Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Chief Officer Corporate Services - leave

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-Chief Officer Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta ntalab joħroġ bil-leave u għaldaqstant jgħid x'wassal biex ittieħdet tali azzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Chief Officer Corporate Services tal-Korporazzjoni Enemalta ma ntalabx joħrog bil-leave u għadu qed jaqdi d-dmirijiet u d-doveri tiegħu.

Malta Air Traffic Services Ltd — Radar Surveillance

Question

Peress li f'Marzu 2009 ġie ffirmat kuntratt biex tiġi istallata sistema ta' Radar Surveillance għall-Malta Air Traffic Services Ltd biex jibdew jintużaw minflok dawk preżenti li issa wara 15-il sena għamlu żmienhom, jista' l-Ministru jgħid: a) skont il-kuntratt, x'tip ta' radars inxtraw u meta suppost li kellhom jiġu delivered ; b) jekk dawn ir-radars għadhom ma ġewx delivered skont it-termini tal-kuntratt, x'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien; ċ) jekk is-sit fejn suppost għandhom jiġu istallati dawn ir-radars hux diġà ġie identifikat biex darba jaslu jkunu jistgħu jiġu istallati; d) dan id-dewmien fl-istallazzjoni ta' dawn ir-radars ġodda jista' joħloq xi tip ta' periklu għat-traffiku tal-ajru fl-approach tal-Ajruport; u e) bis-sistema antika li għandna bħalissa qegħdin konformi mar-regoli tal-Eurocontrol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Uffiċju tas-CEO

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Main Office Building tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Marsa, partikolarment fis-sular fejn għandu l-uffiċċju l-Kap Eżek utiv jirriżulta li hemm fire escape li jagħti għall-bejt flokk għas-sulari t'isfel, sistema sħiħa ta' cameras biex isegwi min se jidħol fl-uffiċċju tiegħu, sufan li meta jinfetaħ isir sodda, ħadida tal-mogħdija u ironing board , washing machine għal-lavanderija, dish washer , kċina lussuża, affarijiet li ġeneralment wieħed jassoċjahom ma' akkomodazzjoni aktar milli uffiċċju? Jista' jikkonferma li l-impjegati tal-istess Korporazzjoni, membri tas-segreatjat tal-Kap Eżekuttiv tal-istess korporazzjoni huma mistennija li jaħdmu ħinijiet irregolari jiġifieri mhux mal-ġurnata biss imma ħinijiet twal filgħaxija li meta wieħed jevalwa l-ammont tax-xogħol fl-istess segretarjat ma jidhirlix li dawn il-ħinijiet huma ġustifikati? Jista' jagħti dettalji estensivi kemm sewa l-uffiċċju tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta biex jiġi fornut b'kollox u jagħti lista itemized ta' dak li nxtara biex jgħammar dan l-uffiċċju u jgħid jekk jaħsibx li hija insensittiva ħafna din in-nefqa eżorbitanti fuq l-uffiċċju tas-CEO tal-korporazzjoni li qed toħloq tbatija kbira għall-familji u pensjonanti Maltin u Għawdxin bil-kontijiet tad-dawl li qed jirċievu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Rata tal-elettriku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20712, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rata tal-elettriku għall-konsum 'l fuq minn 10,000 KWh fiż-żona għar-residenzi? Meta daħlet din ir-rata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Power Station — sigħat mhux ikkunsmati

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Marsa Power Station kemm baqgħalha sigħat mhux ikkunsmati mill-20,000 siegħa allokati lilha b’seħħ mill-1 ta' Jannar 2008 taħt il-Large Combustion Plants Directive? Jista' jikkonferma li l-interconnector se jkun qed jopera sakemm dawn is-sigħat allokati kollha jiġu kkunsmati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-erba’ ċmieni tal-Marsa għandhom limitu ta’ 20,000 siegħa kull wieħed fejn ċumniju nru 1 fadlila 2955 siegħat, ċumnija nru 2 fadlila 5265 siegħat, ċumnija nru 3 fadlila 5155 siegħat u ċumnija nru 4 fadlila 2987 siegħat. Huwa ppjanat li l-impjant il-ġdid ta’ Delimara u l-interconnector se jieħdu post il-Marsa fiż-żmien stipulat mill-Large Combustion Plant Directive.

WSC — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-ilma (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għas-sena 2009 u kif proġettat għas-sena 2010 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.

