B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30730, 33317 u 35626 dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ilhom 8 xhur jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti dwar il-Master Plan ta’ Marsalforn u sallum għadhom ma tlestewx? X’hemm iżomm it-tlestija ta’ dawn id-dokumenti? X’xogħlijiet huma koperti fl-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u se jsiru taħt it-tender li qed tiġi ppreparata? Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett għal din is-sena? Taħt liema Vot u Item ġew approvati dawn il-flus fl-Estimi Ġenerali għall-2012?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol biex jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti jinsab fi stadju avvanzat. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħlijiet huma koperti bil-permessi tal-MEPA. L-allokazzjoni għal dan il-proġett taqa' taħt il-vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma għandux entitajiet jaqgħu taħtu li ġew privatizzati.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35203 dwar breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012, tista' l-onor Ministru dwar kull żjara tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-GA 27 u GA 27A li hemm referenza għalihom fil-Post Travel Submission Forms?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li f'Għawdex ħlief l-SPCA mhemm l-ebda post li jintuża bħala shelter għall-annimali, tista' l-Ministru tgħid xi pjannijiet hemm għall-ħarsien tal-annimali f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġiet sottomessa pjanta għall-kunsiderazzjoni tal-MEPA wara li saru diversi diskussjonijiet bejn l-SPCA, il-Ministeru għal Għawdex u l-MEPA. Infurmata wkoll illi din il-pjanta ġiet ikkunsidrata mill-MEPA fil-'pre-submission stage'. Il-MEPA sussegwentement infurmat lill-SPCA li tali pjanta ma kinitx kunsidrata aċċettabbli u ssuġġeriet tibdiliet li jridu jsiru. Bħalissa dawn qegħdin jiġu kkunsidrati.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew isiru t-testijiet tas-sanità f'Għawdex stess peress li saħansitra biex isiru testijiet fuq l-ilma dawn isiru l-Evans Building f'Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-analiżi fuq l-ilma u ikel iridu jsiru f'laboratorju akkreditat u dan skont il-parametri stabbiliti fid-direttivi relevanti tal-Unjoni Ewropea.
F'Malta u Għawdex l-uniku laboratorju akkreditat għal dawn l-analiżi jinsab fil-kumpless Evans Building fil-Belt Valletta.
Peress li r-residenti ta' Triq Skerla, Sannat qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta se ssir il-manutenzjoni fuq din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li fil-Qorti t'Għawdex mhemmx generator u allura meta jinqata d-dawl ikun hemm problemi biex jitkompla x-xogħol, tista' l-Ministru tara li fil-Qorti t'Għawdex ikun hemm generator?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-qtugħ tal-provvistà tad-dawl fil-post indikat jiġri relattivament rari u l-ispazju fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex ma jippermettix li jiġi stallat generator tal-kobor adegwat.
Għalhekk preżentament huwa iktar aċċettabbli li meta jkun hemm bżonn jinkera generator.
Peress li r-residenti ta' Triq Bennejja, Xewkija, qed jilmentaw minħabba ammont kbir ta' trabijiet li qed ikun hemm fit-triq li qed ikun kaġun ta' ħafna attaki kbar ta' asthma fost ħafna familji, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għal Għawdex — entitajiet tal-internal audit
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li preżentament għandhom funzjoni ta' internal auditTista' tgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, tista' tgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma hemm ebda entità jew awtorità taħt id-dekasteru tal-Ministeru li preżentament għandha funzjoni ta' 'Internal Audit'.
Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onorevoli Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b'mod partikolari fejn ma hemmx 'Internal Audit' ad hoc, jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department'.
Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768 u 35207 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-aħħar ta' April 2012 diġà ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 35203.
Ninsab infurmata wkoll li ma saret l-ebda safra minn uffiċċjali tal-Ministeru fix-xahar ta' Mejju 2012.
Tista' l-Ministru tgħid meta se titwaqqaf asthma clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għalkemm ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex ma għandniex klinika tal-asthma, il-pazjenti li jbatu minn din il-kundizzjoni jingħataw kura mill-Konsulenti Mediċi jew Konsulenti tat-tfal, skont l-età li jkollhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm apparat nieqes mill-kċina tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll apparat bil-ħsara u li għadu ma ssewwiex u kemm ilu jistenna biex jisewwa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz tal-ikel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qiegħed fl-aħħar fażi biex jiġi mgħoddi lill-privat. Għalhekk kwalunkwe investiment fil-kċina qed isir fid-dawl ta' din l-eventwalità.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — equipment nieqes fil-kċina
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm equipment nieqes fil-kċina tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kif ukoll kemm makkinarju li huwa bil-ħsara u għadu ma ssewwiex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35895.
delegazzjonijiet ministerjali — spejjeż fuq żjarat
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012? Tista' l-Ministru dwar kull żjara tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A li hemm referenza għalihom fil-Post Travel Submission Forms?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-breakdown tas-safar mill-1 ta' Jannar 2011 sal-aħħar ta' April 2012 ingħatat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 35204. Ninsab infurmata wkoll li ma sar ebda safar minn delegazzjonijiet ministerjali fix-xahar ta' Mejju 2012.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-GA 27A taż-żjarat rispettivi.
Peress li fil-Qorti t'Għawdex hemm nuqqas ta' staff u dan allura qed ipoġġi pressjoni żejda fuq il-ħaddiema, tista' l-Ministru tgħid meta se jiżdied l-istaff compliment fil-Qorti t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li żewġ Deputati Reġistraturi ġew appuntati fil-Qorti tal-Maġistrati t'Għawdex riċentament. Wieħed beda u l-ieħor ser jibda fi żmien qasir.