Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37214 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Micro Business Park f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Tista’ tgħid x’jonqos isir? Tista’ tagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Tista’ tgħid dan il-park kif se jitħaddem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #37181 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati fit-taqsima tal-kultura

Question

Tista' l-Ministru tispeċifika in-numru ta' impjegati li jaħdmu fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, liema hi l-nomenklatra (pożizzjoni li tokkupa) tagħhom, id-data tal-ħatra tagħhom u d-dmitijiet tagħhom ta' kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hemm tlieta u għoxrin (23) impjegat. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub, lista bil-pożizzjoni ta' kull ħaddiem, id-data tal-ħatra tagħhom fl-istess uffiċċju u d-dmirijiet tagħhom ta' kuljum.
Leg 11 PQ #37209 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi uman

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768, 35207 u 35747 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.
Leg 11 PQ #37210 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta' Santa Marija — kuntratti

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32793 fejn qalet li fil-futur qarib se jsiru l-kuntratti għall-bejgħ tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-imsemmija kuntratti issa sarux? Jekk saru, meta? Kemm il-kuntratt sar? Jekk ma sarux, xħqed iżomm milli jsiru? Meta mistennija li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32793.
Leg 11 PQ #37212 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordini biex jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz? Tista’ tgħid x’xogħlijiet saru s’issa fuq din it-triq? X’jonqos isir biex titlesta? Meta mistennija titlesta? Kemm hemm flus ivvotati għal din it-triq għal din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordni biex jinbdew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz. Ninsab infurmata li sa issa saret parti mis-service culvert tat-triq u jonqos li jiġi mċaqlaq cable tad-dawl, tinbidel is-sistema tad-drenaġġ u jinbnew is-saffi tat-triq. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħlijiet ma setgħux jitlestew minħabba diffikultajiet ta' aċċessibilità lejn ir-raħal ta' San Lawrenz u lejn id-Dwejra minħabba xogħlijiet oħra fl-Għarb. Din il-parti tat-triq mistennija titlesta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #36691 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — infiq fuq fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36901 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

safety shoes ġodda lill-ħaddiema tal-Public Works

Question

Peress li ħaddiema tal-Public Works f'Għawdex ilhom sentejn jitolbu li jingħataw saftey shoes għax dawk li ngħataw sentejn ilu mill-ewwel inqalgħalhom il-qiegħ, tista' l-Ministru tara li jingħataw dawn iż-żraben biex tiġi assigurata s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li wara li nħarġet offerta u ħadd mill-offeranti ma kien eleġibbli, inħarġet l-offerta mill-ġdid għax-xiri ta' dawn iż-żraben.
Leg 11 PQ #36968 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Taċ-Ċawla fir-Rabat - ilmenti fuq irwejjaħ

Question

Peress li r-residenti tal-inħawi ta' Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, fejn hemm iċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb qed jilmentaw minn irwejjaħ u anke għamlu ilment lill-awtoritajiet sanitarji iżda jidher li dan sar inutilment, tista' l-Ministru tara x'jista' jsir biex jiġi identifikat is-sors ta' dan l-inkonvenjent u jiġi indirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sar ilment mill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa f'Għawdex fit-3 ta' Ottubru 2012 dwar irwejjaħ minn għalqa il tinsab fl-inħawi taċ-Ċawla limiti tar-Rabat Għawdex. Minn stħarriġ li sar minn uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali fl-4 ta' Ottubru 2012 irriżulta li l-irwejjaħ kienu kkaġunati minn demel li ġie ddepositat f'għalqa bħala fertilizzant naturali. Nixtieq inżid li s-sidien tal-għalqa in kwestjoni kienu diġà ħadu l-passi meħtieġa biex jaħartu l-għalqa indikata u b'hekk jiġi eleminat l-inkonvinjent.
Leg 11 PQ #36969 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Marsalforn u Triq il-Kunċizzjoni - arja mniġġsa

Question

Peress li suppost Eko Għawdex anke indirizza l-kwalità tal-arja, peress li f'toroq bħal Triq Marsalforn fix-Xagħra, Għawdex u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala, Għawdex, ir-residenti jilmentaw minħabba arja mniġġsa li qed tikkawża ħafna ħsara lis-saħħa tal-bniedem, tista' l-Ministru tgħid x'qed isir mill-gvern biex titjieb il-kwalità tal-arja f'dawn it-toroq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, il-gvern, fost l-oħrajn, investa f'servizz ta' Trasport Pubbliku ġdid, offra sussidji għax-xiri ta' karozzi elettriċi, introduċa t-test tal-VRT għall-vetturi u offra skemi t'għajnuna biex jitneħħew vetturi qodma mit-toroq bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-arja. Barra minn dan, ninformak ukoll li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tmexxi programm ta' monitoraġġ tal-arja madwar Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #37017 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - Triq Mons. Ġużeppi Vella - asfaltar ta' triq

