Legislature:
Category:
Reset
Active:

Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema Item of Expenditure huma mdaħħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Reġistru Pubbliku ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12420 u 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009: a) ipoteki legali b) noti ta' referenzi ċ) noti ta' ipoteka d) noti ta' insinwa e) noti ta' causa mortis f) ipoteki rinovati g) subbasti ġ) separazzjoni personali h) company notices ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati i) ammont totali ta' bejgħ j) ammont totali ta' tpartit k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u m) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Ħal Qormi — traffic lights fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12352 u japprova li fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi jitwaħlu t-traffic lights peress li dawn huma traffikużi ħafna u jipprestaw periklu għal min jaqsam it-triq u għar-residenti ta' dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Rabat — tbattil ta' fosos ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12418 u 12053 u jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu, iżda parti żgħira biss minnu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika f’iktar dettal għal liema fosos qed jirreferi.

Imtarfa — xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala t-triq li tagħti aċċess prinċipali fl-Imtarfa ikkrollat? Meta se jitlesta x-xogħol tal-irranġar tat-triq peress li din hi triq li tintuża ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Rabat — Għalqa ta' Kola

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq tan-naħa ta' ġewwa tal-car park il-ġdid tal-Għalqa ta' Kola fir-Rabat, tingħata wiċċ ġdid peress li tħalliet fi stat diżastruż u ta' periklu u inkonvenjent kemm għall-persuni kif ukoll għall-vetturi li jgħaddu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor Interpellant ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Dwal blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

B'referenza għat-twġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — sospenzjoni tal-provista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta u Ħal Lija — Tappieri tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir studju serju ta' x'inhi l-problema u kif tista' tiġi solvuta ħalli it-tappieri tad-drenaġġ fi triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għal Ħal-Lija u tibqa' sejra lejn B'kara ma jibqgħux jinqalgħu kull darba li tagħmel x-xita u t-toroq tagħna jispiċċaw kollha drenaġġ, barra l-perikolu li xi karozza tispiċċa taqa' ġo xi spazzju ta' tappiera li tkun inqalgħet minn posta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-KSI.

Tarzna ta' Malta — flus lejn il-pajjiż

Question

Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsija 10521 u jgħid kemm ġabet flus lejn il-pajjiż bix-xogħol li kienet qed tagħti bħala servizz lill-klijenti tagħha barranin li kienu jagħmlu użu mill-istess servizzi li kienet toffri t-Tarzna ta' Malta fil-perjodi ta' bejn 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000 u bejn l-2000 u l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xufiera tal-karozzi tal-linja — tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati jew maqbuda xufiera tal-karozzi tal-linja jpejpu waqt li kienu fuq xogħol, jiġifieri bil-passiġġieri preżenti, matul din is-sena li ninsabu fiha? X'passi ttieħdu fil-konfront ta' dawn ix-xufiera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ġew maqbuda 28 xufier tal-karozzi tal-linja ipejpu waqt li kienu fuq xogħol bil-passiġġiera abbord. Infurmat ukoll li dawn ix-xufiera ġew imħarrka skond kif titlob il-Liġi Sussidjarja 65.11 – Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur, Regolament Numbru 154.

Ħsarat ta' dawl fil-flat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12188 u jara li jitmexxa l-każ tal-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li hemm ħsarat fid-dawl tal-flat u għaldaqstant il-flat jinsab bla dawl u meta ċemplet lid-dipartiment qalulha li din is-sezzjoni spiċċat? Jista' jara li din il-persuna tiġi kkuntattjata biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara investigazzjonijiet li għamlet l-Enemalta irriżulta li l-ħsara in kwistjoni hija interna fil-flat li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant u għalhekk hija ta' natura privata.

Bini tal-parlament ġdid — pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-parlament il-ġdid? Meta huwa fil-ħsieb li jispiċċa? Kemm ġej jiswa flus? Jista' jgħid jekk sarx xi tibdil fil-pjanti wara li dawn rahom il-pubbliku jew jekk għadhomx dawk li oriġinarjament ġew preżentati l-ewwel darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-bini tal-parlament il-ġdid jibdew ftit xhur wara li joħroġ il-permess tal-MEPA - hu pproġettat li jdum anqas minn tliet snin. Il-budget li ffissa il-Gvern għall-proġett ta’ Bieb il-Belt, li jinkludi il-Parlament u t-Teatru, huwa ta’ 80 miljun Ewro. Il-proġett kif muri fil-pubbliku baqa l-istess fil-forma tiegħu

Żwieġ u separazzjonijeit ta' koppji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iżżewġu koppji bejn Jannar u Settembru 2009? Kemm isseparaw koppji fl-istess perijodu tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ koppji li ż-żwieg tagħhom ġie reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta bejn Jannar u Settembru 2009 kien ta’ 1729. In-numru ta’ separazzjonijiet li ġew reġistrati fl-istess perjodu tas-sena kien ta’ 372.

Air Malta — sospensjoni ta' purser

Question

Jikkonferma l-Ministru l-istorja li dehret fil-gazzetti ta’ nhar il-Ħadd li purser tal-Air Malta ġie sospiż u qed jiġi investigat dwar il-fatt li tella’ ż-żewg itfal tiegħu fuq titjira għal Catania mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet jew lill-kaptan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni Enemalta — complementary detailed feasibility study

Question

Billi fir-rapport dwar proposti għall-politika tal-enerġija, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ħabbar f’paġna 23 li l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tagħmel complementary detailed feasibility study li dakinhar kellu jitlesta dalwaqt dwar analiżi tal-optimum sizing u teknologija għall-interconnector ma' Sqallija flimkien mal-implikazzjonijiet prattiċi għal dawk li għandhom x’jaqsmu ma' stability issues konnessi mal-electricity interconnection, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ir-rapport tlestiex u jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li sar studju finanzjat mill-UE bejn l-Enemalta u Terna dwar il-feasibility ta’ l-interconnector bejn Malta u Sqallija. Dan l-istudju huwa proprjetà konġunta bejn l-Enemalta u Terna u allura l-Enemalta m’għandiex il-liberta li tirrilaxxah mingħajr il-permess tat-Terna.

Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12179, 11934 u 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Dredging fil-portijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-portijiet li fihom sar dredging matul l-2008 u l-2009 rispettivament? F'liema portijiet hu mistenni li jsir il-dredging matul l-2010? Kemm sewa f'kull każ, il-dredging li sar matul l-2008 u l-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex Imġarr — irmiġġ roro

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9041 u 9524 u jgħid jekk ingħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr, Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 9524