ħidma tiegħu sabiex jkomplu jissaħħu r-relazzjonijijiet bejn Malta u l-Belgju, billi organizza żjara uffiċjali fil-Provinċja tal-Lussemburgu li hi Provincja fit-tarf tan-nofsinhar tar-Reġjun tal-Wallonja fil-Belġju. Wara l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-delegazzjoni żaru wieħed mill-aktar postijiet importanti fir-reġjun Ardennes li jfakkar it-tieni Gwerra Dinjija permezz tal- Mużew tal-Gwerra f’Bastogne. Wara żaru il-Euro Space Centre, Park tax-xjenzi li jiġbor fiħ museum rigward l-iżvilupp tax-xjenza u ċentru ta’ taħriġ astronawtiku u spazjali li jservi ukoll bħala attrazzjoni turistika għall familja kollha. · 12 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħa mas-sur Yann Le Cam, Kap Eżekuttiv tal-EURORDIS, l-organiżżazzjoni Ewropeja li tigbor fiha l-Assoccjazzjonijiet u Għaqdiet Volontarji li jaħdmu sabiex iwasslu għajnuna u għarfien dwar il-Mard Rari. · 21 ta’ Frar – is-Sinjura Carabott attendiet għall-laqgħa li ġiet organizżata mic-CIDIC (Ċentru Ewropew għall Ekonomija, Akkademja u d-Diplomazija Kulturali) fejn l- Ambaxxata Bilaterali tar-Rumanija fil-Belġju ppreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Preżentazzjoni saret fir-residenza tal-President tac-CIDIC, li hu ukoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta. · 22 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor Dr. Chris Fearne bi tħejjija għas-Simposium Internazzjonali EUFOREA li kellu jiġi organiżzat f’ Malta fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju 2019. · 25 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Parlament ta’ Malta, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia, mal-iskrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti is-sur Ray Scicluna, mas-Segretarju Personali tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti is-Sur Ancel Farrugia u mad-Direttur tal-Parlament is-sur Pierre Mallia dwar il-loġistika kollha għas-Simposium Internazzjonali EUFOREA li kien ippjanat li jsir fil-Plenarja tal-Parlament Malti. · 28 ta’ Frar – Ambassador Azzopardi attenda għall-ewwel Business Lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fl-okkażżjoni tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala mistieden speċjali attenda d-Deputat Prim Ministru u Ministru Għall-Affarijiet Barranin, Kummerċ, Intern u Immigrazzjoni Didier Reynders li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni politika fil-Belġju. · 6 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għall- ftuħ tal-konferenza ddedikata għall Multilingwiżmu u l-Frankofonija. · 7 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mid-deputat tiegħu s-sinjura Carabott iltaqgħu mas-sur Patrick Hemmer, l-Advisor Diplomatiku tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu l-Eċċellenza Tiegħu Xavier Bettel. L-iskop tal-laqgħa kien li jiġu skambjati l-idejat għall possibilta’ ta’ żjara uffiċjali mill-Prim Ministru ta’ Malta u s-Sinjura Muscat fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu. Iż-żewġ naħat iddiskutew l-iżvilupp tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u s-suċċess fil-ħidma taż-żewġ pajjiżi. Wara din il-laqgħa, l-Ambaxxatur u s-sinjura Carabott kellhom laqgħa mas-sur Oliver Baldauff, Deputat Direttur għall-Affarijiet Politiċi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu fejn ukoll tressqet it-talba ta’ Malta għal appoġġ tal-Lussemburgu għall-kandidatura ta’ Malta fuq l-IMO. Wara l-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu, Dr Michel Molitor, stieden lil Ambaxxatur u s-sinjura Carabott għall-business lunch sabiex ikomplu jigu diskussi l-aħħar żviluppi dwar d-Diaspora Maltija fil-Lussemburgu. Filgħaxija l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-deputat tiegħu attendew għaċ-ċerimonja li saret sabiex jitfakkar il-50 Anniversarju minn meta bdew l-ewwel pubblikazzjonijiet mill-uffiċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. F’din l-attivita’ attendew għaliha l-Altezza Rjali l-Gran Duka tal-Lussemburgu, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, diversi Ministri tal-Kabinett,diversi Ambaxxaturi u uffiċjali għolja tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. · 12 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lill-Ambaxxatur l-Eċċellenza Tiegħu Ridha Ben Mosbah, Ambaxxatur tat-Tunisija għar-Renju tal-Belġju. F’din il-laqgħa li saret fl-Ambaxxata Maltija f’Dar Malta fi Brussel, ġew diskussi r-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u kif jistgħu jkomplu jissaħħu dawn ir-relazzjonijiet. · 13 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu żjara ta’ kortesija mill Eċċellenza Tiegħu Pavel Klucky, Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka. Matul il-laqgħa ż-żewġ Ambaxxaturi ddiskuttew ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ naħat u kif jistgħu joktru f’oqsma diversi. · 15 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mis-sinjura Carabott attendew laqgħa ta’ informazzjoni mal-konsulenti Glenaki, rappreżentanti tal-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta għall Belġju u l-Lussemburgu (BELUX). Matul il-laqgħa li saret fl-uffiċini ta’ Glenaki fi Brugge, giet spjegata l-istrateġija li ġiet introdotta sabiex jiġu attirati turisti mill-Belġju u l-Lussemburgu lejn Malta. · 15 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ fl-Ambaxxata lis-sinjura Carmen Buttigieg, Direttur għall-Affarijiet marbuta mad-Difiża fejn gew diskussi l-oqsma li jorbtu ħidma aktar mill-qrib bejn l-Ambaxxata Maltija u d-direttorat. · 22 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għall-laqgħa li ssejħet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Eċċellenza Tiegħu Didier Reynders, li saret fil-Palazz Egmont u kienet tittratta l-kandidatura tal-Belġju għall-post ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. · 26 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għall-sessjoni ta’ informazzjoni organizzata mill-Ambaxxata Kanadiżia bi preparazzjoni tal-Pride Belġjana fejn għall-ewwel darba d-diplomatiċi kienu kienu qed jiġu mistiedna li jimxu flimkien wara l-istreamer ‘’Diplomats for Equality.’’ · 26 ta’ Marzu – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott attendiet għat-tieni business lunch organiżżat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fil-Belġju. Il-Mistiedna tal-unur kienet il-Ministru tal-Parlament Federali għas-Saħħa l-Eċċellenza Tagħa Maggie De Block. · 2 t’April – Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħa mal-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Provinċji ta’ Liège, Namur and Luxembourg, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex dwar il-laqgħa li ser tiġi organiżżata mill-Ministeru għal Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Konsli Onorarji kollha li ser issir f’Malta f’Mejju 2019. · 2 t’ April – l-Ambaxxata organiżżat laqgħa għas-sitt Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Belġju u l-Lussemburgu. Matul il-laqgħa s-sitt Konsli Onorarji ppreżentaw rapport dwar il-ħidma tagħhom fix-xhur li għaddew u ressqu il-programm ta’ ħidma tagħhom għax-xhur li ġejjin. Fit-tmiem il-laqgħa li saret fil-media room tal-Ambaxxata Maltija f’ Dar Malta, l- Ambaxxatur u d-deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott, qassmu kotba u informazzjoni dwar Malta lill- Konsli Onorarji. · 4 t’April – Ms Carabott laqghet is-sur Joseph Borg, ic-Chairperson tal-Insuleur, li għamel laqgħa tal-Insuleur fil-bini tal-Ambaxxata, bil-kortesija tal-Ambaxxatur u l-istaff tal-Ambaxxata Maltija fil-Belġju. · 14 -18 t’April – id-deputat kap tal-Ambaxxata Ms Carabott laqgħet u akkumpanjat lill Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca President Emeritus u d-delegazzjoni Tagħha waqt zjarat li kellhom fil-Belġju. · 24 t’April – l-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħat mas-Sur Riad Fechkeur Chairman Eżekuttiv ta’ Speed Group dwar diversi oqsma ta’ ħidma ekonomika f’pajjiżna. · 2-5 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda u indirizza s-simpożju ta' l-EUFOREA li sar f'Malta fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Malti bl-isforzi u l-faċilitazzjoni tal-Ambaxxatur u bl-għajnuna tal-Konsli Onorarji Ernest de Laminne de Bex u Jean De Brabander. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA - “Aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-kura tas-saħħa fil-mard ta’ Allergy u Airways permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali u edukattivi” attendew ħafna Rappreżentanti Għolja ta’ Akkademiji Ewropej u esperti dwar is-suġġett, Malta kienet irrappreżentata fis-Simpożju minn Dr Martin Balzan, President tal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta u Dr Adrian M. Agius President tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' l-Otolaryngologists u kirurgi tar-ras u tal-għonq. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA ġie ndirizzat ukoll mill-Onor. Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta' Malta, l-Onor Dr. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Dr Chris Fearne Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa u l-Onor. Dr Maria Deguara, Kelliema tal-Oppozizzjoni ghal- Aging Active, Persuni b'Diżabilità u l-ġlieda kontra d-Dipendenzi u forom oħra ta ’Dipendenza. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor Carmelo Abela attenda s-sessjoni tal-ftuħ. Is-Simpożju kien ippresedut konġunt mill-Onorevoli Dr Anglu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati u kien imxandar dirett fuq il-Kanal tal-Parlament. · 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ċ-ċerimonja fil-qabar tal-suldat mhux magħruf li jikkommemora l-74 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-Ambaxxatur Azzopardi fassal girlanda għall-okkażjoni. · 14 u 18 ta’ Mejju – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal laqħat ta’preparazzjoni u ppartecipat fil-parata tal-Belgian Pride ma’ diplomatic ohrajn wara l-bandalora ‘’Diplomats for Equality’’. Din il-partecipazzjoni kongunta ta’ diplomatici saret ghal ewwel darba gewwa Brussell. Malta nghaqdet ma’ pajjizi ohrajn f’Dikjarazzjoni Kongunta u tellghet il-bandiera tal-qawsalla fl-entratura ta’ Dar Malta. · 27 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal konferenza mtella’ mid-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Fjandri rigward analizi tar-rizultati tal-elezzjonijiet federali fil-Fjandri u dawk Ewropej. · 28 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet għal laqgha mtella’ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Belgju rigward il-politika tal-Belgju lejn l-Afrika. · 28 – 31 ta’ Mejju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda ghal laqgha annwali u l-programm shih tal-Ambaxxaturi f’Malta. · 11 ta’ Gunju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda working lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija f’okkazzjoni tal-Presidenza taghhom tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess gurnata l-Ambaxxatur rcieva zjara ta’ kortezija mill-Ambaxxatur tal-Malasia, l-E.T. Hassan Sobir. · 22 u 23 ta’ Gunju – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal programm shih ta’ celebrazzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Matul il-programm fil-Lussemburgu, l-Ambaxxatur sab hin biex jiltaqa’ mal-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu Michel Molitor fejn iddiskutew suggetti ta’ kooperazzjoni ma’ Malta. · 18 u 19 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Azzopardi u d-Deputat Carabott akkumpanjaw id-delegazzjoni tal-Prim Ministru li kienu fuq zjara bilaterali ta’ jumejn fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Matul il-programm taz-zjara bilaterali, l-Ambaxxatur u d-Deputat akkumpanjaw il-Prim Ministru ghal-laqghat mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu l-E.T. Xavier Bettel, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu l-E.T. Jean Asselborn, mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-President tal-Parlament. L-Ambaxxata ta’ Malta ghal-Lussemburgu organizzat riceviment u laqgha bejn il-Prim Ministru ta’ Malta u l-komunita’ Maltija li tghix gewwa l-Lussemburgu. · 21 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda