Legislature:
Category:
Reset
Active:

Privatizzazzjoni tas-servizz bil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tas-servizz bil-baħar bejn Għawdex u Malta u lura kif mitlub mir-regoli tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess mitlub mill-Unjoni Ewropeja mhux proċess ta’ privatizzazzjoni imma proċess fejn toħroġ għal-Public Service Obligation fuq ir-rotta bejn Malta u Għawdex.

Enemalta — WSC - sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-Gvern lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-2006 ‘il hawn għall-elettriku, l-ilma u l-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Villaġġ tas-Snajja — postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet li l-Ministeru tiegħu kien qed ikollu mas-sidien tal-postijiet tax-xogħol u tal-ħwienet fil-Villaġġ tas-Snajja Ta’ Qali u x’se jiġri biex dan il-post jiġi rranġat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-konvenji tal-proġett ta’ Ta’ Qali ġew imġedda u estiżi sa l-aħħar ta’Ġunju 2011. Deċiżjoni finali fuq il-proġett ser tittieħed fix-xhur li ġejjin. Dan id-dewmien ġie kawżat mir-riżultati ta’ l-istudji li saru fuq is-sit u għalhekk qegħdin jiġu studjati soluzzjonijiet tekniċi biex tinstab soluzzjoni li tnaqqas l-ispiża tal-kostruzzjoni li f’xi każijiet jistgħu jkunu projbittivi għas-sidien.

distribution lines — effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm fir-realtà huma effiċjenti d-distribution lines u kemm jinħlew GWH ta’ elettriku fis-sena u x’qed jagħmel il-gvern biex inaqqas din il-ħela?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tat-technical losses fuq is-sistema tad-distribution hija estimata ghal 4.13% li tirriżulta fi 84GWH fis-sena. Din il-ħela tiġi kkaġunata minħabba (a) sħanat ta’ komponenti bħal cables u transformers u (b) produzzjoni ta’ electromagnetic fields . Enemalta qiegħda tnaqqas din il-ħela billi tinvesti f’ cables ġodda u infrastruttura u tinvesti f’low loss components .

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 5

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 5 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Air Malta — rotta mgħoddija lill-EasyJet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta tinsabx f’taħdidiet biex toħroġ mir-rotta ta’ Amsterdam u tgħaddiha lill-EasyJet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18155.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20443 u 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — talba għall-investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena lill-Malta Enterprise minn individwi, gruppi u kumpanniji lokali u barranin għal investiment f’Malta? X’investiment riedu jagħmlu? Kemm minnhom kienu approvati, meta se jibdew jaħdmu u kemm beħsiebhom jimpjegaw ħaddiema? Kemm mit-talbiet li saru kienu minn Maltin u kemm minn barranin jew minn Maltin u barranin? X’kienet l-għajnuna mogħtija mill-Gvern? Kemm kien l-ammont ta’ talbiet is-sena li għaddiet u fiex waslu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena il-Malta Enterprise laqgħet 34 applikazzjoni għall-proġetti ġodda (22 kumpaniji ġodda u 11-il espansjoni ta’ proġetti eżistenti). Minn dawn 16 ġew approvati, u tlieta għadhom qed jiġu evalwati. L-applikazzjonijiet ġew minn setturi varji inklużi l-manifattura, ħarsien tal-ambjent, ICT, teknoloġija, bioteknoloġija, crafts, arti u preservazzjoni. Minn dawn il-proġetti tlieta huma investimenti barranin filwaqt li 13 huma investimenti lokali. Dawn il-proġetti għandhom jimpjegaw 452 persuna fi żmien tliet snin. L-assistenza li intalbet tinkludi, art, fabbriki, u inċentivi oħra mogħtija mill- Malta Enterprise . Fl-2009 il- Malta Enterprise approvat 28 proġett. Minn dawn 15 qegħdin joperaw, 3 ġew irtirati, u 10 għadhom għaddejjin b’diskussjonijiet u preparamenti relatati mas-sit minn fejn ser joperaw. Ġew ukoll approvati 24 proġett taħt l- ERDF Small Start-ups grant scheme , liema kumpaniji jkunu bdew joperaw fl-aħħar 3 snin. Dawn qegħdin fil-proċess li jimplementaw il-proġetti proposti fl-applikazzjoni.

Fabbriki — ħaddiema - 4 day week

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel disa’ xhur ta’din is-sena kienx hemm fabbriki li talbu u fil-fatt bdew iħaddmu lill-ħaddiema tagħhom bil-4 day week? Jekk fl-affermattiv, kemm kienu l-fabbriki u l-ħaddiema u kienx hemm talbiet li minflok ma ntlaqgħu, ingħataw forma ta’ għajnuna mill-Gvern u minflok spiċċaw biex komplew jinvestu? Kif danakollu jipparaguna ma’ dak li ġara fl-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2008 sa llum il-Gvern laħaq ftehim ma' 15 –il kumpanija rigward assistenza biex jiġu salvati l-impjiegi minħabba l-effetti tar-riċessjoni. Ma’ dawn –il 15 kumpanija, il-Gvern ikkommetta għajnuna fil-forma ta’ għotja finanzjarja li tlaħħaq is-somma totali ta’ €8,489,520. Barra din l-għajnuna il-Gvern ikkommetta €1,137,500 f’forma ta’ garanziji u s-somma ta’ €2,255,775 fil-forma ta’ self b’imgħax baxx, u assistenza b’valur ta’ €10,491 bħala sussidju tal-imgħax fuq self.

