Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arms Ltd — pakkett kollettiv tas-salajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett kollettiv tas-salajru, inċentivi u perkaċċi oħrajn li għandu l-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament bħala company secretary tal-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma' Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija taqdi l-funzjonijiet ta’ Segretarju tal-Kumpanija. Titħallas l-ammont ta’ €250 + VAT fix- xahar. Bħala parti mill-funzjonijiet tagħha din il-persuna tattendi għal-laqgħat tal-Bord kollha kif ukoll għal kull laqgħa oħra li tiġi msejħa tattendi.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 12

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 12 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 13 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 15

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 15 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 16

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 16 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

promozzjoni ta' Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance

Question

Billi huwa mifhum illi l-MFSA għandha biss rwol ta’ regolatur, jista' l-Minsitru jgħid min qed jippromwovi lil Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance? Jista' jikkonferma jekk dan ir-rwol huwiex f’idejn Finance Malta u jekk iva x’qed isir biex Malta tiġi mbuttata 'l quddiem bħala gżira b’potenzjal kif imsemmi fiċ-ċrieki tas-servizzi finanzjarji f’mod pro-attiv lil hinn mill-Guidance Note li ħarġet l-MFSA? Jekk dan mhuwiex il-każ, liema entità governattiva qiegħda tieħu ħsieb il-promozzjoni ta’ Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance?

Response (FENECH, TONIO)

L-MFSA m’hijiex l-entità li tippromwovi l-Malta bħala ċentru finanzjarju iżda, fost funzjonijiet oħra, għandha r-rwol li tiżviluppa l-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji skond obġettivi stabbiliti bil-liġi. Il-promozzjoni tal-prodotti u servizzi finanzjarji nfushom isir mill-operaturi, bl-għajnuna (fejn hu l-każ) tal-assoċjazzjonijijiet rappreżentattivi tagħhom u tal- Finance Malta, li ġiet imwaqqfa biex tiffaċilita l-promozzjoni u sservi ta’ ‘focal point’ għal inizjattivi li jistgħu jittieħdu f’dan ir-rigward.

Corporate Village — kumpaniji/consortia

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji/consortia li urew interess fil-Proġett Corporate Village, inkluż in-nazzjonalità tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni ġiet ippublikata fuq il- websites tal- Malta Enterprise u tal- Corporate Village : www.maltaenterprise.com www.corporatevillagemalta.com

proġett SR Techniques — full operation milħuq

Question

Jista’ l-Ministru li hu responsabbli mill-Malta Enterprise, jgħid meta se jkun milħuq il-full operation tal-proġett SR Techniques li ġie inawgurat fil-Karwija din il-ġimgħa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20603.

SR Technique — kwestjoni dwar storbju ta' magni tal-ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett tal-SR Technique itteħdux miżuri biex ikun imnaqqas il-livell ta’ storbju emanat minn magni tal-ajruplani li jkunu mantenuti fil-hangars? Kemm se jkun il-livell tal-ħoss bħala decibles? Jista’ jgħid jekk kienx hemm diskussjoni u konsultazzjoni mal-kunsilli lokali tal-madwar? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-Malta Enterprise wegħdet rikostruzzjoni ta’ xi toroq f’Ħal Safi u f’Ħal Kirkop talli l-operat seta’ joħloq xi inkonvenjenza permezz ta’ influss tat-traffiku? Jista’ jgħid jekk hux se jżomm mal-wegħda u meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq f’dawn iż-żewġ irħula?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-diskussjonijiet u l-ftehim li il-Malta Enterprise għandha ma’ l-SR Technics, ġie assikurat li l-ajruplani li ser ikunu qed jaħdmu fuqhom mhux ser jagħmlu high-powered engine run ups li jikkawża livell għoli ta’ storbju. Qed jiġi kkompilat manwal għall-operat tal-Aviation Park sabiex jiġu ikkonsolidati miżuri ta’ sigurtà dwar il-livelli tal-istorbju. Il-Malta Enterprise kellha wkoll diskussjonijiet rigward dan is-suġġett mal-Kunsilli Lokali tad-dawra fejn ingħataw l-ispjegazzjonijiet mitluba.

Arms Ltd — uffiċjali legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19991 u jgħid min huma l-uffiċjali legali ta’ Arms Ltd li qegħhdin joħorġu l-letters of warning? Dawn kienu jitħallsu? Qegħdin formalment fuq il-payroll tal-kumpanija? Min huwa l-company secretary ta’ Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19991.