l-programm tac-celebrazzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Belgju li nkluda Te Deum fil-Katidral, riceviment mil-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin Didier Reynders fil-Palazz Egmont u parata militari fit-totoq quddiem il-Palazz Rjali. Filghaxija attenda wkoll ghar-riceviment li sar fir-residenza tal-Baruni De Laminne De Bex li huwa l-President tac-Cirklu Diplomatiku u Kulturali (CIDIC) u Konslu Onorarju ta’ Malta fejn indirizza lill-ambaxxaturi, akkademici u entrepreneurs. · 25 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien mar-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea Daniel Azzopardi u mad-Deputat Rapprezentant Permanenti Lorenzo Vella kellhom working lunch mal-Kummissarju Malti Karmenu Vella. · 26 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien ma’ numru t’Ambaxxaturi ohra attenda ghal-attivita’ socjali ta’ tisjir mtella’ mill-President tal-Parlament Fjamming. · 2 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgha bilaterali mal-Ambaxxatur tan-Norvegja fejn iddiskutew proposti ta’ ghajnuna finanzjarja ghal Malta. · 5 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien mal-Ambaxxatur tal-PSC Clint Flores kienu mistiedna ghal working lunch mill-Ambaxxatrici tan-Norvegja flimkien ma’ zewgha s-Segretarju Generali tan NATO Jens Stoltenberg fir-residenza taghhom. · 19 t’Awwissu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu working lunch mal-Konslu Onorarju Paul Cools. · 28 t’Awwissu – L-Ambaxxata kkordinat il-laqghat li saru gewwa Dar Malta bejn Kenup u DH Sante. · 29 t’Awwissu – Id-Deputat Carabott kellha laqgha preparatorja mal-Konslu Onorarju De Laminne De Bex rigward il-Jum Nazzjonali ta’ Malta li saret fir-residenza tieghu. · 1 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghac-cerimonja f’Antwerp li tikkommemora il-75 anniversarju mil-liberazzjoni ta’ Antwerp. Matul ic-cerimonja l-Ambaxxata pprezentat kuruna tal-fjuri. Fit-3 ta’ Settembru ppartecipat ghal cerimonja simili ohra f’okkazzjoni tal-liberazzjoni tal-Belgju. · 5 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal working lunch organizzat mill-Ambaxxata Finlandiza f’okkazzjoni tal-Presidenza tal-Finlandja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn il-mistieden specjali kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghal-Affarijet Barranin Belgjan, l-E.T. Didier Reynders. · 14 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal-Jum tal-Wallonia organizzat f’Namur. Matul il-programm ta’ celebrazzjonijiet, l-Ambaxxatur attenda ghad-diskors tas-Sindku tal-belt ta’ Namur u wara dak tal-Gvernatur tal-Provincja ta’ Namur. Il-Ministru-President tar-Regjun tal-Wallonia organizza riceviment lill-korp diplomatiku fejn l-Ambaxxatur kellu l-okkazzjoni jiltaqa’ u jiddiskuti mal-E.T. il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Xavier Bettel. · 14 – 17 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqgha lill-E.T. Monsinjur Charles Scicluna, Arcisqof ta’ Malta. Il-Hadd 15 ta’ Settembru l-Arcisqof qaddes quddiesa gewwa Kraainem fejn l-Ambaxxata hadet hsieb il-logistika kollha u hadet hsieb tinforma lill-komunita’ Maltija. Wara l-quddiesa l-Arcisqof sab hin jiddiskuti mal-Maltin prezenti u anki ma’ barranin li kienu prezenti ghall-quddiesa. Wara l-quddiesa, l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja lill-E.T. Monsinjur Scicluna ghal-laqgha tal-Cenacle fejn gew milqugha mis-Sinjura Brenninkmeijer. Fis-17 ta’ Settembru l-E.T. Monsinjur Scicluna kellu laqgha gewwa Dar Malta mal-Ambaxxatur Azzopardi u wara ltaqa’ mal-istaff tal-Ambaxxata bilateral u mal-istaff tar-Rapprezentanza Permanent f’ Dar Malta. · 25 ta’ Settembru – L-Ambaxxatur Azzopardi rcieva zjara ta’ kortezija mill-Ambaxxatur tal-Grecja, l-E.T. Dionyssios Kalamvrezos fejn tkellmu fuq l-isfidi tal-immigrazzjoni u x-xena politika kurrenti tal-Belgju. · 27 ta’ Settembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal cerimonja f’okkazzjoni tal-Frankofonija organizzata mill-Federazzjoni tal-Parlament Wallonia-Brussell. · 4 t’Ottubru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal-laqgha rigward mizuri ta’ sigurta’ gewwa l-hotels matul akkomodazzjoni ta’ VIPs. · 9 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lis-Sur Beppe Galea, Segretarju Generali tal-European Democrat Students. Din il-posizzjoni ttiehdet minn zaghzugh Ghawdxi ghall-ewwel darba. F’din l-okkazzjoni l-Ambaxxatur Ray Azzopardi wieghed il-kollaborazzjoni tieghu lejn ix-xoghol tal-organizzazzjoni. · 10 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghar-riceviment fl-okkazzjoni tal-anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta organizzat mill-Membru Malta fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Sur Leo Brincat. · 12 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working lunch mas-Sur Willy Deswaef, President tal-Unjoni Konsolari tal-Belgju. · 22 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working dinner mal-Konslu Onorarju ta’ Malta Geert Sciot fejn iddiskutew diversi progetti gewwa Malta. · 24 t’Ottubru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal laqgha organizzata mill-Ambaxxata tan-Nigerja fuq il-kandidatura taghhom fuq l-IMO. Matul din il-laqgha, is-Sinjura Carabott fakkret fil-proposata ta’ Malta ghall-arrangament ta’ sapport reciproku. · 29 t’Ottubru – L-Ambaxxatur Azzopardi laqgha lid-delegazzjoni Maltija ta’ Sindki u Kunsilliera gewwa Dar Malta fejn ipprezentalhom x-xoghol u l-hidma li taghmel l-Ambaxxata Maltija gewwa Brussell. · 4 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Carabott attendiet ghal working lunch organizzat mill-Ambaxxata Finlandiza f’okkazzjoni tal-Presidenza Finlandiza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-mistieden specjali kien l-E.T. Jan Jambon, Ministru-President tal-Fjandri fejn tkellem dwar il-prijoritajiet tal-Gvern Fjamming. · 5 ta’ Novembru- L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgha bilaterali mal-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, is-Sur Joseph Cuschieri. · 6 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Azzopardi u s-sinjura Carabott iltaqghu mas-Sur Alex Grima, membru fuq il-Kunsill tal-Maltin li jghixu barra fejn tkellmu dwar il-Konvenzjoni tal-2020 fejn se tlaqqa’ lil Maltin li jghixu barra minn Malta. · 15 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott attendiet ghat-Te Deum organizzat lil korp diplomatiku f’okkazzjoni ta’ Jum ir-Re. · 18 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ghal working lunch ma’ Dott. Mark Camilleri, li jahdem mal-Business Bureau Kanadiz. · 19 ta’ Novembru - L-Ambaxxatur Azzopardi rraprezenta lil Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Promozzjoni tal-Kummerc fid-9 Forum bejn l-Ewropa u c-Cina. · 22 ta’ Novembru - L-Ambaxxata laqghet lis-Sur Isaac Sammut mill-Agenzija Maltija Tech Malta fejn spjega x-xoghol tal-Agenzija. L-Ambaxxatur Azzopardi elenka xi diffikultajiet li investituri potenzjali jwasslulu fejn jidhlu xi prattici bankarji. · 26 ta’ Novembru – L-Ambaxxata organizzat ikla b’rizq il-Konslu Onorarju Maurice Greindl fl-okkazzjoni tal-irtirar tieghu. Matul l-ikla, l-Ambaxxatur Azzopardi fahhar lil Konti Greindl ghas-servizz tieghu lejn Malta matul is-snin. · 11 ta’ Dicembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi, ir-Rapprezentatnt Permanent Danieal Azzopardi u d-Deputat Rapprezentant Permanent flimkien mal-voluntiera tal-Pink October ipprezentaw is-somma ta’ ‘l fuq minn elfejn Ewro lil Rare Diseases Malta. Kummerċjali Matul din is-sena l-Ambaxxata kompliet ukoll bil-ħidma sabiex tqiegħed isem pajjiżna f’kull fora, sabiex b’hekk tħajjar aktar negozjanti jesploraw il-vantaġġi ta’ Malta fl-oqsma tal-kummerċ u ekonomija. B’hekk aktar imprendituri bdew iffittxu aktar informazzjoni u ressqu sabiex jibdew negozju ma’ pajjiżna. Il-ħidma kienet mifruxa kif indikat hawn taħt: · 30 ta’ Jannar – l-Ambaxxatru Azzopardi u s-sinjura Carabott iltaqgħu fl-Ambaxxata Maltija mas-sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber and Insuleur u s-sur Michael Galea, Vici-President tal-Gozo Business Chamber. Wara skambju tas-saħħiet u l-isfidi ffaċċjati minn Għawdex, ir-rappreżentanti infurmaw li Għawdex qiegħed jippresiedi l-Insuleur u bi sforz biex jgħin lill-Kamra fil-laqgħat tagħha fi Brussell, l-Ambaxxata offriet id-disponibbiltà ta' Dar Malta biex torganizza diskussjonijiet importanti bħal dawn. · 5 - 6 ta' Frar - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u akkumpanja d-delegazzjoni tal-Kummissarju Malti tal-Films, is-Sur Johann Grech waqt żjara li għamel fil-Belġju. L-Ambaxxatur introduċa lis-Sur Grech mas-Sur Dirk Timmerman bil-għan li jiffaċilita l-kuntatti u jippromwovi l-inċentivi ta’ Malta fl-industrija awdjoviżiva. · 11 ta' Frar - l-Ambaxxata organizzat laqgħa bilaterali mal-Prof Roland Gueubel dwar l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw il-proġett B-Life. L-aġġornamenti kollha ġew trasmessi lill-Uffiċċju tas-segretarju Permanenti għall-konsiderazzjoni. · 28 ta' Frar - L-Ambaxxata organizzat l-aħħar laqgħa tagħha mal-Prof Gueubel dwar il-proġett B-Life. Din kienet l-aħħar laqgħa tat-tip peress li, fin-nuqqas ta' konferma tanġibbli biex tipproċedi bil-proġett, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, taħt l-awspiċi li l-proġett kien se jiġi implimentat bla ħlas, iddeċidiet li tikkanċella l-iskjerament potenzjali ppjanat għal-2019 minħabba n-nuqqas ta' ħin biżżejjed biex tippjana l-iskjerament. · 29 ta' Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi iltaqa’ mas-Sinjura Sophie Massage kap tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali tal-Investiment għall-Fjandri, għall-Wallonja u għar-Reġjuni ta' Brussell fl-Ambaxxata Belġjana għal Malta f'Ruma. Waqt din il-laqgħa l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Massage iddiskutew l-iżviluppi ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Belġju wara ż-żjara tagħha f'Malta aktar kmieni s-sena l-oħra. · 24 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel laqgħa mas-Sur Riad Fechkeur President tas-Soluzzjonijiet Globali ta' Red Med Group, biex jiddiskuti aktar kollaborazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Belġju, l-Alġerija u Malta. Waqt il-laqgħa s-Sur Fechkeur wiegħed li jappoġġja organizzazzjonijiet filantropiċi f'Malta. · 9 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ltaqa' mas-Sur Jose Espartero, Maniġer Reġjonali għall-Air Malta fil-Belġju u s-Sur Wouter Soen, Maniġer tal-Bejgħ għal Benelux biex jiddiskuti u jiskambjaw aġġornamenti dwar titjiriet tal-Air Malta KM għas-sajf tal-2019. · 17 ta’ Gunju – Thejjiet laqgha mal-Konslu Onorarju De Brabander rigward pjanijiet ghall-investiment gewwa Malta fil-qasam tal-energija rinnovabbli u rigward progett biex grupp mil-Kamra tan-Nutara Belgjana jzuru Malta. · 12 ta’ Lulju – l-Ambaxxata hejjiet laqgha mal-Professur Roland Gueubel rigward il-progett B-LIFE u kif jista’ jigi implementat ghac-cirkostanzi ta’ Malta. Dan il-progett huwa mfassal bl-ghajnuna tal-Agenzija Ewropea Spazjali. · 31 ta’ Lulju – L-Ambaxxatur iltaqa’ mal-Konsli Onorarji De Brabander u De Laminne De Bex fuq ix-xoghol rispettiv taghhom fejn jidhol promozzjoni ghal Malta. · 26 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi ltaqgha mal-Konslu Onorarju De Brabander fuq il-progetti tieghu biex jattiraw investiment lejn Malta. Permezz tax-xoghol u l-kuntatti tieghu, il-Konslu Onorarju ressaq lejn Malta, permezz tal-ghajnuna tal-Ambaxxatur Azzopardi, diversi investituri potenzjali u proposti lejn Malta. Kulturali L-Ambaxxata Maltija fi Brussel matul is-snin organiżżat bosta attivitajiet kulturali li servew ta’ pjattaforma għall-artisti Maltin waqt li ukoll żammew ħajja l-kultura Maltija barra minn xtutna. Ħafna minn dawn l-attivitajiet ġew organizzati bil-għajnuna tal-Fond tad-Diplomazija Kulturali fi ħdan il-Ministeru tal–Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u permezz tal-għajnuna li kiseb l-Ambaxxatur Azzopardi minn diversi entitajiet oħra bħalma huma l-Kunsill Malti tal-Arti, il-MIMCOL, Transport Malta, Valletta 18 u CIDIC fil-Belġju. L-Ambaxxata Maltija fi Brussel tagħmel dak kollu li hu possibli sabiex tagħti l-aqwa