Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Impjant tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin ġie trattat ilma minn impjant li ġie stallat għal dan il-għan f'Għawdex (ION Exchange)? Jista' jgħid jekk jeżistux impjanti simili għal Malta, hekk kif il-Gvern kien wiegħed fin-National Plan for the adoption of the acqui NPAA fl-2002? Meta ser jibda jiffunzjona dan l-impjant u b'liema teknoloġija ser jiġi mħaddem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda impjant ta’ ion exchange maħsub u mwiegħed fin-National Plan tal-Acqui (NPAA) fl-2002, la għal Malta u lanqas għal Għawdex. Kien hemm biss impjant tat-trattament (polishing) tal-ilma għal Għawdex, liema impjant juża t-teknoloġija reverse osmosis. Qatt ma kien specifikat xi ħaġa simili għal Malta. Permezz ta’ dan l-impjant f’Għawdex, fl-aħħar 5 snin ġew trattati il-volumi ta’ ilma kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 18

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 18 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 19

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 19 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 20

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 20 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 21

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 21 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 22

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 22 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 23

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 23 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.

Laqgħat waqt il-break lill-ħaddiema tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx mitluba u ngħatawx permessi biex isiru laqgħat waqt il-break f'bini ta' dipartimenti, aġenziji, organizzazzjonijiet li jaqgħu taħtu bħal dik li ġew mistiedna jattendu għaliha l-impjegati tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Novembru 2010 fis-12.40 fil-Conference Hall fejn infurmawhom b'avviż li qed jingħata separatament? Peress li din hi materja ta' kontroversja politika marbuta mad-diskussjoni dwar id-dħul tal-liġi tad-divorzju f'pajjiżna, jaħseb li hu xieraq li fuq il-post tax-xogħol f'uffiċini tal-gvern isiru laqgħat bħal dawn? U jekk dawk kontra d-dħul ta-divorzju f'pajjiżna se jingħataw il-permessi għal-laqgħat mal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, l-istess permessi se jingħataw lil dawk favur id-dħul tad-divorzju f'pajjiżna biex jagħmlu laqgħat simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — performances bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu performance bonuses, jekk tħallsu il-membri tal-management tal-Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 19365.

CEO il-ġdid tal-Arms Ltd — informazzjoni dwar l-ingaġġ

Question

Peress li l-CEO il-ġdid tal-Arms Ltd, kien għadu jokkupa kariga maniġerjali fl-Air Malta meta tħabbar l-ingaġġ tiegħu mal-Arms Ltd, jista’ l-Ministru jgħid jekk: a) Din il-persuna rriżenjatx minn impjieg tagħha mal-Air Malta qabel ingaġġat ruħha mal-Arms Ltd; b) Jekk dan il-persuna rriżenjat, jista’ jagħti data ta' meta rriżenjat; ċ) Din il-persuna qed titlob li tingħata l-Early Retirment Scheme offruta lil impjegati tal-kumpanija, u jekk fl-affermattiv meta għamlet it-talba tagħha; u d) F’każ li saret talba f’dan is-sens, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pozizzjoni tiegħu fuq l-istess talba?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi; L-ingaġġ ta’ CEO ma’ ARMS Ltd. sar b’effett mill-14 t’Ottubru. Mill-istess data sal-31 t’Ottubru il-persuna ħadet leave tagħha mill-Air Malta. Din il-persuna rriżenjat mill-Air Malta b’effett mill-1 ta’ Novembru. Ma saret l-ebda talba għall- Early Retirement Scheme.

Arms Ltd — kwestjoni dwar ittra mibgħuta lil familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi dikjarata bħala rtirata l-famuża ittra llegali li l-Arms Ltd kienet bagħtet b’mod abbużiv lil mijiet ta’ familji? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minkejja li huwa wkoll f’dan il-Parlament qabel li għandha tintalab skuża bil-miktub lil mijiet ta’ familji li rċevew l-ittra abbużiva mingħand l-Arms Ltd, din il-kumpanija s’issa għadha ma ħaditx dan il-pass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — kwestjoni dwar ittra mibgħuta lil familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu rċevew l-ittra llegali mill-Arms Ltd u li kienu mhedda b’sekwestru jekk ma jħallsux il-kont fi żmien ftit jiem, fil-fatt marru l-Arms u ħallsu l-ammont dovut? Jista’ jgħid jekk dawn kenux ukoll ħallsu l-€12 imposti illegalment mill-Arms fuq l-istess persuni bħala ħlas għal ittra taparsi legali? Kif se jigu rimbursati dawk li diġà ħallsu t-€12?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

enitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi — dettalji dwar id-djun

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar id-djun li għandhom entitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi liema djun ma jidhrux fl-estimi tal-budget minħabba skuża teknika? Jista’ jgħid kemm huwa s-self li għamlu l-istess entitajiet, kumpaniji u agenziji biex iħallsu dan id-dejn u kemm qed iħallsu f’imgħaxijiet, kull xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern, f’każijiet bħal dawn, jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi ikunu jistgħu ibiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-iżviluppi dwar il-kaxxi tal-logħob? Meta se joħorġu il-permessi għall-ħwienet tal-kaxxi tal-logħob li huma pendenti? Kemm ilhom li applikaw? Kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti li qed jistennew li jinħarġilhom il-permess? F'liema lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.

Kont tad-dawl u tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga l-każ fejn persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fuq three phase meta d-dawl qiegħed fuq single phase ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19706, 18818, 18525, 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21656

kuntratt għar-raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt finali biex ir-raba' li hija indikata separatament jgħaddi f'isem il-bidwi li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għalih u dan jiġi rikonnoxut fir-raba' li jaħdem hu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20995.

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Diżabilità — kwestjoni dwar energy vouchers

Question

Peress li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Diżabilità (irreġistrata bħala Għaqda Volontarja 0156) infurmatni li membri tagħha għadhom ma rċevewx l-għajnuna kollha li ġiet imwiegħda lilhom f'ittra miktuba mill-Ministru fis-26 ta' Lulju 2010, jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se joħroġ il-ħlasijiet imwegħda minnu f'din l-ittra fejn wiegħed "Biex ikompli jitnaqqas l-impatt tat-tariffi, illum qed tirċievi, kif imwiegħed fil-bagit li għadda l-allowance li għandu l-għan li jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt fuq it-tariffi l-ġodda. Dan l-allowance qed jingħata skont id-daqs tal-familja. Kull familja se tingħata €30 u magħha jiżdiedu €25 għal kull persuna li hemm fid-dar. Il-Gvern qed jagħti wkoll energy voucher lill-familji li l-aktar għandhom bżonn biex ikollhom tnaqqis fil-kontijiet tagħhom."? Għaliex familji b'persuni b'diżabilità ġew esklużi mill-allowance, meta l-energy voucher joħroġ għal persuna waħda biss fil-familja u allura l-persuni l-oħra fil-familja ma rċevew l-ebda allowance minkejja li din ġiet imwegħda minnu fl-ittra tas-26 ta' Lulju 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20831.