Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20707, 20433, 19731, 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20433.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq inkwatri li nxtraw fl-Uffiċċju tal-Air Malta fi Frankfurt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’Lulju ta’ 2010 l-Air Malta bidlet l-uffiċju rappreżentattiv tagħha ġo Frankfurt u b’din il-bidla il-kumpanija frankat €51,000 fis-sena. Bħala parti mill-kuntratt l-Air Malta ma ħalset xejn għar-rinovazzjoni ta’ l-uffiċju u negozzjat biex il-kera ma tiżdidx għal madwar 5 snin. L-uniku spiża li għamlet il-kumpanija kienet li xtrat 11-il stampa għal spiża totali ta €2449.89 għax il-ħitan kienu kompletament vojta u kellhom bżonn dekorazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Air Malta ma baqgħetx tixtri direttament dry stores bħal per eżempju toilet paper, sapun, kafe, tissues, garbage bags eċċ. għal fuq l-ajruplan? Jekk din kienet miżura biex l-Air Malta tiffranka l-flus, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa li għamlet fl-aħħar sena li l-Air Malta kienet responsabbli direttament hi u kemm kienet in-nefqa għas-sena 2009 meta ma kinitx l-Air Malta direttament li xtrat dawn id-dry stores?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2007 l-Air Malta għamlet kuntratt ġdid tal-catering b’kunċett differenti milli kellha fi snin ta’ qabel. Il-kuntratt kien jinkludi fih fost affarijiet oħra it-trasport tal-catering mill-kċejjen tas-supplier għal fuq l-ajruplan u lura u prezz fiss għad-dry stores kollha għal kull passiġġier. Fuq il-kuntratt totali l-Air Malta frankat ma €2 miljuni fis-sena fuq dak li kienet tħallas qabel. Dan jinkludi is-servizzi kollha tal-kuntratt il-ġdid komparat ma dak li kien isir qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fit-top management tal-Air Malta li akkumulaw aktar minn 100 ġurnata leave? Jekk iva, kemm hemm minn dawn u kemm għandhom leave akkumulat kull wieħed u fuq kemm snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-‘top-management’ tal-kumpanija għandu l-istess ammont ta’ leave bħal kull impjegat ieħor fil-kumpanija. Hemm ħames uffiċjali fit-top management li l-bilanċ tal-leave tagħhom huwa iżjed minn 100 ġurnata. L-ammont ta’ granet huma :-
109, 297, 264, 137 ,106
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta kkunsidratx li tixtri l-karozzi li jintużaw fuq l-airfield biss, minflok jikri u jħallas eluf ta' ewros fis-sena, meta dawn il-vetturi li jintużaw għal dan l-iskop jistgħu jkunu eżentati mid-dazju u b'hekk ikunu ffrankati l-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20634, 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20680, li għamilt dwar kif il-part-time employment hu inkluż jew integrat fiċ-ċifri, tal-gainfully employed magħtija fl-ecominic survey u l-istatistika dwar l-impjiegi ppubblikata mill-NSO, jista' l-Ministru jippreċiża jekk din l-istatistika tal-gainfully employed tinkludix iċ-ċifra tal-part-time employment bħala head count? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan hux qed jiġri ukoll għaċ-ċifra tal-part-time employment li ma jkunx l-uniku impjieg tal-persuna li għandhom impjieg part-time? Jekk le, jista' jgħid jekk iċ-ċifri tal-part-time humiex addizzjonali għaċ-ċifri tal-gainfully employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Il-part-time employment jinqasam fi tnejn: dawk li l-impjieg tagħhom huwa l-uniku impjieg, u dawk li l-impjieg part-time tagħhom huwa sekondarju.
L-istatistika tal-
gainfully occupied
f’Tabella 3.1 tal-
Economic Survey
, skont l-ETC, ma tinkludix il-
part-time employment
. Dan ifisser illi bħala
head count
, iċ-ċifri tal-
part-time
huma addizzjonali għaċ-ċifri tal-
gainfully occupied
f’din it-tabella partikolari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20793 u jgħid kemm kien hemm households li bbenefikaw mill-allowance tal-enerġija mħabbra fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm kien il-valur ta' l-inqas allowance li ngħata? Kemm-il household ingħatat allowance ta' inqas minn €100.00 u kemm ingħataw allowance ta' 'l fuq minn €100.00? Kemm-il familja ma bbenefikatx minn din l-allowance:
a) għax jikkunsmaw aktar minn 10,000 unit t'elettriku; jew
b) għax fuq il-benefiċċji soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’
accounts
li bbenefikaw mill-
allowance
tal-enerġija huwa ta’ 117,631. L-inqas
allowance
li ngħata kien ta’ €55. Kien hemm 53,170
accounts
li ngħataw
allowance
ta’ inqas minn €100, u kien hemm 64,461
accounts
li ngħataw
allowance
ta’ ‘l fuq minn €100.