promozzjoni lill-pajjiżna. Naturalment irid jittieħed f’kunsiderazzjoni li l-fondi disponibbli huma limitati. Madanakollu naħdmu id f’id mal-entitajiet kollha sabiex norganiżżaw bosta attivitajiet u anke nattendu oħrajn organizati mill-kollegi, sabiex mhux biss nibnu il-kunttati tagħna iżda wkoll nippromovu lill-pajjiżna f’kull qasam. · 14 ta' Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel diskussjoni bit-telefon ma' Maestro Mark Agius dwar ix-xogħol ta' tħejjija għal wirja mill-kor ta' l-Ensemble tal-Kamra ta' San Pawl. · 17 ta’ Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda t-tnedija tal-ktieb ta’ l-awtur Taljan Castalvecchi fuq stedina tal-Ambaxxatur Taljan fil-Belġju, l-E.T. Elena Basile. · 18 ta' Jannar - Minbarra l-kontribuzzjoni mogħtija matul il-kampanja Istrina, ġew ippreżentati € 150 oħra mis-Sinjura Carabott, f'isem il-komunità Maltija, lil Lt Brian Gatt, Aide-de-Camp għall-Eċċellenza Tagħha, fil-Palazz f'Attard. · 24 ta' Jannar - L-Ambaxxatur attenda l-kunċert tal-ftuħ tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-BOZAR. · 31 ta' Jannar - Wara l-laqgħa fil-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi f'Mejju li għadda, fejn l-Ambaxxatur Azzopardi indirizza lill-udjenza dwar il-lingwa Maltija, l-Ambaxxatur laqa' lis-Sinjura Sietske Poepjes fl-Ambaxxata ta' Malta. Is-Sinjura Sietske Poepjes hija l-President tan-Netwerk għall-Promozzjoni tad-Diversità Lingwistika (NPLD) u hija wkoll il-Ministru tal-Kultura fi Friesland, l-Olanda. · 8 ta’ Frar – Id-Deputat tkellmet mall-organizzaturi tal- Brussels Jazz Brass dwar possibilitajiet sabiex tittella’ band Maltija u tippartecipa f’dan il-progett li jsir kull sena fuq medda ta’ tmiem il-gimgha matul l-ahhar gimgha ta’ Mejju. · 5 ta' Marzu - L-Ambaxxatur akkumpanjat mill-artist Alfie Gatt żar l-Art Galley li jinsab fil-Sablon għal proposta ta' proġett kulturali ffinanzjat mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali. · 22 ta' Marzu - L-Ambaxxatur għamel laqgħa mas-Sur Charles Vella Assistent kap tal-Iskola ta' San Anton akkumpanjat minn għalliem u 3 studenti. · 27 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda d-"Dejeuner ta' l-Ambaxxaturi" f'Cercle Gaulois bil-preżenza tas-Sur Peter de Caluwe - Direttur Ġenerali ta’ La Monnaie. · 28 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa' u indirizza grupp ta’ Studenti mill-Università ta' Malta (Fakultà tal-Affarijiet Ewropej) immexxi minn Dr Robert Micallef. · 24 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott laqat żewġ studenti tal-Università Belġjana u wieġbet għall-mistoqsijiet tagħhom dwar il-multilingwiżmu f'Malta. · 28 ta’ April – id-Deputat zammet kuntatt ma’ Dr Laura Falzon rigward hsieb ta’ progett ta’ kuncert minn din il-flutista rinomata biex jittella’ fi Brussell. · 3 ta' Mejju - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet l-anniversarju tal-ferħ tal-kor tas-subien prestiġjuż f'Aalst. Il-kor tas-subien u tal-irġiel fil-passat kien wettaq kuncert f'Malta. · Fit-3 ta' Mejju l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann għal żjara tal-Katidral u l-Mużew. · 4 ta' Mejju - L-Ambaxxata pparteċipat fil-Festival Annwali tal-Ħobż f'Rond-Point Schuman. L-avveniment huwa organizzat fl-istess ħin meta l-Istituzzjonijiet Ewropej jiftħu l-bibien tagħhom, u jattiraw madwar 20,000 viżitatur fil-lokal. Fil-festival ta’ din is-sena, l-Ambaxxata ħejjiet ħobż b’firxa bbażata fuq it-tadam, żejt taż-żebbuġa, basal aħmar, melħ, bżar u naghniegh frisk filwaqt li serviet l-inbid aħmar u abjad Malti. Il-favorit tradizzjonali tal-Għid Malti, il- “figolla” ġie servuta wkoll fl-istand ta’ Malta. Il-viżitaturi interessati li jippjanaw il-vaganza tagħhom li jmiss fil-Gżejjer Maltin kellhom opuskoli differenti minn fejn jaghzlu skond il-gosti tagħhom biex iqattghu vaganza orjentata lejn il-kultura jew pjuttost avventura u sport. L-istand ta’ Malta irriżerva wkoll sorpriża żgħira għall-vizitaturi ckejkna billi offrilhom figurin tal-Playmobil liebes bħala Kavallier tal-Ordni ta' San Ġwann. · 4 ta' Mejju - l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA għal ġurnata f'Għawdex. ¯aru diversi postijiet ta' interess f'Għawdex. · 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u ltaqa’ mad-Dekan u d-Direttur tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Università tan-Negozju Ingliża fi Brussell dwar oqsma possibbli ta' kollaborazzjoni. · 26 ta’ Gunju – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi attenda ghal attivita’ tal-Ommegang organizzata mill-Gvern Regjonali ta’ Brussell fejn l-Ambaxxatur kien wiehed mill-mistiedna specjali ghal din l-okkazzjoni flimkien ma’ Ambaxxaturi ohra.. · 27 ta’ Gunju – L-Ambaxxata hadmet u ssottomettiet zewg progetti taht is-sejha ghall-progetti ffinanzjati mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali. Wiehed mill-progetti jirrigwarda ezibizzjoni artistika u viswali filwaqt li l-progett l-iehor kien iffukat fuq it-talent Malti fl-ambitu tal-muzika jazz. · 20 ta’ Settembru – l-Ambaxxata organizzat riceviment ghal-Jum Nazzjonali fl-okkazzjoni tal-55 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta fil-Kastell d’Ophem, li hija r-residenza tal-Konslu Onorarju ta’ Malta, il-Baruni De Laminne De Bex. Permezz tal-kooperazzjoni u relazzjoni ferm tajbin mal-Konslu Onorarju, dan il-lok gie provdut lill-Ambaxxata bla ebda hlas. Iktar minn 60 pajjiz kienu rapprezentati f’dan ir-riceviment b’bosta Ambaxxaturi u rapprezentanti diplomatici, kif ukoll partecipazzjoni mill-komunita’ Maltija li tghix fil-Belgju u l-Lussemburgu u diversi hbieb ta’ Malta. Waqt l-attivita’ l-Ambaxxatur Ray Azzopardi u r-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-UE Daniel Azzopardi ghamlu diskorsi tal-okkazzjoni u laqghu lil dawk kollha li attendew. · 24 t’Ottubru – L-Ambaxxata flimkien mal-PREU organizzat u ppartecipat f’attivita’ b’risq il-Pink October u Movember biex tgharraf u tohloq aktar gharfien dwar il-mard tal-kancer fis-sider u mard tal-kancer fil-prostata. Id Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott flimkien ma’ voluntiera ohra ppreparaw ikel tipiku Malti li l-qliegh minnu gie moghti lil-Kampanja. L-attendenza kienet wahda pozittiva u kienu diversi barranin li gew u daqu ikel tipiku Malti. Is-somma finali li ngabret kienet taqbez l-elfejn Ewro. · 27 ta’ Novembru – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa’ lil Professur Peter Baldacchino, lis-Sur John Sant u s-Sinjura Anna Bonanno gewwa l-Ambaxxata Maltija fejn iddiskutew proposti ghal-attivitajiet kulturali. · 28 ta’ Novembru – L-Ambaxxat permezz tad-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott ghamlet prezentazzjoni gewwa Ghent li saret mir-rapprezentanti tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu fil-Belgju, l-Agenzija Glenaki. Id-Deputat Carabott, flimkien mal-Konslu Onorarju Geert Sciot, indirizzaw l-udjenza maghmula minn operaturi turistici, bloggers u gurnalisti ta’ rivisti tat-turizmu. Matul din l-attivita’ gie inawgurat mural bi tpingija kbira fuq hajt fil-belt ta’ Ghent li juri xeni tal-Belt Valletta. · 13 ta’ Dicembru – L-Ambaxxata organizzat attivita’ ghad-djaspora Maltija gewwa Dar Malta fl-okkazzjoni tal-45 anniversarju ta’ Jum ir-Repubblika fejn gie ppreparat ikel tipiku Malti. Matul l-attivita’ l-mistednin nghataw l-awguri ghal-festi tal-Milied. Konsolari L-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell isservi bhala Konsolat. Ta’ kuljum il-Konslu jirrispondi ghal diversi mistoqsijiet u talbiet permezz ta’ emails, tat-telefon u ta’ ittri ufficcjali (Note Verbale). Il-komunita’ Maltija gewwa l-Belgju u l-Lussemburgu li tghodd mal-elf ruh (imma anke Maltin li jghixu mal-fruntieri fi Franza u fil-Germanja u li ghal-ragunijiet ta’ distanza jippreferu jinqdew mill-Ambaxxata fi Brussell). Il-Konslu jwiegeb ukoll ghat-talbiet ta’ residenti fil-Belgju u l-Lussemburgu dwar vjaggar lejn Malta jew dwar residenza f’Malta. Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li gejjin : Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid 30 Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-¯wieġ / Divorzju 6 Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza 9 Power of attorney / Prokura 3 Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti 3 Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament 46 rigward l-elezzjoni bikrija tat-18 ta’ Mejju ghal min ma setax ikun Malta fil-jum tal-votazzjoni jew kien se jkun rikoverat fi sptar. 4 rigward telf/serq tal-passport Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport 132 Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati 13 Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi 11 Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta. 30 Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi 7 Ohrajn · L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mqaddsa f’Dar Malta għall-komunità Maltija. Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata minn Mons. Alfred Vella. L-Ambaxxata ffaċilitat ukoll il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella, dejjem bl-iskop li l-kominuta’ Maltija tkun moqdija sew. · Matul is-sena 2019 l-Ambaxxata fethet ukoll pagna fuq Facebook u kont Twitter biex tkun tista’ twassal messaggi u informazzjoni b’mod iktar immedjat. · Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet ghal diversi laqgħat tal-WEP 6. · 4 ta' Frar - Deputat iltaqa' ma' Dr Claudio Palestini, uffiċjal tekniku tan-NATO responsabbli mill-proġetti implimentati mill-Università ta' Malta taħt il-finanzjament tal-programm Science for Peace. L-għan tal-laqgħa kien li tipprovdi informazzjoni ta' sfond dwar kif jopera l-finanzjament tal-SPS u ż-żjara ppjanata f'Malta fit-3 u l-4 t'April 2019 mal-partijiet interessati mill-Università ta' Malta. · 8 ta' Frar - Deputat attenda l-laqgħa ta' informazzjoni tal-WEP6 u ltaqa' mas-Sinjura Lisa Greig, uffiċjal tal-komunikazzjoni fid-delegazzjoni tar-Renju Unit għan-NATO. Il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit isservi bħala punt ta’ kuntatt għal Malta. · 25 ta' Frar – Id-Deputat u l-Maġġur Joseph Spiteri, Deputat Rappreżentant Militari attenda l-laqgħa informali PSC-NAC, li jġib flimkien il-PSC tal-UE u l-Kunsill u l-Imsieħba tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO. · 28 ta' Frar - Deputat attenda r-riċeviment ta' Adieu tal-Ambaxxatur tal-Isvizzera għan-NATO. · 13 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata mas-Sinjura Sophie Briquetti, uffiċjal tan-NATO għal Malta. · 20 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-ktieb ta' kondoljanzi fl-Ambaxxata ta' New Zealand wara l-attakki ta' Christchurch. · 20 ta' Marzu - Laqgħa ta' segwitu mas-Sinjura Sophie Briquetti fl-Ambaxxata ta' Malta. · 26 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb ta' Kondoljanzi fl-Ambaxxata tas-Sri Lanka wara l-attakki terroristiċi. · 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb taċ-Ċelebrazzjoni fl-Ambaxxata tal-Ġappun fl-okkażjoni ta' l-Inkurunazzjonital-eredi tat-Tron fil-Ġappun, l-Altezza Rjali l-Imperatur Eredi tat-Tron Naruhito. · 28 ta’ Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-sinjura Tania Carabott laqghat gewwa Dar Malta il-Kummissarju tal-Kunsill Malti tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri fejn laqqa’ diversi awturi Maltin li huma bbazati fi Brussell. · 6 ta’ Novembru – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata Carabott laqghet lid-Deputat Kap il-gdid tal-Missjoni tal-Awstrija ghan-NATO fuq zjara ta’ kortezija. · Matul is-sena kemm l-Ambaxxatur kif ukoll id-Deputat attendew ghal numru ta’ ricevimenti u ezibizzjonijiet f’okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ diversi ambaxxati. Attendenza f’dawn ir-riceviment kienet utli biex ikomplu jinbnew relazzjonijiet tajbin ma’ ambaxxati u pajjizi ohra. · Matul is-sena l-Ambaxxatur Ray Azzopardi flimkien mad-Deputat Carabott iltaqghu wkoll ma’ numru kbir ta’ membri mid-djaspora Maltija fejn jigu l-Ambaxxata Maltija bi proposti ta’ progetti kulturali u socjali. L-Ambaxxatur Ray Azzopardi dejjem jishaq maghhom biex ikomplu b’dawn l-ideat u inizzjattivi u wieghed l-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata kull fejn ikun possibbli.

