Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Baċir Nru 1 - proġett ta' reġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena se jibda l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-baċir Nru 1 f'Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Baċir Nru 1 f'Bormla jibda wara l-konklużjoni tal-istudji relattivi u l-ħruġ tal-permessi relattivi.

Żejtun — inħawi Ta' Brunġiel u l-Minżel - żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi mibdula kanna tad-drenaġġ li konsegwenza t’hekk qed ikun hemm żbroff tad-drenaġġ fl-għelieqi fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Brunġiel u l-Minżel fiż-Żejtun, hekk kif is-sistema tad-drenaġġ li tieħu minn Ħajt il-Wied lejn il-mina ta’ San Klement ma tibdiex tlaħħaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

testijiet għas-sewqan għal-liċenzja personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tas-sewqan għal-liċenzja personali fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom weħlu? Hemm xi perjodu ta’ żmien wara kemm jerġgħu jibagħtu għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena kien hemm 9539 Testijiet prattiċi tas-Sewqan li minnhom weħlu 5283. Il-perjodu ta’ żmien sabiex jerġgħu jibagħtu għalihom jiddependi mill-Iskola tas-Sewqan tagħhom però irid ikun hemm minimu ta’ tliet ġimgħat bejn test u ieħor.

Centre Strips u roundabouts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji tal-Public Broadcasting Services

Question

Jista' l-Ministrun jwieġeb mistoqsija parlamentari 11818 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma titħallasx iktar il-liċenzja tal-Public Broadcasting Services miċ-ċittadini? X'inhu l-parir legali li rċieva l-Gvern dwar il-validità ta' tali ħlas ta' liċenzja tal-Public Broadcasting Services vis-a-vis ir-regoli komunitarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Chief Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta? Kif u minn min tiġi assessjata? X’inhuma l-pagi taċ-Chief Human Resources Officer u taċ-Chief Technical Officer? X’inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li kollha jokkupaw il-karigi ta’ Chief Officers? Kif intgħażlet il-Public Relations Officer il-ġdida tal-korporazzjoni? Inżammet il-prassi tal-imgħoddi li jkun hemm ukoll call for applications interna? Il-persuna magħżula għandha kwalifiki fil-marketing u jew communications kif kien mitlub fil-call for applications esterna? Jekk iva, x’inhuma? Xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-Policy Manager, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-rigward tal-operat dirett tal-Eenemalta? Kemm ikollu say fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu fil-korporazzjoni nnifisha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power station — packaging tal-fly ash

Question

Jista' l-Ministru jassigura li r-residenti tal-inħawi li hemm kontrolli stretti fil-packaging tal-fly ash li jinġabar mill-power station tal-Marsa u li bl-ebda mod ma jista' jtir xi element minnu b'dannu għas-saħħa tar-residenti? Min huma l-kumpaniji li jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender? Min huma l-laboratorji Maltin li jagħmlu t-tests fuq dan l-iskart tossiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-mod kif qiegħed jinġabar il-flyash mill-Power Station huwa kkontrollat sew biex ma jkunx hemm ħrug tat-trabijiet. Fl-istess ħin li jkun qed isir il-ġbir tal-flyash isiru wkoll testijiet u monitoring tal-kwalità tal-arja. Dan ix-xogħol isir mill-kumpanija PT Matic li ngħataw il-kuntratt b' tender . It- tests isiru f'laboratorji minn pajjiżi tal-Ewropa bħall-Italja u l-Ingilterra u dan għaliex f'Malta m'hawnx laboratorji li huma attrezzati biex jagħmlu analiżi fuq il- flyash . Jien infurmat ukoll li għalkemm ikklassifikat bħala hazardous , il- flyash fil-fatt mhux tossiku.

Marsa Power Station — decomissioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża approssimattiva tad-decomissioning tal-Marsa power station?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li s'issa għad m'hemmx stima tal-ispiża approssimattiva u li din tkun tista' ssir b'mod aktar tajjeb meta l-pjan għad-decommissioning ikun approvat mill-MEPA.

Ħal Qormi — traffic lights fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri

Question

Jista’ l-Ministru japprova illi fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi jitwaħlu t-traffic lights peress li dawn huma traffikużi ħafna u jipprestaw periklu għal min jaqsam it-triq u għar-residenti ta' dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — tbattil ta' fosos ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12053 u jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu iżda parti żgħira biss minnu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru Pubbliku ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar 2007, 2008 u 2009: a) ipoteki legali b) noti ta' referenzi ċ) noti ta' ipoteka d) noti ta' insinwa e) noti ta' causa mortis f) ipoteki rinovata g) subbasti ġ) separazzjoni personali h) company notices ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati i) ammont totali ta' bejgħ j) ammont totali ta' tpartit k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u m) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Strategy Document dwar l-ICT

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-strategy document 2008-2010 dwar il-politika tal-Gvern dwar l-ICT? Jista' jgħid liema kienu l-miri milħuqa? Liema ma ntlaħqux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Triq Valletta - żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm ta' sikwit żbroff tad-drenaġġ fi triq Valletta, Qormi li qed jispiċċa fid-djar tan-nies, fosthom fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-iżbroff tad-drenaġġ fi Triq Valletta huwa riżultat ta’ żieda fil-volum fis-sistema tad-drenaġġ kull meta tagħmel ix-xita fosthom b'riżultat ta’ tbattil illegali ta’ ilma tax-xita minn bjut u btieħi. Il-Korporazzjoni għamlet studju fuq is-sistema u għandha pjan biex tirrimedja għal din il-problema.

Birkirkara — pajpijiet/kanen fuq il-bankina ta' Triq Vittorio Cassar

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jinforma dwar it-tmien pajpijiet/kanen kbar tal-ilma li ilhom mitluqa minn Marzu li għadda fuq il-bankina ta' Triq Vittorio Cassar kantuniera ma' Triq il-Ferrovija l-Qadima f'Birkirkara? Għal liema raġuni tħallew kemm dawk il-pajpijiet/kanen, preżumibilment mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xatt tas-Sliema, Rue d’Argens Gzira u Ta’ Xbiex — bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tliet bus sheleters li hemm fix-Xatt tas-Sliema, f'Rue d’Argens Gzira u dik ta' Ta’ Xbiex li huma fi stat tal-biki, speċjalment dawk li huma ġodda, isiru suret in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.