Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — Numru ta' persuni li joqgħodu ġo post
Question
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir fir-rigward tal-familja, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għalkemm għal bosta żmien marru jagħmlu l-ilment tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma baqa' jiġi ndikat li n-numru ta' nies li jgħixu fil-post huwa ta' żewġ persuni meta fil-fatt suppost għandu jiġi mniżżel li huwa ta' tliet persuni?
Żjetun — Triq il-President Anton Buttigieg - sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'żviluppi kien hemm biex tiżdied is-sigurtà fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun? Meta se jibda x-xogħol meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninstab infurmat li bdew xogħlijiet relatati ma’ istallazzjoni ta’ diversi pelican crossings tul it-triq imsemmija mill-Onorevoli Iinterpellant. It-tender għall-istallazzjoni ta’tabelli u sinjali ser jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għaċ-chart li qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li kull darba li jkun hemm konċentrazzjoni ta' trab iswed ikun hemm zieda fis-SO2 li ġej direttament mill-power station? Inoltre jista' jiddikjara x'kien l-istat tal-power station load u t-turbines load dwar dawn il-peaks tas-SO2 f'kull power station? Jista jiddikjara x'kienu r-records tal:
a)
load demand
u
supply
b) liema turbini kienu qed jitħaddmu u jintużaw fil-ħinijiet u l-ġranet imsemmija fil-paragrafu, li huwa indikat separatament, f'kull power station?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel għaxar xhur tal-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jgħid x'ihuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikunu rranġati kemm it-triq kif ukoll il-bankina li minn Triq il-Mediterran f'Pembroke tagħti għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex fit-toroq ta' dawn l-inħawi li jagħtu għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta jitwassal id-dawl elettriku minħabba li bħalissa meta jidlam ikun hemm dlam ċappa? Dan anke fid-dawl ta' attivitajiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin b'rabta mal-ftuħ uffiċjali tal-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' water taxis li ġew liċenzjati biex joperaw fil-portijiet tagħna? Minn liema portijet ġew liċenzjati biex joperaw? Kemm hu mistenni li joħorġu liċenzji għal dan it-tip ta' trasport matul iż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif jekk ġewx, jew hux ser jiġu stabbiliti xi rotot partikolari għal dan it-tip ta' servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territorjali Maltin? Minn liema portijiet huma liċenzjati li joperaw dawn l-opri tal-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — spezzjonijet fuq opri tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta, matul ix-xhur tas-sajf 2009, fuq opri tal-baħar li kienu fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn instab li kien hemm abbużi mil-liġijiet lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — vapuri bil-bandiera Maltija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta matul l-aħħar 12-il xahar, dwar inċidenti li jinvolvu vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm kien hemm vapuri taħt il-bandiera Maltija li fil-fatt talbu li jkollhom għajnuna mill-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — ksur ta' liġijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija ġew investigati minn awtoritajiet tal-port barranin u nstabu li qed jiksru konvenzjonijiet internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, fejn instab li kien il-każ? X'passi ttieħdu mill-awtoritajiet Maltin kontra s-sidien/operaturi ta' dawn il-vapuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili — air operators certificates
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' Air Operators Certificates li ħarġu mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili u li preżentament għadhom validi? F'kull każ, meta ħarġu l-ewwel darba dawn l-istess Air Operators Certificates? Kemm hemm kumpaniji Maltin u barranin, rispettivament, li huma rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6885 u 6603 u jgħid jekk jaħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-limitu ta' veloċità fit-toroq ikun stabbilit wara li ssir evalwazzjoni ta' kriterji, li jinkludu l-inċidenti ta' natura gravi u t-traffic counts fl-inħawi ta' fejn qed issir il-proposta għat-twaħħil ta' l-ispeed camera. Fi Triq tal-Barrani, din l-evalwazzjoni saret u l-limitu ta' veloċità ġie stabbilit għal-60 kph. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-limitu ta' veloċita' hu allura kkalkolat fuq bażi purament teknika biex tipproteġi ħajjet in-nies. X'naħseb jien mhux relevanti u ma nħossx li l-limitu ta' veloċità għandu jkun materja ta' deċiżjoni politika jew Ministerjali.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7748 u cioè: Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid: Kemm huma affidabbli dawn l-esperti? Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-ispeed massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa? Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hawn toroq f'Malta li l-ispeed permessibli tagħhom huwa aktar minn 70 KM fis-siegħa. Bħala eżempju hija l-bypass tal-Mrieħel li l-ispeed tagħha huwa dak ta' 80KM fis-siegħa.
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kumpanija BECOM, li għamlu studju estensiv fuq il-kundizzjoni ta' żewġ toroq arterjali prinċipali rotta nru.1 - Ċirkewwa sa Birżebbuġia u rotta nru. 6, Marsa sal-Belt, fl-2003 u 2004. Dawn iż-żewġ toroq arterjali ġew identifikati bħala parti mit-Trans European Network 2004.
Dawn l-esperti intgħażlu wara sejħa internazzjonali għall-offerti li saret fl-2002.
Dawn l-esperti għamlu surveys dettaljati ta' dawn iż-żewġ toroq u safety audits ta' diversi junctions ta' dawn iż-żewġ toroq li mbagħad ġew imqabbla ma l-istandards għal bini u disinn tat-toroq ta' l-ADT li huma Avviż Legali LN 364/2003, kif ukoll ma' specifications applikati fir-Renju Unit.
Wara dan l-eżerċizzju ġie ddeterminat l-ispeed ta' kull parti ta' dawn it-toroq, kif ukoll rakkmandazzjonijiet għat-titjib ta' toroq biex b'hekk tiġi mħarsa s-sigurtà tas-sewwieq u dawk kollha li jagħmlu użu minnhom.
Ministeru għall-Infrastruttura. Trasport u Komunikazzjoni — Mobile phones u fixed lines
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 ‘l hawn, l-impjegati li xi darba kellhom jew għad għandhom żewġ linji tal-mobile u/jew żewġ linji tat-telefon fiss kienu/huma il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi, s-Segretarju privat tiegħi u l-ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru, kif ukoll iċ-Chairman, iċ-Chief Financial Officer u l-Financial Controller ta’ l-Enemalta.
Ninsab infurmat li l-ammont imħallas kull xahar mill-2008 sa Settembru 2009 kien kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Mininstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8675 u jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil kumpanija għas-servizzi li din tat lill-Gvern matul is-sena 2001 sas-sena 2009 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.