Ambaxxata ta’ Malta fin-Netherlands — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa The Hague fin-Netherlands?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-hidma li saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa The Hague fin-Netherlands kienet: Bilaterali · Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Olandiż E.T. Stef Blok f’Malta 9-10 ta’ Jannar, 2019. · Żjara ta’ Uffiċjali Għolja tal-MCAST (Kulleġġ Marittimu) fl-Olanda (24-27 ta’Frar) bil-għan li jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-MCAST u Kulleġġi Olandiżi impenjati fl-istess oqsma. · Ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku ta’ sossten mal-Olanda għall-kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation). · Żjara tal-Kap tas-Servizzi tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei fl-Isptarijiet ta’ The Hague u Rotterdam biex tigi stabbilita koperazzjoni f’ dan il-qasam. · Laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż dwar il- kandidatura ta’ Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 2023/2024. · Sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi Membri tal-Gvern u Uffiċjali Għolja fl-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali Olandiża (eż. Leeuwarden, Twente, Noordoostpolder , Emmeloord, Delft….) kif ukoll fl-organizzazzjonijiet Internazzjonali stabbiliti f’The Hague. · Assistenza mogħtija lid-delegazzjoni tal-President tar-Republikka l-Onor. George Vella waqt żjara fl-Oland ghall- < World Forum for the Culture of Peace - Peace Education for the Protection of Cultural Heritage in Iraq and Yemen > (Ġunju 2019). Sar ukoll riċeviment mill-President tar-Republikka l-E.T George Vella għall-komunita’ Maltija fl-Olanda . · Ħidma għas-sapport tal- Olanda għall-kandidatura ta’ Prof. David Attard sabiex jerġa’ sservi fit-Tribunal Internazzjonali dwar il-Liġi ta l-Baħar (ITLOS) waqt l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2020. · Riċeviment tal-Jum Nazzjonali ta’ Malta miftuħa għal-komunita’ maltija u diplomatika, kif ukoll uffiċjali għolja tal-amministrazjoni Olandiża u għaqdiet internazzjonali bbażati fil-pajjiż. · Assistenza mogħtija lil-eks Segretarju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u innovazzjoni l-Onor. Silvio Schembri waqt il-participazzjoni tiegħu fl-AI Summit f’Zandaam (Ottubru 2019). · Assistenza mogħtija lil-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa l-Onor. Chris Fearne waqt il-partiċipazzjoni tiegħu fir-raba’ edizzjoni tal- <Politico Healthcare Summit> f ‘Amsterdam (Novembru 2019). · Assistenza mogħtija lil delegazzjonijiet Maltin – kemm dawk li kienu fi-transit kif ukoll oħrajn li kienu fl-Olanda ghall-laqghat teknici. · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-kungressi tal-partiti politiċi Olandiżi. · Laqgħat ma’ membri Parlamentari Olandizi. · «Monitoring» tas-sitwazzjoni politika fl-Olanda u d-Danimarka u tal- media Olandiża u Daniża. · Parteċipazzjoni f’diversi avvenimenti kulturali, ekonomiċi, politiċi u diplomatiċi organizzati minn entitajiet u Ministeri Olandiżi u mill-korp diplomatiku f’The Hague bħala parti mill-ħidma diplomatika ta rutina. · Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lir-Reġina Margrethe tad-Danimarka mill-Ambaxxatrici Marlene Bonnici (Marzu 2019). Kummerċjali Matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena 2019, l-Ambaxxata kellha wkoll ufficjal tal-Malta Enterprise. Ix-xoghol tal-Malta Enterprise mhux parti minn din ir-risposta. · Żjara f’Emmeloord u l-inħawi fil-qrib biex ikomplu jissaħħu l-kuntatti mal-kumpaniji li jimportaw il-patata minn Malta. · Żjarat fil-portijiet ta’ Amsterdam u Rotterdam bil-għan li jigu stabbiliti kuntatti kummercjali. · Għajnuna lill-kumpaniji Maltin biex jesportaw lejn / isibu suq fl-Olanda. · Kuntatti ma’ Uffiċjali fl-ajruport ta’ Schiphol bil-għan li jiżdiedu « landing slots » għall-Air Malta. · Żjarat u kuntatti ma’ entitajiet li jieħdu ħsieb l-entraprizi Olandizi bhal Netherlands Enterprise Agency. · Żjarat f’kumpaniji kummercjali li qegħdin minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni agrikola. Kulturali · Kuntatti mar- Rijksmuseum van Oudheden fil-Belt ta’ Leiden bil-għan li ssir wirja tal-monumenti pre-istoriċi Maltin fl-istess Mużew fis-sajf 2021. Dawn il-kuntatti ssarfu f’ diversi żjarat ta’Uffiċjali Għolja tal-Mużew Olandiż f’Malta fejn saru laqgħat mal-Heritage Malta kif ukoll fi żjarat ta’ Uffiċjali Għolja tal-Heritage Malta f’Leiden bħala parti mill-preparamenti għall-wirja. · Stabbiliti kuntatti mad-diriġenti tal-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ Almere bil-għan li tieħu sehem f’ diversi kuncerti f’Malta. F’Lulju 2020 · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminars għal studenti tal-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali (li tinsab f’The Hague).Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fis-sessjoni THIMUN 2019 · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminar għal studenti ta’ l-ewwel sena tal- Liġi Internazzjonali ta’ Leiden (Awissu 2019). · Parteċipazzjoni fil-attivatijiet tal-Jum Ewropew tal-Lingwi 2019 f’ The Hague u Rotterdam (Settembru 2019). · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminar għal studenti ta’ l-ewwel sena tal- Liġi Internazzjonali ta’ l-Universita’ ta’ Tilburg (Novembru 2019). · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fl-inizzjativa <Japanese Tables imtella’ mill-organizazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Leiden (Novembru 2019). · Partecipazzjoni tal-Ambaxxata f’inizzjativa kultrali tal-membri ta’ l-istaff tal-ICC dwar l-istorja, lingwa, kultura’ u l-ikel Malti (Novembru 2019). · Żjara fl-Universita ta’ Groningen bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni ma’ Malta. · Parteċipazzjoni fil-laqgħat u attivitajiet tal-EUNIC Konsolari · L-Ambaxxata ta’ Malta f’ The Hague sservi bhala Konsolat. · Ħidma biex jiġi identifikat Konslu Onorarju ġdid għar-reġjuni ta’ « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht fl-Olanda kif ukoll ieħor fir-reġjun ta’ Zeeland (Copenhagen) fid-Danimarka. Fl-2019 giet konkluza l-procedura ghall-Konslu f’Copenhagen waqt li dik ghall-Konslu għar-reġjuni ta’ « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht fl-Olanda kienet waslet fistat avvanzat. · Kuntatt kontinwu mal-Awtoritajiet Olandiżi waqt l-attakk terroristiku li sar f’Utrecht f’Marzu, 2019, biex jiġi stabbilit kienx hemm ċittadini Maltin li nqabdu fl-attakk. · Informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza. Tiġdid ta’ numru ta’ passaporti. Maħruġa numru ta’ passaporti ta’ emerġenza . · Assistenza fil-proċess ta’ applikazzjoni ta’ passaporti kif ukoll registrazzjoni ta’ twelid, żwieġ, u mewt lil-komunita’ Maltija fl-Olanda, Danimarka u l-Isvezja. · Għajnuna lil ċittadini Maltin fl-Olanda, d-Danimarka, Norveġja u l-Isvezja. · Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li ġejjin : Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid 6 Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-Żwieġ / Divorzju 4 li 2 minnhom huma RZ2 Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza 3 Power of attorney / Prokura Nil Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti 2 Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament 8 li minnhom 5 huma parti mill-pakkett ta’ Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lill- Maltin kif ukoll lir- refuġjati u 3 huma parti mill-pakkett tal- Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport 49 li minnhom 2 ġew finaliżżati f’Jannar 2020 Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati 5 Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi nil Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta. Telephone inquiries only Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi Promozzjoni ta’ Malta · Parteċipazzjoni ta’ membri tal-Ambaxxata fil-fiera tat-turiżmu Vakantiebeurs f’Utrecht, (Jannar 2019). · Żjarat f’kumpaniji, istituti edukattivi u aġenziji li huma responsabbli mill-investiment u l-kummerċ fl-Olanda bil-għan li ssir promozzjoni ta’ Malta bħala pajjiż attraenti għall-investiment. · Ikla u attivitajiet fir-Residenza ghat-“Tour Operators” Olandizi li jaħdmu biex jbieghu l-prodott Malti. Oħrajn Multilaterali: OPCW · Parteċipazzjoni ta’ Malta fil-laqgħat regolari ta’ koordinament (WEOG u EU) dwar ix-xogħol fl-OPCW. · Parteċipazzjoni fil-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW (fejn Malta ilha Membru Elett mis-sajf tal-2018): EC-M-62 f’ Jannar 2019; EC-M-63 fi Frar 2019; EC-90 f’Marzu; EC-M 64 f’Mejju; EC-91 f’Lulju u l-EC-92 f’Ottubru. · Parteċipazzjoni fil-Konferenza tal-Stati Membri tal-OPCW f’Novembru 2019. ICC · l-Ambaxxatriċi Bonnici maħtura bħala “facilitator” tal-baġit tal-Qorti għas-sena 2020. Diversi laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja tad-diversi Organi tal-Qorti biex jitmexxew id-diskussjonijiet tal-baġit. Dan kien l-ewwel darba li l-Ambaxxata ħadet dan it-rwol li mhux biss irrizulta fi qbil fuq baġit tajjeb iżda qbil li ntlaħaq ġurnata qabel ma kien maħsub. · Parteċipazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat tal-Baġit li ntaqa’ f’April u Awissu. · Parteċipazzjoni regolari fil-Grupp ta’ Ħidma li jiltaqa’ f’The Hague. · Parteċipazzjoni tal-Assemblea’ tal-istati membri ASP-18 f’Diċembru. HCCH · Laqgħat informali tal-baġit (Jannar 2019) · Parteċipazzjoni fil-Kunsill Ġenerali tal- HCCH 5-8 Marzu, 2019. · Parteċipazzjoni -waqt il-laqgħat tal-“ Judgements Project ” 18/06-02/7, 2019 MLA Initiative · Parteċipazzjoni fis-sezzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-progress li sar dwar l-abbozz tal-Konvenzjoni ntitolata <International Cooperation in the Investigation and Prosecution of the Crime of Genocide, Crimes against Humanity and War Crimes> (Mejju u Ottubru 2019). ICMP · Diversi laqgħat mal-Uffiċjali tal-ICMP f’The Hague dwar il-proġett ta’ kooperazzjoni bejn diversi pajjiżi tal-Mediterran u reġjuni fil-qasam ta’ “ Missing Persons” . Planetary Security Initiative · Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-laqgħa li saret f’The Hague fi Frar 2019. UNICRI Kuntatt mal-Ufficiju l-gdid tal UNICRI f’The Hague. EU · Parteċipazzjoni fil-laqgħat HOMs u laqgħat oħra organizzati mill-Presidenza tal-UE (l-Ambaxxata Rumena u l-Ambaxxata Finlandaiża) f’The Hague kif ukoll mir-Rappreżentanza tal-UE fl-Olanda. · Parteċipazzjoni f’diskussjonijiet fuq temi Ewropej mal-Ambaxxaturi u l-Istituzzjonijiet tal-UE · Kuntatti ma’ uffiċjali Olandiżi dwar pożizzjonijiet ta’ Malta f’diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni. · Partiċipazzjoni tal-briefing tal-Gvern Olandiż qabel il-Kunsilli ta’ kull xahar tal-FAC, GAC u ECOFIN u l-laqgħat tal-JHA u EUCO. Dan tal-aħħar huwa organizzati mir-Raprezentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’ The Hague. · Laqgħat ma’ Uffiċjali tal-Europol u Eurojust.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt ma ltqajt mal-individwu li ġie indikat separatament. Infurmat ukoll li lanqas l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi qatt ma ltaqa mal-individwu msemmi fil-kariga uffiċjali.

Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġermanja — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa Berlin il-Ġermanja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa Berlin il-Ġermanja hija kif gej: Ħidma Politika Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet (2019), l-Ambaxxata Maltija f’Berlin inizjat u/jew ikkordinat numru ta’ żjarat u laqgħat fil-Ġermanja li kienu jinvolvu Ministri u Segretarju Parlamentari, kif ukoll żjarat f’Malta, fosthom minn Ministru tal-Gvern Ġermaniz u minn deputat mill-Bundestag. Għall-ewwel darba, Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Konferenza dwar is-Sigurta’ li ssir kull sena fi Frar fil-belt ta’ Munich, il-“Munich Security Conference”. L-Ambaxxata ħadet ħsieb li l-Ministru Carmelo Abela jiġi mistieden u ħejjiet il-parteċipazzjoni tiegħu f’diversi sessjonijiet li saru matul il-Konferenza fejn huwa għamel numru ta’ interventi. Il-Ministru kellu wkoll taħdidiet uffiċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja, li miegħu iffirma Memorandum ta’ Ftehim, filwaqt li laqgħat bilaterali oħrajn saru mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Oman u tas-Sudan. Matul il-konferenza (15-17.2.2019) il-Ministru kellu wkoll numru ta’ laqgħat ma’ Ministri u rappreżentanti għoljin mill-Ġermanja u minn pajjiżi ohra. L-Ambaxxatur akkompanja lill-Ministru waqt il-programm u l-laqgħat. Iktar tard matul is-sena l-Ambaxxata żammet kuntatt mal-organizzaturi tal-Munich Security Conference sabiex taċċerta li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti jkun rappreżentat għall-darb’oħra fil-Munich Security Conference 2020 li se ssir mill-14 sas 16 ta’ Frar 2020. F’Diċembru, l-Ambaxxata kienet irrappreżentata f’laqgħa preparatorja li saret fi Munich organizzata għall-rappreżentanti tal-Ambaxxati li l-membri tal-gvernijiet tagħhom ġew mistiedna għall-konferenza. Fil-fatt il-preparamenti bħalissa huma għaddejjin ġmielhom għall-parteċipazzjoni tal-Hon. Evarist Bartolo, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, f’din il-konferenza. Fl-okkażjoni tal-Fiera tat-Turiżmu ITB li ssir kull sena f’Marzu f’Berlin, l-ikbar waħda tal-ġeneru tagħha fid-dinja u li fiha Malta tieħu sehem permezz ta’ “stand” u delegazzjonijiet mill-MTA, l-Air Malta, l-MIA u numru konsiderevoli ta’ rappreżentanti minn ditti privati, l-Ambaxxata organizzat – f’isem l-MTA – riċeviment għal madwar 100 ruħ mis-settur turistiku u tal-ivvjaġġar, ġurnalisti u rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet u ditti involuti fis-settur. L-istedina għal dan ir-riċeviment ħarġet, mill-Ambaxxatur u miċ-Chairman tal-MTA, li ndirizzaw lill-mistednin fil-bidu tar-riċeviment. It-turiżmu mill-Ġermanja lejn Malta żdied kull sena matul dawn l-aħħar snin. Apparti mill-ITB, l-Ambaxxata tagħti s-sostenn tagħha billi regolarment torganizza attivitajiet li juru l-attrazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex, eż. l-“Europa Lounge” f’Berlin (ara isfel fis-sezzjoni “Promozzjoni ta’ Malta”). Is-sena l-oħra bdew wkoll l-ewwel preparamenti inizjali għar-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-ITB Berlin 2020 li se tiġi mtellgħa mill-Ambaxxata f’isem l-MTA, f’Marzu 2020. Fiera oħra importanti li ssir kull sena ġewwa Berlin f’Jannar hija l-‘Green Week’. Barra l-esibizzjoni ta’ prodotti agrikoli, matul il-Fiera jiġu organizzati numru ta’ seminars u laqgħat kif ukoll konferenza li fiha jieħdu sehem Ministri tal-Agrikoltura minn madwar id-dinja. L-Ambaxxata ħadet ħsieb it-tħejjijiet li saru għall-parteċipazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u għenet matul iż-żjara tiegħu f’Berlin. Ix-Charge d’Affairs a.i. fl-Ambaxxata, Sephora Gauci, akkompanjat lis-Segretarju Parlamentari. F’April, il-Ministru Joe Mizzi ħa sehem fil-konferenza Energy Transition Dialogue: New Horizons li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż f’Berlin. L-Ambaxxata ikkordinat iż-żjara tal-Ministru filwaqt li l-Ambaxxatur akkompanjah fit-taħdidiet li huwa kellu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru Federali għall-Ekonomija u l-Enerġija, Thomas Bareiss. L-Ambaxxata origanizzat iż-żjara f’Malta tad-deputat tal-Bundestag Dr. Christoph Ploss (CDU), li huwa r-‘rapporteur’ dwar Malta fil-Kumitat tal-Bundestag għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u membru fil-Kumitat tal-Bundestag għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali. L-Ambaxxatur iltaqa’ ma’ Dr. Ploss darbtejn qabel dan ġie Malta. Waqt li kien Malta, Dr. Ploss iltaqa’, fost l-oħrajn, mal-Ministru l-Professur Edward Scicluna, mas-Segretarju Parlamentari Dr. Aaron Farrugia, ma’ rappreżentanti mill-MFTP, mal-Professur Stephen Calleja u Dr. Monika Wohlfeld mill-MEDAC. Fit-18 ta’ Jannar l-Ambaxxatur kellu laqgħa twila mal-membri tal-Bundestag li jiffurmaw parti mill-grupp ‘Seenotrettung’ (Sea Rescue) dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati u tal-migranti fil-Mediterran. F’dan il-grupp hemm rappreżentati l-partiti kollha fil-Bundestag barra l-partit AfD. Il-grupp huwa mmexxi mid-deputat president (deputy speaker) tal-Bundestag, Claudia Roth. Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-possibilta’ li s-Sinjura Roth u l-membri tal-grupp jiġu Malta biex jaraw b’għajnejhom is-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha Malta u biex jaraw kif Malta tista’ tigi mgħejuna. Kull darba li l-AFM kienu involuti f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ refuġjati jew migranti, l-Ambaxxata bgħatet l-informazzjoni rispettiva lill-media, lill-Uffiċċju tal-President Ġermaniz, lill-Uffiċċju tal-Kanċillier, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u diversi għaqdiet u persuni li jikkuntattjaw l-Ambaxxata dwar dan is-suġġett. Dan biex nagħmluha ċara li, f’dan il-qasam, kontra dak li kultant jiġi rrappurtat, Malta mhux biss dejjem wettqet l-obbligi tagħha iżda wkoll marret oltre. Dan il-punt jiġi kkomunikat ta’ spiss fil-laqgħat u l-kuntatti li l-istaff diplomatiku tal-Ambaxxata jkollu mal-uffiċjali Ġermaniżi u dawk minn ambaxxati oħra ġewwa Berlin. B’riżultat tal-inizjattivi tal-Ambaxxata, il-midja Ġermaniża diversi drabi tat prominenza lix-xogħol tal-AFM. L-Ambaxxata osservat u rrappurtat b’reqqa u ta’ spiss dwar id-diskussjoni dwar il-politika tal-migrazzjoni fil-Ġermanja kif wkoll dwar x’kien qed jingħad fil-midja Ġermaniża dwar il-migrazzjoni fil-Mediterran. L-Ambaxxata bagħtet wkoll stedina mingħand l-Onor. Dr Michael Farrugia lill-E.T. Horst Seehofer, il-Ministru tal-Intern tal-Ġermanja sabiex jattendi l-Laqgħa Ministerjali dwar il-Migrazzjoni li saret f’Malta f’Settembru 2019. Kull sena ir-reġjun ta’ Ahrweiler, viċin ta’ Bonn, jorganizza programm kbir ta’ attivitajiet mifrux fuq diversi gimgħat imsejjaħ “Ahrweiler Freiheitswochen” (Il-Ġimghat tal-Liberta ta’ Ahrweiler). Is-suġġett din id-darba kien il-Futur tal-Ewropa. Il-programm ta’ din is-sena sar taħt il-patruċinju tal-Ambaxxatur Malti fil-Ġermanja li fetaħ il-programm uffiċjalment waqt ċerimonja fl-14 ta’ Marzu fil-belt ta’ Remagen. B’hekk Malta ingħatat pubbliċita’ bi prominenza fil-media. L-Ambaxxatur kien mistieden iżur ir-reġjun fejn ta tlett taħdidiet, wieġeb domandi u kellu laqgħat ma’ diversi persuni distinti li kienu preżenti għad-diskorsi tiegħu, fosthom deputati mill-parlament tal-istat federali ta’ Rheinland-Pfalz (Rhineland Palatinate – belt kapitali Mainz) u s-Sinjura Barbara Genscher, l-armla tal-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Hans-Dietrich Genscher. Huwa kellu wkoll laqgħa ma’ grupp kbir ta’ studenti minn tlett kulleġġi fir-reġjun li magħhom iddiskuta r-rwol ta’ Malta fl-Ewropa, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, kif ukoll l-qagħda soċjali fil-pajjiż. Dwar din il-laqgħa kien hemm rapporti estensivi fil-media. L-Ambaxxatur kien involut f’taħdidiet li bdew fl-2018 u issoktaw fl-ewwel xhur ta’ din is-sena ma’ rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja kif ukoll ma’ persuni mis-settur akkademiku sabiex il-Gvern Ġermaniz ikompli jiffinanzja il-katedra Ġermaniża fil-MEDAC (“German Chair in Peace Studies and Conflict Prevention”). Wara diversi sinjali li dan kien ser iseħħ, f’April waslet il-konferma uffiċjali li l-Ġermanja ser tkompli tiffinanzja din il-katedra għal sentejn oħra. Iktar kmieni din is-sena, fid-9 ta’ Jannar 2020, l-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta Walter Haßmann, f'isem l-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja u l-Professur Godfrey Pirotta, President tal-MEDAC, iffirmaw ftehim ta’ estensjoni fil-preżenza ta' l-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. Dan il-ftehim se jara t-tkomplija tal-katedra Ġermaniża għall-Istudji għall-Paċi u l-Prevenzjoni tal-Kunflitti fil-MEDAC, li jikkonferma l-interess tal-Ġermanja fir-Reġjun tal-Mediterran. Matul April saru preparamenti għaż-żjara f’Malta tal-Ministru Ġermaniż Hubertus Heil, il-Ministru fil-Gvern Federali għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali, li seħħet f’Mejju. F’Malta, il-Ministru Heil kellu taħdidiet uffiċjali u żar kumpaniji Ġermaniżi li joperaw f’Malta. Saru wkoll il-preparamenti għall-parteċipazzjoni tal-Ministru Carmelo Abela flimkien mal-Ambaxxatriċi Prof. Simone Borg fil-Climate & Security Conference f’Berlin. Fil-fatt, il-konferenza saret f’Ġunju u fiha hadu sehem il-Ministru u l-Ambaxxatriċi. Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-konferenza seħħet wara li l-Ambaxxata ħadet ħsieb takkwista stedina ufficjali. L-Ambaxxata għenet ukoll fit-tħejjija għall-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Karlu Manju 2019 “Charlemagne Prize 2019” li saret fil-belt ta’ Aachen. L-Ambaxxata għamlet kuntatt maċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ Berlin u b’koordinazzjoni ma’ Transport Malta għamlet il-preparamenti meħtiega sabiex delegazzjoni esperta minn Transport Malta żżur iċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ Berlin. Il-visita saret fl-20 t’Awwissu 2019 bl-għan li tiġi esplorata kooperazzjoni possibli għall-immaniġjar aħjar tat-traffiku f’Malta. L-Ambaxxatur akkompanja lid-delegazzjoni Maltija waqt iż-żjara taghhom ġewwa Berlin. Saru wkoll l-ewwel kuntatti sabiex issir żjara fiċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ Munich għall-konsultazzjonijiet tekniċi. Ġie stabbilit wkoll kuntatt mad-Deutsches Verkehrsforum, assoċjazzjoni ekonomika li sservi ta’ pjattaforma għal diskussjoni bejn in-negozju, il-politika u x-xjenza dwar il-kwistjonijiet kollha tat-trasport u li jippromwovi inizjattivi, ideat u impulsi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tat-traffiku fil-Ġermanja u fl-Ewropa. Wara li ġie mħabbar li Dr Ursula von der Leyen ġiet magħżula bħala l-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ta’ dak iż-żmien, f’Awwissu l-Onor. Dr Michael Farrugia u l-Ambaxxatur attendew ċerimonja fuq stedina tal-Gvern Ġermaniż ad unur Dr Ursula von der Leyen, li sa qabel ġiet innominata bħala President tal-Unjoni Ewropea kienet il-Ministru tad-Difiża tal-Ġermanja. Matul Ottubru u Novembru 2019 saru l-preparamenti għall-parteċipazzjoni tal-Onor. Ministru Carmelo Abela fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin fid-9 ta’ Novembru, li għalihom huwa kien mistieden mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż l-E.T. Heiko Maas. L-Ambaxxatur akkompanja lill-Ministru f’din l-okkażjoni. L-Ambaxxata għenet sabiex uffiċjali mid-Direttorat għad-Difiża tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ta’ Malti jattendu l-Berlin Security Conference li saret f’Novembru 2019. Matul is-sena 2019, l-Ambaxxata kompliet tosserva l-iżviluppi politiċi fil-Ġermanja, kemm dawk domestiċi kif wkoll dawk li jirrigwardjaw il-politika barranija tal-pajjiż u rrappurtat dwarhom lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. Pereżempju, l-Ambaxxata ġabret informazzjoni u irrapportat ta’ spiss dwar il-Proċess ta’ Berlin dwar il-Libja, li beda f’Settembru 2019 b’numru ta’ laqgħat ta’ uffiċjali għolja li ħejjew għall-laqgħa ta’ numru ta’ kapitijiet ta’ stat u ta’ gvern ġewwa Berlin li saret fid-19 ta’ Jannar 2020. Kuljum, bħal ma tagħmel regolarment, l-Ambaxxata bagħtet Malta rapporti dwar artikli relevanti li jidhru fil-media Ġermaniża, u darba fil-ġimgħa bagħtet rapport iktar estensiv b’sezzjoni dwar Malta kif issemmiet fil-midja Ġermaniża. Intbagħtu wkoll regolarment traduzzjonijiet għall-Ingliz ta’ artikli Ġermanizi li kellhom x’jaqsmu ma’ Malta. L-istaff tal-Ambaxxata ħa sehem u rrapporta dwar diversi konferenzi u seminars ta’ interess kif ukoll ‘briefings’ li saru fil-Ministeri Ġermaniżi qabel/wara il-laqgħat Ministerjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħal FAC (Foreign Affairs Council), GAC (General Affairs Council), ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council), AGRIFISH (Agriculture and Fisheries) u l-JHA (Justice and Home Affairs Council). Barra minn hekk, membri mill-Ambaxxata attendew ukoll ċerti debriefings li saru wara laqgħat li kellhom il-kanċillier jew Ministri tal-Gvern Federali ma’ interlokuturi minn pajjiżi oħra. L-Ambaxxatur u l-First Secretary tal-Ambaxxata attendew diversi attivitajiet li saru f’Berlin li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea, li jinkludu dawk organizzati mill-Presidenza kemm dik Rumena kif ukoll dik Finlandiża tal-Kunsill tal-UE. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu il-preżentazzjoni tal-prioritajiet tar-Rumanija u tal-Finlandja għall-Presidenza rispettiva tagħhom u diskussjoni li saru fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Berlin, il-“working lunches” mogħtija mill-Ambaxxatur Rumen u l-Ambaxxatriċi Finlandiża fejn il-mistieden tal-unur ikun ministru federali, ministru tal-istat jew xi persuna distinta oħra, u attivitajiet kulturali. B’ħarsa ‘l quddiem lejn din is-sena (2020), l-Ambaxxata segwiet mill-qrib il-politika Ewropea tal-Ġermanja, peress li fit-tieni nofs tas-sena 2020 il-Ġermanja se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Fis-sena 2019 bdew wkoll l-ewwel diskussjonijiet dwar il-possibilita’ ta’ żjara ta’ xogħol tal-E.T. il-President ta’ Malta ġewwa l-Ġermanja. L-Ambaxxata kienet ukoll f’kuntatt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u mal-Bundestag (parlament) Ġermaniż dwar il-possibilita’ ta’ żjara mill-Grupp Parlamentari Malta-Ġermanja f’Malta iktar tard din is-sena. Il-mandat tal-Ambaxxatur Friggieri f'Berlin intemm fit-31 ta’ Diċembru 2019. Huwa għamel numru ta’ żjarat ta’ tislima lil diversi uffiċjali Ġermaniżi, fosthom fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Uffiċċju tal-President Federali. Fis-27 ta’ Novembru 2019, l-Ambaxxatur ġie mistieden għall-farewell lunch għalih ospitat mir-Rappreżentant Speċjali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż għar-Relazzjonijiet mal-Istati Membri tal-UE, l-Ambaxxatriċi Sybille Katharina Sorg. Hi irringrazzjat lill-Ambaxxatur Friggieri għall-koperazzjoni tajba u l-pariri siewja li kien ta lill-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin u istituzzjonijiet Ġermaniżi oħra matul dawn l-aħħar sitt snin, speċjalment il-mod kif spjega Malta lill-kontropartijiet Ġermaniżi tiegħu. Hija elenkat numru mill-kisbiet l-oħra tiegħu matul il-mandat tiegħu fil-Ġermanja, bħall-isforzi tiegħu biex turi Malta permezz tal-ħafna lekċers li huwa għamel madwar l-istati federali Ġermaniżi biex jagħmel lil Malta magħrufa fil-Ġermanja, il-parteċipazzjoni tiegħu f'diskussjonijiet pubbliċi kif ukoll permezz tal-attivitajiet kulturali, avvenimenti organizzati mill-ambaxxata. Waqt din l-ikla, l-Ambaxxatur Friggieri emfasizza r-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Ġermanja, kif wkol l-impenn ta’ Malta biex tippromwovi l-paċi u l-kooperazzjoni fil-Mediterran. Hu semma diversi eżempji bħall-parteċipazzjoni attiva tagħna fl-Unjoni għall-Mediterran / fis-Summits taż-¯ewġt Ixtut; fil-Fondazzjoni Anna Lindh kif ukoll f’inizjattivi speċjali, bħall-ewwel Arab-European Businesswomen Forum li sar Malta f’Novemberu 2019. Kummerċjali L-Ambaxxatur kompla bis-sensiela ta’ taħdidiet pubbliċi u laqgħat li ilu għaddej bihom għal żmien twil u li fihom jittratta aspetti varji tal-kultura, l-ekonomija u l-ħajja soċjali f’Malta u kuntatti bejn Malta u l-Ġermanja. Dawn l-attivitajiet komplew isiru, fuq medja ta’ 1-2 fix-xahar, kemm fl-Ambaxxata kif ukoll f’postijiet oħrajn barra Berlin. L-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet huma li Malta ssir iktar magħrufa fil-Ġermanja (l-iktar f’dawk ir-reġjuni fejn s’issa ftit hija magħrufa), u b’hekk jiżdied l-interess f’Malta biex jikber it-turiżmu, sabiex dawk li jattendu isiru jafu iktar dwar il-kuntatti li diġa jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi f’diversi setturi, jifhmu il-possibiltajiet ta’ “Doing Business in Malta”, u biex jiġu esplorati oqsma ta’ interess komuni. Eżempji: L-Ambaxxatur ta taħdita fil-belt ta’ Wittenberge, ltaqa’ ma’ 22 student tal-aħħar sena mill-Gustav Heinemann Oberschule u ma’ l-għalliema tagħhom qabel ġew Malta fuq żjara edukattiva, u kellu laqgħa oħra ma’ grupp mid-distrett ta’ Teltow-Fläming, inklużi persuni fil-kummerċ (fosthom sidien ta’ katina ta’ supermarkets) immexxija minn Danny Eichenbaum MdL deputat tas-CDU fil-parlament tal-istat federali ta’ Brandenburgu. Matul is-sena saru attivitajiet oħra ta’ dan it-tip, waħda f’ Ġunju fil-belt ta’ Köthen u oħra ftit iktar tard fil-belt ta’ Brandenburg an der Havel. Mhux l-ewwel darba li, wara dawn l-attivitajiet, jiġi ffurmat grupp biex iżur Malta jew jintwera interess f’xi qasam partikulari. Ngħidu aħna, fil-każ tal-grupp mid-distrett ta’ Teltow-Fläming, imsemmi hawn fuq, l-interess kien fi skambjar ta’ żgħażagħ għal skopjiet ta’ taħrig vokazzjonali - li diġà beda jseħħ. Fil-każ tat-taħdita f’Wittenberge, fejn hemm wieħed miċ-ċentri l-iktar attrezzati biex jitħarrġu l-għaddasa, l-interess kien f’Malta bħala destinazzjoni għall-għaddasa, settur b’potenzjal sinifikanti fil-Ġermanja. Fi Frar, l-Ambaxxatur żar il-“Handwerkskammer” (Chamber of Skilled Crafts and Trades) ta’ Hanover, waħda mill-ikbar kmamar ta’ snajja speċjalizzati fil-Ġermanja. Hemmhekk iddiskuta mal-President Wilhelm Steinmann u s-CEO Peter Karst diversi ideat dwar kif jistgħu jikbru l-kuntatti ma’ Malta, kemm bħala lok għall-manufattura ta’ ċertu prodotti kif ukoll fis-settur tat-taħriġ ta’ żgħażagħ fi snajja speċjalizzati. Bħala riżultat ta’ din iż-żjara, is-CEO Peter Karst ġie Malta f’April u ltaqa’, fost oħrajn, mal-Ministru Bartolo. Ta’ importanza kienet iż-żjara li għamel f’Malta ir-rappreżentant tal-“gtai” (Germany Trade and Invest). L-Ambaxxatur iltaqa’ ma’ dan ir-rappreżentant (Oliver Döhne) qabel ġie Malta, baqa’ f’kuntatt miegħu u għamillu l-appuntamenti neċessarji ma’ persuni li setgħu jagħtuh l-informazzjoni li xtaq (Malta Enterprise, Trade Malta, Bank Centrali, Chamber of Commerce, Industry and Enterprise). Ir-rapporti li jsiru mill-gtai (li hija aġenzija tal-Gvern Federali) dwar il-pajjiżi rispettivi huma kruċjali f’każ li investitur jew kummerċjant ikun qed jikkonsidra jinvesti jew jinnegozja ma’ pajjiż partikulari. Fir-rapport il-ġdid li ppublikat il-“gtai” din is-sena joħorgu ċari dawn il-fatti: il-qagħda b’saħħitha tal-ekonomija Maltija, ir-ritmu mgħaġġel li bih qed tikber, il-proġetti kbar ippjanati, u l-oqsma li investituri jew nies tan-negozju Ġermaniżi għandhom jikkunsidraw meta jħarsu lejn Malta. L-Ambaxxata tgħaddi lill-Malta Enterprise u istituzzjonijiet oħra f’Malta kuntatti jew talbiet għal informazzjoni minn persuni, kumpaniji jew aġenziji minn oqsma differenti li jistgħu ikunu ta’ interess. F’Settembru, waqt żjara f’Malta, l-Ambaxxatur iltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tan-Negozju Ġermaniż-Malti (German-Maltese Business Council). Preżenti kien hemm ukoll il-Kap tal-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali fi ħdan l-Ambaxxata Ġermaniża kif wkoll uffiċjal mid-Desk Kummerċjali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. L-Ambaxxatur akkompanja grupp ta VIPs mill-istat Ġermaniż ta’ Baden-Württemberg għal laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Promozzjoni ta’ Malta, diplomazija kulturali u diplomazija pubblika F’Jannar, l-Ambaxxata irranġat programm għal żjara edukattiva f’Malta minn 24 student mill-Berlin Campus - Stanford University taħt it-tmexxija tal-Professur Uli Brückner. L-Ambaxxata ippreparatilhom programm intensiv li kien jinkludi laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha il-President