Għawdex u Kemmuna — Applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini f’Għawdex u Kemmuna li bħalissa huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li diġà ngħataw referenza (PA number, eċċ.), maqsuma raħal b’raħal? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet oħra li sa issa għadhom ma ngħatawx il-PA number f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-figuri mitluba.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Attachments:PQ 28224 - Pending and Invalid Applications in Gozo and Comino.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp fil-Gżira?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 84 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità tal-Gżira.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp fl-Imsida?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 105 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità tal-Imsida.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’San Ġwann?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 100 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ San Ġwann.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
In-Nadur, Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet fuq bankini
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27211, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26591 dwar xogħlijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq Xandriku, fin-Nadur u fi Triq San Duminku, fir-Rabat, Għawdex fejn ġie mwieġeb li 'l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet fuq il-bankini ta’ Triq San Duminku f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex,' jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex ser jitwettqu wkoll xogħlijiet fuq bankini fi Triq Xandriku fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27217.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet 6772 permess, frott ta’ deċiżjonijiet ta’ applikazzjonijiet għall-Ippjanar (PAs) li ttieħdu matul is-sena 2024.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
L-Awtorità tal-Ippjanar — Permessi għal żvilupp residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għal żvilupp residenzjali ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-mod ta’ kif tinżamm id-data fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, mhux possibbli li tingħata figura li tiġbor il-permessi kollha li jistgħu jinvolvu żvilupp residenzjali. L-Awtorità, iżda, tiġbor informazzjoni dwar permessi li jkunu jinkludu tibdil fin-numru ta’ units ta’ residenza fuq is-sit, jew bdil tat-tip ta’ residenza (eżempju tibdil minn maisonettes għal flats). Għalhekk qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka din l-informazzjoni.
Attachments:PQ 28444 - Residential Permits Issued in 2024.pdf
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28310, jista’ l-Ministru jgħid xi żvilupp hemm ippjanat fir-rigward tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’San Ġiljan mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Intepellenta biex tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Attachments:PQ 27279 - Permits Issued for PAs Approved 2013 - 2024 in San Giljan.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp fil-Gżira mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Attachments:PQ 27280 - Permits Issued for PAs Approved 2013 - 2024 in Gzira.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp fl-Imsida mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Attachments:PQ 27281 - Permits Issued for PAs Approved 2013 - 2024 in Msida.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’San Ġwann mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda (dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Attachments:PQ 27282 - Permits Issued for PAs Approved 2013 - 2024 in San Gwann.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’Tas-Sliema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 174 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ Tas-Sliema.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (
Full
), permessi dwar il-mertu (
Outline
), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (
Renewal
).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’San Ġiljan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 165 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ San Ġiljan.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex — Preliminary Market Consultation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-‘Preliminary Market Consultation’ li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar bit-titlu ‘PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex’, li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2024, u x’irriżulta? Jista’ jgħid ukoll x’inhu mistenni li jsir issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC), li ħarġet s-sena li għaddiet, kien li tinġabar iżjed informazzjoni dwar l-fattibilita’ tal-proġett propost. Issa li ngħalaq dan l-istadju, il-GRDA ressqet 'Outline Development Application' mal-Awtorità tal-Ippjanar. Huwa mistenni li tinħareġ offerta miftuħa ghall-konċessjoni fiż-żmien li ġej.
Rapport dwar l-iżvilupp f’Għawdex — Proposti mis-Sindki
Question
Fid-dawl li aktar minn 30 proposta kienu saru mis-Sindki kollha Għawdxin f’rapport ippreżentat lill-predeċessur tiegħu dwar l-iżvilupp f’Għawdex fil-bidu ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-proposti ġew attwati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-istat attwali tax-xogħol fuq kull waħda minn dawn il-proposti, u meta hu mistenni li jitwettqu? Jekk hemm proposti li ma ġewx aċċettati mill-Gvern, jista’ jgħid liema huma u x’inhi r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20214.
Għawdex — Triq li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali - Proċess ta’ esproprjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ esproprjazzjoni, u x’ġie mwettaq s’issa sabiex tinfetaħ it-triq li diġà hija schemed u li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u dan qabel issir il-parti l-ġdida li diġà ġiet iffurmata? Jista’ jgħid ukoll liema triq, meta tinfetaħ, se tagħti aċċess aħjar lir-residenti u lill-pubbliku inġenerali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi studjat jekk il-parti li jmiss tiġix esproprijata kif inhi diga skemata t-triq jew teħtieġx xi emendi sabiex tkun tista tagħti aċċess aħjar fuq triq l-Arċisqof Pace u l-parkeġġ li jagħti għall-isptar.
PA — Xogħlijiet li jistgħu jitwettqu matul il-proċess ta’ ħruġ ta’ permessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet jistgħu jitwettqu permezz tal-fondi differenti li jinġabru mingħand żviluppaturi madwar Malta u Għawdex matul il-proċess ta’ ħruġ ta’ permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27183.
Birżebbuġa — Wesgħa Carmelo Caruana - Permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet f’Wesgħa Carmelo Caruana, f’Birżebbuġa, u jannetti magħhom is-site plan, il-pjanta u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull permess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka s-sitt permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet f’Wesgħa Carmelo Caruana, f’Birżebbuġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’Tas-Sliema mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew, fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permissi dwar il-mertu (Outline), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
Attachments:PQ 27278 - Permits Issued for PAs Approved 2013 - 2024 in Sliema.pdf