Kummissjoni Ewropea — EU economic governance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni preliminari tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-EU economic governance?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

batteriji tal-electric stair lifts — VAT

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-batteriji speċjali li jintużaw għall-electric stair lifts għadhomx soġġetti għall-VAT u jekk iva, jistgħux jiġu eżentati minħabba fl-użu umanitarju li jservu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-batteriji speċjali li jintużaw għall-electric stair lifts huma taxxabbli. Id-Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropeja li fuqha hija bbażata l-liġi tal-VAT Maltija, ma tippermettix li dawn il-prodotti jkunu eżentati mill-VAT.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 8 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 9

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 9 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Ħad Dingli — Fireworks Depot - titolu tal-gvarn fuq l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-Gvern ta' Malta fuq l-art li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li fuqha l-Ministeru tiegħu qed japplika għal Fireworks Depot f'Ħad Dingli ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-records tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, jirriżulta li l-Gvern m’għandu l-ebda titlu fuq l-art imsemmija.

stallazzjoni ta' smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-infiq previst għall-proġett tal-istallazzjoni tal-ismart meters tħallas s'issa? Jista' l-Ministru jgħid għalfejn 32,000 smart meters biss kienu stallati s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l’infiq s’issa fuq il-proġett ta’ l-iSmart Meters huwa ta’ €19,658,359 u din il-figura hija skont il-payment plan hekk kif maqbul bejn l-IBM u l-Korporazzjonijiet tal-Enemalta u l-Water Services Corporation. Dan jinkludi; · Il- proġett u l-evalwazzjoni ta’ Small Scale Implementation · L-iSmart Meters installati (ċirka 38,000-il meter) · L-iSmart Meters li ġew ordnati u waslu fil-warehouse ta’ l-Enemalta (bilanċ ta’ 44,157-il meter preżentament fil-warehouse) · Il-Concenrtrators li twaħħlu fid-distribution centres · Ammont ta’ Personal Digital Assistants (PDA) għal min jinstalla il-meters · L-infrastruttura ta’ l-ICT relatata ma’ l-Automated Meter Management (AMM) · L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ l-ICT u l-AMM · Il-‘Probes’ u t-‘Transmitters’ għall-meters ta’ l-Ilma · Il-‘Roll-out Testing’ u l-commissioning ta’ l-iSmart meters u l-Probes ta’ l-ilma · L-integrazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-iSmart Meters għas-sistema ta’ l-SAP · Is-servizzi minn IBM u s-sapport ta’ ENEL B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-installazzjoni ta’ l- ismart meters tad-dawl bdiet bi proġett pilota f’Mejju 2009. F’din il-fażi tal-proġett twaħħlu ċirka 5000-il smart meters, bl-iskop li jiġu ttestjati l-proċeduri kollha għal-fazi finali ta’ wara, li tinvolvi l-bdil tal- meters kollha tad-dawl. Il-proġett pilota ġie konkluż fil-bidu tal-2010 u sussegwentament beda l- massive roll out biex jinbidlu il-kumplament tal- meters l-oħra. L-installazzjoni ta’ smart meters, miexja skont il-pjan imfassal, li għandu l-għan li jwassal biex il- meters kollha jinbiddlu fi żmien tliet snin.

infiq ta' flus biex jiġu salvati l-impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-2008 sal-lum kemm ġustament intnefqu flus direttament biex jiġu salvati l-impjiegi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20753.

Talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà li ġew rifjutati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20024, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba saret minn kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta' proprjetà u din ġiet rifjutata matul l-aħħar sena sal-aħħar ta' Settembru 2010? Liema u fejn kienu dawn it-talbiet li ġew rifjutati? Kemm-il talba għad-devoluzzjoni ta' proprjetà minn kunsilli lokali għadha pendenti? Minn liema kunsilli saru dawn it-talbiet li għadhom pendenti, u meta saru t-talbiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — informazzjoni dwar id-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi tal-Arms Ltd? Jista' jgħid fuq liema kriterji kienu magħżula dawn id-diretturi u x'inhuma l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li dawn qed jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Vjaġġi bejn Malta u Għawdex — vapur Malita

Question

Jista' l-Ministru jara li b'mod partikolari għal dawk il-vjaġġi li jsiru bil-vapur Malita, f'dawk l-okkazzjonijiet meta tant ikun hemm vetturi li l-vapur jgħabbi ukoll fuq il-livell ta' fuq waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u viċi-versa it-tgħabija tal-vetturi ma tibqax issir b'tali mod li min kien l-ewwel fil-kju jispiċċa biex joħroġ minn tal-aħħar minn fuq l-istess vapur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.