ta‘ Malta, viżita tal-bini tal-Parlament u laqgħa ma’ Mr Speaker Dr. Angelo Farrugia, u diskussjoni mal-Ministru Evarist Bartolo. Din kienet it-tieni darba li l-Ambaxxata ħadmet mal-Campus ta’ Berlin ta’ Stanford biex grupp ta’ studenti jżuru Malta; l-Ambaxxata kienet ikkordinat l-ewwel żjara fl-2015. Fuq stedina tat-tmexxija tal-“Europaschule” (skola Ewropea) Kinderakademie der Johanniter fil-belt ta’ Eberswalde fl-istat federali ta’ Brandenburgu, l-Ambaxxatur u l-First Secretary fl-Ambaxxata żaru l-iskola u tkellmu mal-għalliema u ma’ ħafna mill-istudenti fil-klassijiet tagħhom. Saret talba għal kuntatt ma’ skola Maltija u biex jinstabu pen-friends Maltin għat-tfal tal-iskola. Dan qed isir fi ħdan il-MEDE. L-istedina biex l-Ambaxxatur iżur l-iskola saret wara li ftit qabel hu kien għamel żjara uffiċjali, ta taħdita pubblika fil-belt u kellu laqgħat mal-awtoritajiet inkluż is-sindku u t-tim tiegħu. L-Ambaxxatur kien mistieden jieħu sehem f’diskussjoni – flimkien ma’ speċjalista dwar is-suġġett, ma’ membru tal-parlament Ewropew u flimkien ma’ professur tal-psikoloġija mill-Universita’ Humboldt – li saret f’ċinema ewlieni f’Berlin wara l-ewwel wirja tal-verżjoni Ġermaniża tal-film “The Erased Son” (titlu bil-Ġermaniż: ‘Der verlorene Sohn’). Il-film famuż jittratta il-problemi u t-tbatija li jgħaddu minnhom ġuvni Amerikan u l-familja tiegħu meta hu jiġi furzat jattendi kors ta’ “conversion therapy”. Malta kienet ippreżentata mill-organizzaturi bħala xempju ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’dan il-qasam, filwaqt li l-Ambaxxatur spjega s-sinifikat tal-liġi li tipprojbixxi din it-tip ta’ hekk imsejħa “terapija”. Grupp ta’ studenti flimkien mal-professuri tagħhom mill-Berlin School of Economics and Law (HWR) xtaqu preżentazzjoni dwar Malta, l-infurzar tal-liġi u l-korp tal-pulizija. Għal dan il-għan kellhom laqgħa fl-ambaxxata mal-Ambaxxatur u ma’ l-First Secretary. Wara s-suċċess li kellha laqgħa s-sena l-oħra, beda x-xogħol fuq żjara oħra ġewwa l-Ambaxxata ta’ 15-il student mill-istess skola u li fil-futur beħsiebom jokkupaw karigi għolja fil-pulizija, u fejn ic-Charge’ d’Affaires, a.i. se tagħti preżentazzjoni dwar Malta u l-infurzar tal-liġi f’pajjiżna. L-ambaxxata pparteċipat fl-Europa Lounge, organizzata mill-Rappreżentazzjoni tal-Istat Federali ta’ Baden-Württemberg f’Berlin, fejn, bl-għajnuna tal-MTA Frankfurt, ġew offruti ikel u xorb Malti filwaqt li Malta ngħatat pubbliċita’ b’diversi metodi. Kien hemm madwar 1500 mistiedna, inklużi rappreżentanti tal-politika, mill-mezzi tax-Xandir, mis-settur ekonomiku u l-korp diplomatiku. L-istaff tal-Ambaxxata wieġeb diversi mistoqsijiet dwar Malta. Permezz tal-Konslu Onorarju ġewwa Munich, l-Ambaxxata għenet wkoll billi offriet materjal promozzjonali dwar Malta kif wkoll xorb Malti għal avveniment li sar ġewwa Munich bejn numru ta’ konsli favur l-UE. L-Ambaxxata kompliet tkun involuta fil-laqgħat u l-avvenimenti tal-EUNIC (EU National Institutes of Culture) ġewwa Berlin. Fid-9 ta’ Mejju, l-Ambaxxata ipparteċipat ukoll f’avveniment ta’ qari ta’ ħrejjef Ewropej bil-Ġermaniż lil grupp kbir ta’ tfal minn skejjel primarji f’Berlin fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. L-Ambaxxata ħadet sehem permezz ta’ qari ta’ ħrafa Maltija li ġiet maqluba għall-Ġermaniż mill-istaff tal-Ambaxxata għal din l-attivita’. Fit-23 ta’ Mejju, l-Ambaxxata ospitat sessjoni plenarja tal-EUNIC bil-parteċipazzjoni ta’ 30 rappreżentant minn Istituti Kulturali Ewropej varji ġewwa Berlin. Matul din is-sessjoni, ġie elett l-ewwel Deputat Speaker (id-Direttur tal-Istitut Kulturali Ċek), u wara saret diskussjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti bħal dawk li jsiru matul il-Jum Ewropej tal-Lingwi (li l-Ambaxxata tipparteċipa fih kull sena). F’Settembru 2019, l-Ambaxxata pparteċipat fl-avvenimenti konnessi mal-Jum Ewropej tal-Lingwi billi tagħti żewġ “crash-courses” fil-Malti bażiku lil studenti f’żewġ skejjel primarji f’Berlin. L-esperjenza uriet li kemm it-tfal kif ukoll l-għalliema u l-ġenituri tat-tfal japprezzaw ħafna dawn it-tip ta’ attivitajiet. Tħejja wkoll kwiżż lingwistiku fir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fis-26 ta’ Settembru u l-Ambaxxata pproduċiet diversi mistoqsijiet dwar il-Malti għal dan il-kwiżż. L-Ambaxxatur kien mistieden jagħti taħdita fil-belt ta’ Adenau. Fost affarijiet oħra, huwa tkellem dwar il-kuntatti bejn il-belt ta’ Adenau u Malta. Dawn jinkludu kemm rabtiet storiċi – f’Adenau kien hemm kummenda (‘commandery’) tal-Ordni – kif ukoll kuntatti iktar reċenti. F’Adenau kienet twaqqfet lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet tas-seklu l-ieħor l-Għaqda Ġermaniża-Maltija (Deutsch-Maltesische Gesellschaft). Wara iktar minn 30 sena din l-għaqda għada ibbażata f’ Adenau u tagħmel xogħol ta’ fejda kbira b’risq il-ħbiberija bejn iż-żewġ popli, filwaqt li Adenau għanda ġemellaġġ mal-Mellieħa – l-iktar ġemellaġġ antik u attiv bejn post f’Malta u post fil-Ġermanja. L-Ambaxxata għamlet il-preparamenti kollha biex, flimkien mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u ma’ Ambaxxati ta’ pajjiżi oħra f’Berlin, tieħu sehem f’attivitajiet msejħa “Diplomacy for Sustainability” waqt il-Ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Sustainable Development Week). L-iskop kien li tigi inkuraġġita l-implementazzjoni tas-‘Sustainable Development Goals’ tal-Aġenda 2030. Il-fokus tal-avveniment organizzat mill-Ambaxxata Maltija kien SDG 14, speċifikament “il-ħajja taħt l-ilma” u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċejani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar bħala komponent ewlieni ta’ futur sostenibbli. Fil-fatt, fl-4 ta’ Ġunju, l-Ambaxxata organizzat f’sala ġewwa Berlin il-wirja tad-dokumentarju “Comino: Secret Paradise” bil-parteċipazzjoni tal-Ambaxxatur Malti għall-Oċejani il-Prof. Alan Deidun li ta lecture u wieġeb id-domandi li sarulu mill-udjenza. Is-sena l-oħra twaqqfet għall-ewwel darba l-preżenza tal-Ambaxxata fuq il-mezzi tal-medja soċjali (Twitter u Facebook), bil-għan li b’dawn il-mezzi tippromwovi aħjar lill-pajjiż, ix-xogħol li jitwettaq mill-Gvern, mill-MFTP u mill-Ambaxxata. Il-paġni tal-Ambaxxata bdew jiġu aġġornati fuq bażi regulari. Ambaxxata ħadmet fuq applikazzjonijiet sabiex torganizza avvenimenti kulturali f’Berlin, li imbagħad ġew approvati mill-Bord tal-Cultural Diplomacy Fund tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. L-avvenimenti li ttellew jinkludu serata ta’ żfin u mużika, msejħa “Diaspora” bil-parteċipazzjoni tal-kumpanija “Contact Dance Company”, taħt it-tmexxija tas-Sinjura Francesca Tranter u bil-parteċipazzjoni tal-kompożitur u perkussjonista magħruf Renzo Spiteri. Din is-serata saret fit-13 ta’ Ġunju fit-Theater am Aufbauhaus fil-preżenza ta’ udjenza mdaqqsa li apprezzat ferm l-attività. Nhar is-26 ta’ Novembru 2019, ntwera l-film ‘Limestone Cowboy’ (Direttur u Produttur Abigail Mallia) fis-Sala taċ-Ċinema DelphiLux ġewwa Berlin, bil-parteċipazzjoni ta’ żewġ atturi Maltin, Davide Tucci u Paul Cilia. L-arranġamenti kollha loġistici, stediniet u koordinazzjoni saru mill-Ambaxxata. F’Settembru, l-Ambaxxatur ospita l-‘Malta Day Reception’ ġewwa Berlin, li għaliha attendew, fost oħrajn, membri tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, diversi Ambaxxaturi akkreditati għall-kapitali Ġermaniża, fosthom n-Nunzju Appostoliku u d-Dekan tal-Korp Diplomatiku l-Arċisqof Dott. Nikola Eterovic, il-Kap il-ġdid tal-Kummissjoni tal-UE ġewwa Berlin, Mr Jörg Wojahn, il-President tal-Assoċjazzjoni Ġermaniża-Maltija, is-Sur Christian Launer and s-Sa. Bettina Launer, ġurnalisti u ħbieb oħra ta’ Malta. Ġew organizzati wkoll receptions oħra fl-okkażjoni tal-‘Malta Day 2019’ mill-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Istat Federali ta’ Baden-Württemberg, Dott. Rainer Dulger, u l-Konslu Onorarju għal Malta għall-Istat Federali tal-Bavarja, Dott. Malik Englmaier. Permezz tal-kuntatti tagħha, l-Ambaxxata ppromwoviet b’mod attiv is-settur Malti tat-teknoloġija u diġitali, tant li rċeviet proposti sabiex Malta tkun nvoluta f’konferenzi u kongressi li jiġu organizzati fil-Ġermanja, fosthom il-hub.berlin, festival annwali tat-teknoloġija u n-negozju, organizzat mill-Bitkom, l-Assoċjazzjoni diġitali Ġermaniża, kif ukoll id-Digital State Congress, organizzat mill-Behördenspiegel. Konsultazzjonijiet interni fi ħdan l-awtoritajiet responsabbli f’Malta jinsabu għaddejjin. Il-First Secretary tal-Ambaxxata ġiet mistiedna sabiex tattendi għall-ewwel avveniment tal-proġett bl-isem ta’ “Germany International” fl-iskola Sekondarja Refik-Veseli, fil-preżenza tal-Ministru tal-Istat għall-Migrazzjoni, Refuġjati u Integrazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kanċellier Federali. Il-proġett joffri metodu ta’ tagħlim li jwassal edukazzjoni politika permezz ta’ kwiżż interattiv, u li jinvolvi l-possibiltà ta’ skambju animat mal-istudenti u jippromwovi t-tolleranza u l-fehim bejniethom. Matul il-kwiżż, l-First Secretary tal-Ambaxxata tkellmet dwar id-dijaspora Maltija fil-Ġermanja. F’Diċembru, ħarġet l-intervista li saret lill-Ambaxxatur Malti, Dott. Albert Friġġieri fil-ġurnal “Der Behördenspiegel”, li l-qarrejja tagħha huma l-ħaddiema taċ-Ċivil Ġermaniżi. KONSOLARI Matul ix-xhur kollha x-xogħol konsulari kompla bla waqfien sabiex ingħatat għajnuna lil ċittadini Maltin liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Ġermanja, kif wkoll lil Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Ġermanja u li jkunu jeħtiegu l-għajnuna, bħal meta jitilfu jew jinsterqilhom il-passaport jew ikollhom bżonn għajnuna medika. F’każijiet fejn persuni tilfu d-dokument tal-ivvjaġġgar tagħhom sar koordinament kontinwu mal-Pulizija Ġermaniża sabiex jinħarġu dokumenti ta' vjaġġar t'emerġenza fl-ajruporti stess, mall-Pulizija Maltija u d-Direttorat Konsulari tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Għajnuna ingħatat wkoll lid-dipartiment fil-Ministeru tas-Saħħa li hu nkarigat li jibgħat pazjenti għal trattament barra l-pajjiż, kif ukoll lill-pazjenti nfushom u lill-familjari tagħhom. F’każ partikulari, l-Ambaxxata pprovdiet għajnuna lill-familja ta’ ċittadin Malti li miet waqt żjara f’Berlin. Ir-ripatrijazzjoni tal-kadavru lura lejn