Triq Ħal Warda, Ħ'Attard, — ċitazzjonijet bit-traffic camera
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijet bit-traffic camera li qiegħda biswit l-Iskola Tumas Dingli fi Triq Ħal Warda, Ħ'Attard, mill-1 ta' Jannar sal-30 ta' Marzu 2009, matul il-ġranet tal-iskola?
Jista' jgħid kemm jammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew f'pajjiżna karozzi li huma reġistrati f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri kemm kien hemm karozzi reġistrati f'xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea li inġiebu f'Malta mhux għax inxtraw, imma għax inkrew xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? X'inhi l-proċedura biex wieħed iġib f'pajjiżna b'titolu ta' kiri, vettura reġistrata f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li ċittadini tal-Unjoni Ewropeja għandhom il-libertà jivvjaġġaw minn pajjiz għall-ieħor tal-Unjoni Ewropeja bla xkiel. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dispożizzjonijiet tal-Att Dwar ir-Reġistrazzjoni u Liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur (Kap 368), speċjalment għall-artikolu 18, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Dwar l-Eżenzjoni mit-Taxxar ta’ Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, Regolament 5.
Jista' l-Ministru jispjega jekk fit-trasferiment tal-ishma tal-Gvern fil-Freeport lill-privat, baqax l-obbligu fuq il-Freeport li a spejjeż tagħhom jirrestawraw b'mod regolari l-pitch ta' Birżebbuġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni Enemalta — asbestos jew skart tossiku
Question
No question text.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma ġie esportat l-ebda asbestos jew toxic waste mill-installazzjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta, b’mod irregolari jew mingħajr il-permessi neċessarji.
Forsi l-Onor Interpellant qiegħed jirreferi għall-kwantita ta’ “flyash” li dwaru ħareġ “tender” biex jiġi esportat u li preżentement għadu Delimara sakemm joħorġu l-permessi għall-esportazzjoni mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ir-rapporti, l-istudji tekniċi li saru dwar it-triq ta' l-Għadira? Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ta' dawn ir-rapporti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li għandhom nies bi bżonnijiet speċjali fil-familji tagħhom u f'dan il-każ kif taġixxi l-Human Resources tal-korporazzjoni ma' dawn il-ħaddiema, jiġifieri tikkunsidrax li tħaddimhom b'ħinijiet flessibbli sabiex ikunu jistgħu jgħinu lill-membri tal-familja tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx statistika dwar kemm hemm nies bi bżonnijiet speċjali fil-familji ta' l-impjegati. F’każ fejn ħaddiem ikollu nies bi bżonnijiet speċjali fil-familja tiegħu, kull każ jiġi kkunsidrat fuq bażi individwali u jingħata s-sapport kollu neċessarju kif jippermetti l-Ftehim Kollettiv.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11676 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri ta' flus f'konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11681 u jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċifra ta' flus dovuti sa l-aħħar tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11871 u jara x'inhi r-raġuni għala l-fossa komunali tal-Baħrija mhux qiegħda titbattal b'mod regolari bil-konsegwenza li qiegħda tfur b'mod partikolari fil-weekends?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu iżda parti żgħira biss minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li Girdle Road, Żabbar, li llum hi triq użata ħafna, tingħata ftit attenzjoni peress li l-istat tagħha huwa diżastruż u ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti minn network ta' toroq fejn ser isir xogħol estensiv bħala parti mill-aċċess ġdid għall-proġett ta' Smart City.
Institute of Water Technology — Laboratory Division - leakages ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' leakages tal-ilma minn djar privati sena b'sena mill-2004 'l hawn? Kemm minnhom irriżulta lil Laboratory Division, Institute of Water Technology li kien ilma tal-vit, sena b'sena? Kemm minn tal-aħħar baqgħu ma ġewx riżolti sena b'sena, bis-sidien/kerrejja jibqgħu jirrapportaw il-leakage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11904 u jippreżenta lista kompluta li tidentifika kull ajruplan tal-klassi ‘microlight’ (kif definit fl-Annex II tar-Regolament Bażiku EC 216/2008) bil-lista turi għal kull ajruplan elenkat il-mudell jew marka, il-marki ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie rilaxxat iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie sussegwentatment maħruġ id-dokument imsejjaħ Permit to Fly għall-ewwel darba għal kull ajruplan fil-lista?
Jista' jikkonferma u jagħti raġunijiet preċiżi għaliex fil-każ ta’ l-ajruplan microlight reġistrat 9H-UMW uffiċjalment nhar l-24 ta’ Diċembru 2008, baqa’ ma nħariġlux il-Permit to Fly wara għaxar xhur minn mindu ġie reġistrat f’Malta u wara li nġieb Malta darbtejn f’April 2009 u f'Ottubru 2009 bl-iskop li jiġi spezzjonat mid-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili?
Jista' jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront tal-Airworthiness Manager tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili li ripetutament, kategorikament u mingħajr l-ebda raġuni valida irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari (9H-UMW) bħala parti mill-proċess sabiex jinħareġ il-Permit to Fly Certificate li għandu bżonn dan l-ajruplan sabiex ikun jista' jittajjar b’mod regolari minkejja li dan ilu wieqaf f’Malta għal tmien ġimgħat sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija.
Jien infurmat li matul l-2009 l-microlight in kwistjoni ingħata
Permit to Fly
temporanju darbtejn sabiex jinġieb Malta mill-Italja bħala parti mill-proċess biex eventwalment ikun jista jigi ċċertifikat fuq bażi permanenti.
Madankollu, l-
Permit to Fly
permanenti ma setgħax jinħareġ għax meta ġie l-ajruplan l-ewwel darba kien hemm problemi ta’ natura teknika u amministrattiva. Meta ġie t-tieni darba, il-bdot żvela li ma kienitx l-intenzjoni tiegħu li jibbaża l-ajruplan hawn Malta u għalhekk id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili ħass li kienu ser jinqalgħu ħafna problemi fuq is-superviżjoni tiegħu u fuq il-manutenzjoni tiegħu ukoll b’detriment għas-sikurezza.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninstab infurmat illi l-
Airworthiness Inspector
fl-ebda waqt ma irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari mingħajr raġuni valida.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-relief main tad-drenaġġ li għaddej mill-Imtarfa Bypass li jieħu d-drenaġġ ta' Ħad-Dingli huwiex jiffunzjona għax sal-lum għadu jkun hemm fawran tad-drenaġġ f'Wied ta' Għeriexem ir-Rabat kull darba li tagħmel ix-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema li qed jaċċenna għaliha l-Onorevoli Interpellant ġejja mis-sadd fil-mina li hemm f’tarf Wied ta’ Għeriexem. Il-Korporazzjoni bdiet ix-xogħol ta’ tindif f’din il-mina.
Jista l-Ministru jgħid għalfejn, filwaqt illi l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-tliet setturi tal-Malta Shipyards Ltd. – ossia Marsa Shipbuilding, Manoel Island Yacht Yard u shiprepair section – jinsab fi stadju avvanzat, il-proċess referibbilment għall-Marsa Super Yacht Services jinsab wieqaf u l-ebda deċizjoni għadha ma ttieħdet dwar l-offerti li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min huma l-individwi jew kumpaniji li jiffurmaw il-Melita Marine Group? Jista' jagħti informazzjoni dwar l-offerti rispettivi li saru sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kollha rikjesti mill-offerenti prospettivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11543 u jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11466 u jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.