Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34738 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, tista' l-Ministru tgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #35124 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema trasferiti bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema minn dipartiment f'Malta għal Għawdex fl-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema dipartiment jew uffiċini f'Għawdex ġew trasferiti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35125 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati li laħqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena f'liema dipartiment kienu u kemm damu biex ġew ripjazzati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35126 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba intuża d-decompression chamber kemm ilha li ġiet istallata u tgħid x'tip ta' trattament ingħata fuq Maltin u barranin rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sad-29 ta' Mejju 2012, id-decompression chamber tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex intużat għal 56 trattament ta' 39 għaddas barrani, għal trattament wieħed ta' għaddas Malti, kif ukoll għal 464 trattament t'ossiġnu ta' 27 pazjent Malti.
Leg 11 PQ #35127 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Akkwist u kiri ta' vetturi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar akkwist u kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika x'dettalji trid u wkoll tispeċifika l-perjodu taż-żmien li għalih qed titlob din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #35128 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet tal-Mammogramm

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti li f'dawn l-aħħar xhur għamlu l-mammogram Għawdex iżda li nbagħtu Malta biex jiġi ripetut it-test?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda pazjenta li għamlet il-mammogramm Għawdex iżda ntbagħtet Malta biex jiġi ripetut it-test.
Leg 11 PQ #35129 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — konsulenti fl-outpatients

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun hemm konsulenti fl-outpatient tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm raw pazjenti kull wieħed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35180 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

informazzjoni dwar perita

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif il-perita li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament, li taħdem bħala perita mal-proġetti tal-Ministeru ta' Ghawdex hi wkoll il-perita privata tad-ditta Sqallija li qed jagħmlu ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella liema proġett hu tal-istess Ministeru? Ma taħsibx li dan hu konflitt kbir ta' interess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella qed jiġi implimentat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijier Rurali.
Leg 11 PQ #35181 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — triq maqlugħa

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li x-xogħol tat-triq imsemmija qed isir minn Transport Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #35203 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żjarat barra minn Malta minn uffiċjali Maltin

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35204 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żjarat li saru barra minn Malta ta' delegazzjonijiet Ministerjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta ta' delegazzjonijiet ministerjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35207 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rapport dwar strateġija marbuta ma' ħolqien tax-xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493, 29391, 29802 u 34768 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru issa wara li ilu seba' xhur li tlesta r-rapport, tgħid meta mistenni li jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernanti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34768.
Leg 11 PQ #35208 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Agro turiżmu għal Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34767 dwar agro turiżmu f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jkunu lesti l-proċessi biex jitfassal dan is-sett ta' rakkmandazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proċess imsemmi mistenni jiġi konkluż fix-xhur li ġejjin.
Leg 11 PQ #34510 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — triq maġenb l-istadium

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tkun lesta t-triq maġġura ta' maġenb l-istadium f'Għawdex? Tista' tgħid għaliex infetħet għat-traffiku meta din it-triq għadha mhix lesta? Għaliex inżebgħat bis-sinjali tat-traffiku meta wiċċ it-triq għadu ma sarx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li dan ix-xogħol qed isir mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #35083 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Lung Function Tests

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru lung function tests f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin u tindika l-etajiet u s-sess tal-persuni kkonċernati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34929 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

studju dwar il-kwalità tal-arja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-triq prinċipali sarx xi studju dwar il-kwalità tal-arja u l-impatt li t-trabijiet u dħaħen li qed jiġu ġġenerati fuq is-saħħa tal-bniedem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex m'għamilx studju kif imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 11 PQ #34946 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

żjarat li saru barra minn Malta — spejjeż

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #34947 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

żjarat barra minn Malta — spejjeż

Question

Tista' Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #35016 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett għall-upgrading tal-Operating Theather fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34641, peress li skont il-grant agreement il-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kellu jkun lest sa Marzu 2010 u mhux fl-aħħar kwart ta’ din is-sena kif qalet l-Ministru, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru għall-estensjoni ta’ sentejn u disgħa xhur biex jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tlestija tal-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ġiet estiża għall-aħħar kwart tas-sena 2012 minħabba li l-proċess tat-tendering irrikjeda li jiġi estiż iż-żmien. Kopja tat-talbiet għall-estensjoni hija annessa.
Leg 11 PQ #34925 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

għajnuna lil tfal b'challenging behaviour

Question

Peress li f'Għawdex qed tinħass sew il-ħtieġa ta' servizzi u premiss sabiex tingħata iktar attenzjoni u għajnuna lil tfal b'challenging behaviour u peress li ripetutament qed issir talba għal servizzi simili, tista' l-Ministru tgħid il-gvern x'qed jagħmel biex f'Għawdex ikollna dan it-tip ta' servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu diversi miżuri sabiex tfal b'challenging behaviour jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, riferiment tat-tfal lill-għalliema tal-learning zone, social workers, guidance teachers, school councillors u lill-Aġenzija Appoġġ. Tingħata wkoll għajnuna lit-tfal fuq bażi individwali.