Malta ġiet organizzata bl-għajnuna tal-Ambaxxata. Matul is-sena, l-ambaxxata għenet f’diversi każijiet ta’ ċittadini Maltin li ddaħħlu l-isptar waqt btajjel tagħhom fil-Ġermanja. F’każ partikolari ieħor, l-Ambaxxata tat kull għajnuna lill-familja ta’ pazjent ta’ nazzjonalità Maltija li ddaħħal fis-sala tal-kura intensiva ġewwa sptar fil-Ġermanja meta kien fuq btala. Dan sabiex jinkiseb ċertifikat provviżorju sabiex jissostitwixxi l-EHIC b’koordinazzjoni mad-dipartiment pertinenti fil-Ministeru tas-Saħħa. Baqa’ jinżamm kuntatt regulari mal-familja, id-Direttorat Konsulari, l-MFTP u s-sezzjoni ta’ Trattamenti Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa. Waqt xogħol ieħor ġewwa Munich, il-Konslu tal-Ambaxxata, flimkien mal-Konslu Onorarju tal-Bavarja (it-tnejn tobba) żaru lill-pazjent u l-familja l-isptar u tawhom is-sostenn tagħhom. Wara perjodu twil, il-pazjent ġie rritornat lura Malta permezz ta’ ambulanza tal-ajru. Ġiet ipprovduta informazzjoni dwar visa u rekwiżiti oħra dwar vjaġġar lejn Malta, ġew ipproċessati applikazzjonijiet għal passaporti u reġistrazzjonijiet ta’ żwieġ, servizz ta’ Kummissjonarji b’setgħa li jagħtu l-ġuramenti; talbiet għal informazzjoni dwar għajxien, xogħol u vjaġġar ġewwa l-Ġermanja u f’Malta. Kważi kull xahar saru wkoll talbiet għal informazzjoni dwar il-kisba ta’ tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan, dwar l-għotja tal-kunsens tal-ġenituri għal applikazzjoni għal passaport ta’ minorenni, wirt f’Malta, informazzjoni turistika, mistoqsijiet rigward riżultati ta’ awtopsja ġewwa Malta, il-bidu ta’ negozju f’Malta, liċenzji ta’ xogħol, u żwiġijiet f’Malta. It-tabella hawn taħt tinkludi statistika dwar numru ta’ servizzi konsolari li ġew ipprovduti mill-Ambaxxata Maltija matul is-sena 2019. Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid 18 Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-¯wieġ / Divorzju 4 Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza 3 Power of attorney / Prokura - Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti 4 Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament 4 Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport 47 Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati NIL Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi NIL Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta. 345 Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi NIL Xogħol konsolari ieħor: Ta’ kull xhar, l-Ambaxxata bagħtet lura lejn il-Ministeru numru ta’ passaporti u dokumenti ta’ residenza Maltin li kienu ntilfu u nstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet. L-Ambaxxata għenet wkoll diversi delegazzjonijiet Maltin li għaddew mill-ajruporti Ġermaniżi. F’Mejju intlaqgħu talbiet ta’ informazzjoni minn ċittadini ta’ nazzjonalità Maltija dwar votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Malta. L-Ambaxxata mexxiet talbiet għall-approvazzjoni diplomatika mill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex ajruplani tal-Forzi Armati ta’ Malta jkunu jistgħu jidħlu fl-ispazju tal-ajru Ġermaniż. L-ambaxxata kompliet tikkoordina flimkien mal-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati f’Malta r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu minn protezzjoni f’Malta – meta dawn jinstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet Ġermaniżi – sabiex b’hekk jiġu irritornati lura lejn Malta. Ingħatat ukoll għajnuna lill-Forzi Armati Maltin sabiex inkiseb il-permess sabiex jgħaddu munizzjon millitari mill-Ġermanja lejn l-operazzjoni konġunta tal-Frontex f’pajjiż ieħor. Għajnuna oħra li ngħatat tinkludi wkoll talba li ġiet mgħoddija lill-Identity Malta u l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jingħataw kampjuni ta’ Passaporti u Karti tal-Identità Maltin għal skopijiet ta’ taħriġ tal-Pulizija Ġermaniża fl-ajruport ta’ Munich u għal raġunijiet ta’ paragun f’każ ta’ skrutinju ta’ dokumenti. L-Ambaxxata rrappurtat lid-Direttorat Konsulari tal-MFTP dwar ta’ attakki jew inċidenti li saru ġewwa l-Ġermanja, bħal pereżempju l-attakk li sar f’sinagoga ġewwa Halle (ebda Maltin ma kienu involuti). L-Ambaxxata kkuntattjat il-membri kollha tad-Dijaspora Maltija li toqgħod il-Ġermanja u li hija magħrufa mal-Ambaxxata, sabiex tippromwovi l-Ħames Konferenza tal-Maltin li Jgħixu Barra.

Ministeru għall-Affarijiet Barrani u Ewropej – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni ġodda mal-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet u x’sejħiet pubbliċi hemm pendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għadiet ġew ingaġġati persuni ġodda f’dawn il-pożizzjonijiet: - 1 Project Officer (EU Funds) b’effett mill-15.01.19 - 1 EU Fund Officer b’effett mit-22.01.19 - 1 Senior Manager (People Management) b’effett mit-22.01.19 - 1 EU Security Communicator b’effett mill-01.03.19 - 1 Officer in Grade 6 b’effett mill-01.04.19 - 1 Officer in Grade 4 b’effett mill-01.04.19 - 1 Officer in Grade 10 b’effett mill-01.04.19 - 8 Second Secretary b’effett mit-13.08.19 - 1 Manager II (Situation Centre) b’effett mill-14.08.19 - 1 Manager I (People Management) b’effett mill-01.10.19 - 1 Junior Legal Officer b’effett mit-02.10.19 - 1 Manager II (Project Management) b’effett mill-04.11.19 Sejħiet pubbliċi pendenti: - Systems Administrator in the Office of the CIO - Manager II (Project Management) - Junior Legal Officer

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – persuni li ma baqgħux jaħdmu fil-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ma baqgħux jaħdmu taħt il-Ministeru tiegħu u li għaddew f’pożizzjonijiet oħra tul is-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 kien hemm 12 -il persuna li ma baqgħux jaħdmu ma dan il-Ministeru sabiex għaddew f'pożizzjoni oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12398, jista' l-Ministru jikkonferma li ma saret ebda investigazzjoni interna fil-Ministeru tiegħu biex jikkonferma li l-manipulazzjoni fuq il-page ta' wikipedia ma saritx mill-Ministeru tiegħu jew minn xi uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. interpellanta għat-tweġiba tal-PQ12460

Regolament UE 2016/1191 – miżuri għall-konformità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma’ Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11921 u jgħid x’ħidma kompliet issir tul is-sena 2019 u x’ħidma beħsiebha ssir tul din is-sena sabiex pajjiżna jottjeni siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Ġnus Magħquda — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11919 u jgħid x’inizjattivi komplew jittieħdu minn pajjiżna fil-Ġnus Magħquda tul is-sena 2019 u dan senjatament għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Konvenzjoni tal-Maltin – passi u programmi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi u x’programmi ġew preparati għall-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra f’Ottubru 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru waqqaf kumitat organizzativ biex speċifikament jieħu ħsieb jorganizza u jfassal il-programm tal-Ħames Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra, liema Konvenzjoni bit-tema: Keeping Connected, se ssir bejn is-6 u s-7 ta' Ottubru 2020. Barra minn hekk fis-17 ta' Ottubru, l-Ministeru bagħat u talab lill-Ambaxxati u l-Konsulati kollha Mlatin biex jiċċirkulaw stedina lill-Maltin u d-Dixxendenti kollha li jgħixu barra minn Malta biex dawn jirreġistraw l-interess tagħhom u jipparteċipaw fil-Konvenzjoni li jmiss. Jien infurmat li bħalissa l-Kumitat organizzattiv għaddej bl-aħħar tħejjijiet fuq l-abbozz tal-programm tal-Konvenzjoni.

Reġistru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi — lista’ ta’ organizzazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11883, jista’ l-Ministru jelenka l-organizzazzjonijiet li hemm sa issa, fir-reġistru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi skont l-art. 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515) kif ukoll, għal kull organizzazzjoni, il-pajjiż li huma stabbiliti fih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' organizzazzjonijiet li ġew inklużi fir-reġistru ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi skont Art. 10 tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515), inkluż f'liema pajjiżi huma stabbiliti tinsab hawn taħt. Lista ta' orgnaizzazzjonijiet mhux governattivi Maltin irreġistrati: 1. Maltese - Canadian Federation, Ontario, il-Kanada 2. Leħen Malta TV Program, Mississagua, Ontario, il-Kanada 3. Festa San Ġorġ Association of Toronto, Mississagua, Ontario, il-Kanada 4. Assoċjazzjoni Maltin fil-Belġju asbl - Brussell, il-Belġju 5. Maltese Community Council ta' New South Wales (NSW) l-Awstralja.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot ta’ astensjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fis-17 ta’ Diċembru 2018 għar-“Report of the Human Rights Council” (A/Res/73/152) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fis-17 ta' Diċembru 2018 għar-Report of the Human Rights Council (A/Res/73/152) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kif ivvota pajjiżna fil-5 ta’ Diċembru 2018 fil-“Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological and Toxin Weapons ” (A/Res/73/87) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018, fil Convention on the Prohibtion of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological and Toxin Weapons (A/Res/73/87) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-Unjoni Ewropea ħadet pożizzjoni komuni, fejn il-pajjiżi kolha tal-Unjoni Ewropea kżosponsorjaw ir-riżoluzzjonijiet inkluz Malta. Ir-Riżoluzzjoni ġiet adottata mingħajr vot.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018 fil-“Convention on the Prohibition of the Use of Nuclear Weapons” (A/Res/73/74) u “Reducing Nuclear Danger” (A/Rs/73/55) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intperellant li fil-vot li ttieħed fil-5 ta’ Diċembru 2018, fil-Convention on the Prohibition of the Use of Nuclear Weapons (A/Res/73/74) u Reducing Nuclear Danger (A/Rs/73/55) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u vvutaw kontra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12093, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

l-Informazzjoni għadha qed tinġabar