kumpens lil familji fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji jew persuni li fuq isimhom jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma li kienu intitolati għal kumpens jew voucher fuq il-kont u dawn ma ħaduhomx jew ma ssarfux? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min ma setax jieħu dan is-sussidju minħabba li l-persuna li fuqha kien jiġi l-kont laħqet mietet u l-eredità kienet għadha ma nfetħitx?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara li nħarġu numru ta’ ċekkijiet li ngħataw bħala kumpens għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt lil numru sostanzjali ta’ familji, kien hemm xi familji li talbu lill-ARMS Ltd jew lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jinbidlulhom xi dettalji fil-kontijiet rispettivi tagħhom. Fost dawn it-talbiet, kien hemm talbiet biex jinbidlu n-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kont, u biex jinbidlu l-account holders peress li dawn kienu mietu u li allura nħarġilhom iċ-ċekk f’isimhom. Tajjeb li nfakkar ukoll li kif ħabbar il-Prim Ministru l-bieraħ, madwar 10,000 familja li ma kinux ingħataw il-kumpens peress li xi membru minn dawn il-familji jirċievi l-benefiċċju ta’ l-enerġija, issa se jirċievu dan il-kumpens ukoll. B’kollox se jkun hemm aktar minn 17,000 persuna li se jirċievu kumpens. B’hekk, il-Gvern ser ikun qed joħroġ kważi miljun ewro ieħor għal dawn il-familji.

Turbini jaħdmu bil-heavy fuel oil

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19795, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija parlamentari kienet waħda speċifika, għaldaqstant nitlob lill-Ministru jgħid liema turbini jaħdmu bil-heavy fuel oil u jagħti ukoll il-persentaġġ ta' effiċjenza ta' kull waħda minn dawn il-magni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żewġ power stations, iż-żejt (heavy fuel oil) jiġi maħruġ ġo numru ta’ boilers li jipproduċu steam fejn imbagħad jintuża biex jitħaddmu l-isteam turbines. L-ebda fuel oil ma jinħaraq fit-turbini. Il-boilers tal-Marsa huma konnessi ma’ steam header (pipe) komuni li jissuplixxi l-isteam turbines barra l-boiler u t-turbina numru 8 li huma indipendenti. Iż-żewġ boilers ta’ Delimara huma wkoll indipendenti u jissuplixxu lit-turbini separatament. Dan huwa ppreżentat fid-diagram li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-turbini tal-gass (combustion turbines) jużaw gas oil (diesel) u mhux heavy fuel oil.

ammont ta' investiment minn żoni kummerċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19903, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-investiment li sar u dan għal kull żona industrijali separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20494.

Trattament tal-ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq it-trattament kollu u l-metodi addottati sabiex jiġi ttrattat l-ilma tax-xorb qabel jasal għand il-konsumatur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilma li finalment jasal għand il-konsumatur jista’ joriġina minn żewġ sorsi, dak tal-pjan li minnu jiġi pproduċut madwar 46% u dak tar-Reverse Osmosis li minnu jiġi pproduċut madwar 54% bħala medja mill-2001 ‘il hawn. L-ilma tar-Reverse Osmosis jgħaddi minn diversi stadji ta’ desalinizzazzjoni fejn fl-aħħar tal-proċess jiġi injettat bil-“Chlorine” bħala disinfettant u finalment jiġi ippumpjat lejn ġibjun jew dirett għand il-konsumatur skont is-sistema tad-distribuzzjoni. L-ilma tal-pjan jiġi injettat bil-“Chlorine” direttament fis-sors minn fejn qed jitla l-ilma u wara jiġi ppumpjat lejn ġibjuni rispettivi, biex l-ilma jiġi mħallat ma’ dak tar-Reverse Osmosis qabel finalment jasal għand il-konsumatur. Il-“Chlorine” apparti l-użu prinċipali ta’ disinfettant, jintuża wkoll bħala indikatur biex jiġi żgurat ammont adekwat ta’ disinfettazzjoni f’kull stadju tal-proċess.

Għawdex — Impjant tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin ġie trattat ilma minn impjant li ġie stallat għal dan il-għan f'Għawdex (ION Exchange)? Jista' jgħid jekk jekk jeżistux impjanti simili għal Malta, hekk kif il-Gvern kien wiegħed fin-National Plan for the adoption of the acqui NPAA fl-2002? Meta ser jibda jiffunzjona dan l-impjant u b'liema teknoloġija ser jiġi mħaddem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

transfer tal-arloġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li jekk persuna jkollha post mikri lilha u tkun trid tagħmel transfer tal-arloġġ tad-dawl, din tintalab tħallas depożitu ta' €466? Jekk iva, jidhirlu li din hija somma qawwija ħafna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16992.

Dimming System for street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tender "Request for Proposals for a Dimming System for Street Lighting" ġie kkanċellat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ġiet ikkanċellata minħabba li l-offerti li saru kienu ogħla mill-fondi allokati għal dan il-proġett.

Malta Enterprise — Funzjonijiet li l-ħaddiema qed iwettqu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20486, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-funzjonijiet li dawn il-ħaddiema tal-Malta Enterprise qed iwettqu u kemm hemm f'kull qasam partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 1 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.