Importazzjoni ta' prodotti agrikoli u laħam

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dwana żżommx informazzjoni dwar prodotti agrikoli, inkluż laħam li jiddaħħal fis-suq lokali? Jekk iva, kemm jirriżulta li ġie dikjarat laħam tal-majjal/tiġieġ fis-suq lokali, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

kuntratti ta' Public Private Partnerships

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti ta' Public Private Partnerships li qegħdin fis-seħħ partikolarment f'għoti ta' servizzi? Jista' jgħid kemm hu twil it-terminu ta' dawn il-kuntratti, id-data tal-iskadenza u l-metodi użati sabiex ikunu reklamati t-tiġdid jew l-għoti mill-ġdid ta' dawn il-kuntratti? Jista' jgħid min huma l-kuntratturi li jħaddmu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — Leasing tas-software għall-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20176, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u ċioe: jekk jikkonsidrax il-kuntratt għal-leasing tas-software ta' SAP bejn l-IBM u l-Korporazzjoni Enemalta bħala good value for money u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan il-ġudizzju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pompi msemmija fir-risposti tal-mistoqsija parlamentari 20658 għandhom kapaċità skond l-area minn fejn jinġabar id-drenaġġ li jwassal sa dik il-pumping station. Il-pompa tal-Pwales li tiġbor id-drenaġġ kollu ta’ San Pawl il-Baħar u tippumpjah lejn Għajn Znuber għandha kapaċità massima ta’ 300l/sekonda. Vide PL 5804 li tpoġġiet f'Seduta 280, nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru 2010.

Arms Ltd — servizzi ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20167, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi ġodda li hu proġettat li l-Arms Ltd se toffri lill-klijenti tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jkunu jistgħu jiġu offruti varji servizzi ġodda meta l-proġett ta’ IUBS ikun aktar avvanzat. Fost dawn is-servizzi hemm; 1. l-introduzzjoni ta’ budget billing fejn il-konsumatur jidħol fi ftehim biex iħallas ammont fiss fix-xahar għall-konsum tad-dawl u l-ilma; jekk jitħallas ammont żejjed jew nieqes għall-konsum attwali, dan jiġi kkreditat fil-kont jew jkun irid jitħallas fl-aħħar ta’ perjodu, skont kif miftiehem (eż. 6 xhur) 2. pagament bil-quddiem (“prepayment”) għal konsum tad-dawl 3. aċċess għall-konsum kull siegħa, kuljum, kull ġimgħa u kull xahar u konsumatur ikun jista wkoll jara l- consumption pattern tiegħu minn fuq l- internet . 4. Portal aċċessibli mill- internet li jippermeti lill-konsumatur li jaċċessa d-dettalji tal-kont kif ukoll jagħmel referenza għal-kontijiet u pagamenti marbutin mall-kont.

Arms Ltd — rapporti jew korrispondenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20168, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew korrispondenza jew pariri li wasslu għat-twaqqif tal-Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender ippublikat fil-11 ta’ Diċembru 2006 emfasizza t-trasformazzjoni tal-proċessi “meter-to-cash” u “customer care” b’mudell ta’ “outsourcing”. L-Enemalta u l-Korporazzjoni tas-Sevizzi ta’ l-Ilma, urew preferenza li dan l-operat jingħata lill-kumpanija internazzjonali li jkollha esperjenza f’dan il-qasam. Il-mudell kien jirrikjedi li din l-kumpanija tieħu responsabilta’ tal- proċessi u impjegati għal tul ta’ ħames snin. Minkejja din l-preferenza, l-ispiża ta’ ċirka €55 miljun, kienet għolja wisq u għalhekk l-Utilitajiet iddeċidew li jixtru s-sistemi ta’ l-ICT, iżda jibqaw responsabli ta’ l-operat u bl-għajnuna tal-kompetenzi ta’ l-IBM, jikkonsolidaw l-operat kollu tal-“ cash to meter” f’vejikolu wieħed. Ir-raġunijiet għaliex l-Utilitajiet fetħu kumpanija separata kienu: · Biex din l-kumpanija, għal ewwel sena, tikkonċentra speċifikament fuq l-implimentazjoni tas-sistemi tal-“ billing ” u l-“ customer care ”, u t-transizzjoni ta’ l-informazzjoni mis-sistema l-antika għas-sistema l-ġdida min-naħa ta’ l-Utilitajiet; · Konsolidazzjoni ta’ l-infrastruttura u ta’ l-operat tal-“meter-to-cash” u “customer care” taż-żewġ utilitajiet għandha tirriżulta f’tnaqqis ta’ spejjez billi tinqata duplikazzjoni ta’ rwoli u riżorsi li kienu jagħmlu impjegati taż-żewġ Korporazzjonijiet bħal eżempju l-“ credit control ” u l-“ customer care ”; · Is-servizz lill-konsumaturi għandu jitjieb meta dan jkollu “ one stop-shop service ” la darba ssir il-konsolidazzjoni; · L-kumpanija topera indipendentament mill-Utilitajiet, iggovernata minn “ service level agreements ”; · F’ambitu ta’ leġislajzzoni ta’ l-EU u is-segregazzjoni ta’ “ Retail and Supply for Electricity ” (għalkemm hemm deroga għall-pajjiżna) il-fatt li tinfetaħ kumpanija oħra huma mod iżjed trasparenti kif jitmexxa l-operat Id-deċisjoni li tinfetaħ il-kumpanija ittieħdet wara analiżi interna u diskussjonijiet li saru bejn il-maniġment taż-żewġ korporazzjonijiet u m’hemmx rapport speċifiku rigward dan.

