Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Ras il-Ħobż - drenaġġ fil-baħar

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10358 u 11990, jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill-Kamra li mhux qed ikun hemm drenaġġ li ma jasalx fl-impjant u jibqa’ sejjer il-baħar f'Ras il-Ħobż mingħajr ma jgħaddi kif suppost mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nassigura lill-Onor Interpellant li r-risposta li tajtu għad-domanda parlamentari 10358 hi korretta.

Toroq sekondarji mkissrin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi lista li permezz tagħha tkun tista' tgħid lokal b'lokal kemm hemm toroq sekondarji mkissrin jew tajbin? Jekk huma mkissrin f'liema stadju jinstabu? Jista' jagħti l-lista ta' toroq li huma sekondarji fil-Mosta u f'liema stadju jinstabu? Jista' jgħid ukoll kemm huwa stmat li trid flus biex issewwi t-toroq imkissrin li hemm fil-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li it-toroq jinqassmu f’erba' tipi – it-toroq arterjali, toroq distributorji, link roads u toroq residenzjali. Jista’ l-Onorevoli Interpellant jikkonferma għal liema minn dawn it-toroq qiegħed jirreferi?

Pjanċi TFI — sistema ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-pjanċi, TFI u numru, spiċċaw u issa daħlet sistema oħra minflokhom? X'inhi din is-sistema u minn meta bdiet tiffunzjona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mit-19 ta’ Ġunju 2009 meta persuna d’diżabilità tingħatalu xi tip ta’ eżenzjoni fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, tali vettura ma tingħatax pjanċa bl-ittri (TF) iżda l-persuna tista’ tagħżel li tieħu pjanċi normali jew personaliżżati.

Korporazzjoni Telemalta — skema tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żieda fil-kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens li se jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imħabbar fil-baġit, hux se jkun taxxabli?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min jieħu l-benefiċċji tal-enerġija hux se jkunu intitolat ukoll għall-kumpens imħabbar fil-budget marbut maż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

triq minn Ħaż Żabbar sa Smart City — stadju ta' ppjanar

Question

Peress li fid-diskors tal-budget issemmiet triq li tagħti minn Ħaż Żabbar sa Smart City, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji u jgħid f'liema stadju ta' ppjanar wasal dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT issottomettiet tliet applikazzjonijiet lill-MEPA fir-rigward tat-triq li minn Ħaż Żabbar se twassal għal Smart City. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu xogħol maqsum fi tliet fażijiet kif ġej: L-ewwel fażi: mill-Mina ta’ Hompesch sa Bieb is-Sultan, Żabbar - PA 0502/09. Din l-applikazzjoni tinvolvi realignament ta’ Triq il-Foss u upgrading ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa. It-tieni fażi: Bieb is-Sultan sa Triq Santu Rokku (ħdejn il-kunvent tal-kapuċċini), Kalkara - PA 0237/07. Din hija proposta li tinvolvi l-formazzjoni ta’ triq ġdida fir-raba’ u li bħalissa għaddejja mill-proċess tal-EIA. It-tielet fażi: mill-Kunvent tal-Kapuċċini sa Smart City - PA 0501/09. Din l-applikazzjoni tinvolvi upgrading ta’ Triq Santu Rokku u ta’ parti minn Triq il-Missjoni Taljana sad-daħla ta’ Smart City. Bħalissa, fuq talba minghand il-MEPA, l-ADT qed tħejji Master Plan għall-area kolha.

Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta — rati riveduti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rati riveduti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ntbagħtu lill-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal raraġunijiet li diġa spjegajt publikament, ma nistgħax nilqa’ is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11716 u ċioe : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal- capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq (road licence)?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu eżentat u xi jrid jagħmel biex jikkwalifika għal din l-eżenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Parking Bays

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parkingwara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Studju dwar il-bini l-ġdid tal-parlament

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha dwar l-alternative site studies li saru dwar il-bini prospettiv ġdid tal-parlament, bin-nefqa approssimattiva kkalkulata f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi ma għamel l-ebda studji dwar siti alternattivi għal-bini l-ġdid tal-Parlament għalkemm saru studji minn Ministeri oħra fl-2004.

problema ta' ilma fit-toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.