Accounts
li ma bbenefikawx mill-
allowance
għax jikkunsmaw aktar minn 10,000
unit
t’elettriku kienu 3,892 u familji li ma bbenifikawx għax fuq il-benefiċċju soċali hu ta’ 24,994.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20660 u jgħid meta se jsir il-kuntratt finali biex ir-raba' li hija indikata separatament jgħaddi f'isem il-bidwi li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għalih u dan jiġi rikonnoxut fir-raba' li jaħdem hu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tar-raba’ li qed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Interpellant irid isir taħt l-Iskema tal-Qbiela li ġiet introdotta fis-sena 2000. F’din l-Iskema kien hemm ’il fuq minn disa’ t’elef (9000) applikazzjoni u s’issa saru tlett elef, mitejn u ħamsa u sebgħin (3275) kuntratt tal-qbiela f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern kien qed jipproċessa dawn l-applikazzjonijiet skont il-Kunsill Lokali pero ma kienx qed jipproċessa l-applikazzjonijiet li saru fuq artijiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt. L-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant, hija fuq art amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u allura ser tiġi proċessata aktar tard meta jerġa’ jmiss il-Kunsill Lokali fejn tinsab din ir-raba’.
Jista' l-Ministru jgħid liema ġurnali lokali jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri fit-titjiriet tal-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta? Isir xi ħlas għal dawn il-ġurnali lill-aġenziji li tipprovdihom? Jekk iva, kemm jiswew fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gazzetti fuq it-titjiriet ta’ l-Air Malta huwa provduti lill-linja ta’ l-ajru mingħajr ħlas mill-kumpanija illi tipprovdi s-servizz ta’ l-in-flight entertainment. Il-gazzetti offruti huma Times of Malta, Malta Independent, Malta Today, Nazzjon u Orizzont.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tiegħu li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20003.
Jista' l-Ministru jinforma kemm kien hemm impjegati mal-entitajiet pubbliċi f'Diċembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mal-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment f’Diċembru, 2009, kien hemm ħamest elef u wieħed u disgħin (5091) impjegat.
Ministeru għal Għawdex — Virements li saru taħt kull item of expenditure
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
House of the Four Winds mogħtija lil Bank of Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb separatament għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet:
B’liema mod ittieħdet id-deċiżjoni li l-Gvern jagħti s-sit ewlieni magħruf bħala House of the Four Winds lil Bank of Valletta?
Kien il-Gvern li għamel din l-offerta jew kien il-bank li għamel talba ghal dan is-sit?
Kemm hi stmata l-House of the Four Winds, u min għamel l-istima?
Kien hemm proprjetajiet oħra li kienu kkunsidrati u jekk iva, liema kienu?
Kemm hi stmata l-proprjetà tal-Bank of Valletta li se taqa' bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt?
Il-valur tal-proprjetà li ngħata bħala kumpens lill-Bank of V alletta huwa inkluż fl-istima ta' €80 miljun li l-Gvern ta għall-proġett?
Għaliex il-Gvern ma ħassx li kellu jiġi quddiem il-Parlament biex jgħaddi proprjetà pubblika prima bħal House of the Four Winds lil dan il-bank?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' din il-proprjetà?
Il-Gvern rabat b'xi mod lill-Bank of Valletta li ma jistax ibigħ din il-proprjetà lil terzi jew x'tip ta' żvilupp jista' jsir biha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-House of the Four Winds ġiet allokata lill-Bank of Valletta bħala post alternattiv għall-fond li l-Bank of Valletta kellu f’South Street, liema fond huwa meħtieġ in konnessjoni mall-proġett ta’ Bieb il-Belt. Ma saret l-ebda stima tal-bini magħruf bħala l-House of the Four Winds peress li dan inkera lill-BOV bl-istess kera, termini u kundizzjonijiet li dan kellu fuq il-fond ġewwa South Street.
Il-House of the Four Winds ingħatat b’allokazzjoni diretta skont id-disposizzjoni tal-Artiklu 3 tal-Att Dwar it-Trasferiment tal-Artijiet tal-Gvern (Kap 268) u skont il-provediment tal-klawsola 6 (e) (ii) tal-Iskeda annessa mal-istess Att.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt il-kundizzjonijiet li jirregolaw din il-kirja.
Il-Bank of Valletta ma jistax ibiegħ din il-proprjetà peress li dan igawdi biss titlu ta’ kirja. Kull żvilupp li jsir irid ikollu l-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet u tal-awtoritajiet konċernati, inkluża l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn ikun hemm il-bżonn.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19731, 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħlas mingħand raħħala u bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tigbor flus l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma permezz tal-Arms Ltd bħala ħlasijiet tad-dawl u l-ilma mir-raħħala u l-bdiewa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa minn meta bdiet topera s-sistema l-ġdida s’issa, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-27 ta’ Ottubru 2010, ġew miġbura 2535-il pagament f’total ta €1,737,568.44 minn konsumaturi li jaqaw taħt il-kategorija msemmija “Farms”.
Billi fuq programm li jixxandar is-Sibt filgħodu fuq ir-Radju RTK ingħatat l-impressjoni li l-kumpannija Gozo Channel se tiġi privatizzata, u billi tul il-programm diversi drabi saret sejħa ħalli jekk xi awtorità li kienet qed issegwi l-programm iċċempel ħalli tgħid x’se jiġri, u billi dwar l-istess dikjarazzjoni saru diversi telefonati, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern dwar din il-kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20759.