Arms Ltd — job description għat-top management

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20169, jista' l-Ministru jgħid jekk tfasslux job descriptions għall-irwoli tat-top management li bħalissa qiegħed imexxi l-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk sarux sejħiet sabiex jimtlew dawn l-irwoli u jispjega xi proċedura ta' reklutaġġ intużat għar-reklutaġġ tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-management tal-ARMS ilkoll għandhom job description speċifika għal qasam tax-xogħol tagħhom. L-individwi kkonċernati kienu trasferiti għal ġol-ARMS mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma li huma ix- shareholders tal-kumpanija fuq bażi tal-kompetenzi tagħhom fl-oqsma rispettivi, liema konsiderazzjoni hija fattur importanti ħafna fl-implimentazzjoni tal-proġett, kif wkoll it-transizzjoni u t-transformazzjoni li jġib miegħu proġett ta’ dan il-kobor. Fil-każ tas-CEO li ġie ngaġġat b’effett mill-14 ta’ Ottubru, peress li din hija pożizzjoni ta’ fiduċja, il-metodu applikat kien dak ta ‘ direct appointment ’.

Dwejra — arblu li qed jaqa'

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li l-arblu, li jinsab fl-inħawi tad-Dwerja fuq il-pont u li miegħu hemm cables tal-elettriku u li jidher li qed jaqa', jitneħħa biex jiġu evitati l-perikli?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li saret jrriżulta li l-arblu msemmi miel lejn naħa waħda u li ser tittieħed l-azzjoni neċessarja biex dan jitranġa mill-aktar fis.

Mosta — Triq it-Tama - bini magħruf bħala l-Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-bini magħruf bħala Fortizza fi triq it-Tama, Mosta li għal numru ta' snin kienet mogħtija b'ċens għal residenza, taħt liema Ministeru taqa' bħala titlu? Taħt il-Ministeru responsabli mill-artijiet jew xi Ministeru ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

għajnuna għall-għoli tad-dawl u tal-ilma li ċerti households ma rċevewx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il household ilmentat li ma rċevietx il-pagament (allowance) bħala għajnuna one-off għall-għoli fit-tariffi tad-dawl u tal-ilma? Kif inhuma reġistrati li saru l-ilmenti jekk hux b'ittra, b'telefonata, jew bi żjara fl-uffiċċju tal-Arms Ltd jew f'xi entità governattiva oħra? X'inhi r-raġuni li ngħatat f'kull każ? X'inhi l-lokalità tal-households li ilmentaw? X'inhu t-total dovut lil dawn il-familji li jirriżulta li jkun sar żball mill-Arms Ltd fil-konfront tagħhom? Meta hu maħsub li l-households jingħataw dak li hu dovut lilhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20831.

inħawi tal-gondolier Tarxien — riħa ta' gass

Question

Jista' l-Ministru jara minn fejn ġejja u jekk jistax isib rimedju għar-riħa kbira ta' gass li qed ikun hemm fl-inħawi tal-Gondolier, Tarxien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

kont tad-dawl li ilu ma jintbagħat

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex kont tad-dawl u l-ilma ta' kopja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tirċievih minn Novembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20836 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar? X'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' rwejjaħ ta' drenaġġ li toħroġ fl-istess żona minn spuction li tinsab fi Pjazza Redent Gauci l-Fgura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interplellant illi rigward l-ewwel mistoqsija msemmija “tal-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar”, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-ilma titlob għal aktar spjegazzjoni, jekk hix problema marbuta mal-ilma tax-xorb jew xi ħaġa oħra. Il-KSI m’għandhiex rapporti ta’ problemi ta’ ilma tax-xorb. Rigward it-tieni mistoqsija, il-problema ġejja mid- discharge tal-pompi tad-drenaġġ tal-Marsa. Il-ħaddiema tal-KSI għamlu diversi tentattivi sabiex jissiġillaw il- manholes . Sadanittant, ser jerġħu jiġu ssiġillati il- manholes . Hemm ukoll xogħol propost ta devjazzjoni ta’ main sabiex tittaffa l-problema.