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 36619 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tgħid meta se tiġi asfaltata Triq Mons. Ġużeppi Vella, fil-Qala Għawdex peress li r-residenti ilhom snin twal jistennew li din it-triq issir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li nħarġet tender għall-asfaltar ta' din it-triq u bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti għal dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #36915 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — magni tal-kliewi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li pazjenti bil-mard tal-kliewi se jintbagħtu Malta għal kura li jkun jeħtiġilhom peress li l-magni tal-kliewi li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mhumiex jiffunzjonaw jew qed jiffonuzjunaw ħażin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm bżonn ta' manutenzjoni preventiva fuq l-impjant li jipproduċi ilma għal magni tal-kliewi u bħalissa qed isiru l-arranġament meħtieġa biex sakemm issir din il-manutenzjoni jinstabu mezzi alternattivi biex il-pazjenti jibqa' jkollhom dan is-servizz possibilment fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Leg 11 PQ #36974 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq l-Imġarr - parti mit-triq li nqagħlet

Question

Tista' l-Ministru x'inhi r-raġuni li Triq l-Imġarr, Xewkija li għadha kemm ngħatat it-tarmac, parti minnha reġgħet inqalgħet? Ma jidhirlix li dan hu ħela ta' riżorsi tal-poplu Għawdxi minħabba pjannar ħażin u mgħaġġel għax ġejja l-elezzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-proġett ta' Triq l-Imġarr huwa amministrat mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #36747 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra - Triq Marsalforn - rranġar ta' triq minħabba l-ilma tax-xita

Question

Tista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36424, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u ssa ġiet riferuta lilha u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Marsalfron fix-Xagħra Għawdex qed jilmentaw mill-istat ħażin tat-triq kif ukoll minħabba l-kumulu t'ilma li jkun hemm kull meta tagħmel ix-xita tant li r-residenti jkunu kostretti jibqgħu fi djarhom għaliex inkella jinġarru mill-wied tal-ilma kif ukoll ikun hemm ħsarat fil-proprjetajiet appuntu minħabba l-influss qawwi t'ilma, peress li l-Gvern ilu żmien wiegħed li din it-triq se tingħata l-attenzjoni meħtieġa iżda dan qatt ma seħħ, tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f'din it-triq kemm għal benefiċċju tar-residenti kif ukoll għal dawk kollu li jagħmlu użu minn din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq Marsalforn fix-Xagħra hija responsabilità tal-kunsill lokali ta' din il-lokalità, u għalhekk dwar manutenzjoni nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Dwar il-kumulu tal-ilma, it-tekniċi tal-Ministeru għal Għawdex ser jaraw x'inhi l-aħjar soluzzjoni skont il-gravità tal-problema.
Leg 11 PQ #36772 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - Triq il-Kunċizzjoni - għargħar

Question

Peress li r residenti tal-parti tal-bidu ta' Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala, qed jilmentaw li meta tkun ix-xita qed ikollhom inkonvenjent tal-għargħar, tista' l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet opportuni biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala hija responsabilità tal-kunsill lokali ta' din il-lokalità, minkejja dan, it-tekniċi tal-Ministeru għal Għawdex ser jaraw x'inhi l-aħjar soluzzjoni skont il-gravità tal-problema tal-għargħar.
Leg 11 PQ #36851 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Master Plans tax-Xlendi u Marsalforn — flus vutatati għall-proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 36043 dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dawn il-proġetti separatament għal din is-sena? Taħt liema Item ta’ nefqa ġew approvati dawn il-flus fl-Estimi Ġenerali għall-2012? Kemm intefqu flus s’issa fuq dawn iż-żewġ proġetti separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36043.
Leg 11 PQ #36107 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — serqiet rapportati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtha fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija fl-ewwel sitt xhur tas-sena jammonta għal tnejn.
Leg 11 PQ #36850 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Master Plans tax-Xlendi u Marsalforn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36034, dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dawn il-proġetti għas-sena finanzjarja 2012? Tista’ tgħid kemm intefqu flus s’issa fuq dawn il-proġetti? Mil-liema item ta’ nefqa ntefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36034.
Leg 11 PQ #36462 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ITS - stallazzjoni ta' CCTV

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġew istallati CCTV cameras fl-Istitut għall-Istudji Turiċtiċi fil-Qala Għawdex u tikkonferma jekk din is-sistema ġietx ridiretta minn fuq is-sistema tal-operatur għal fuq laptop personali? Jekk fl-affermattiv, intalab parir jew permess tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar dan? Tista' tgħid jekk kienx hemm ilmenti\rapporti dwar ksur ta' data protection?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-CCTV cameras ġew istallati fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex meta tlesta l-bini l-ġdid ta' dan l-Istitut. Din is-sistema hija aċċessata biss mill-Management tal-Istitut. Id-Direttorat fil-Ministeru għal Għawdex, responsabbli minn dan l-Istitut, id-Direttorat Customer Services, kien ħa ħsieb li jinnotifika lill-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data fuq l-eżistenza u l-installazzjoni ta' dawn is-CCTVs u dan kif titlob il-liġi. Fis-27 ta' Settembru l-ITS fil-Qala rċieva notifika dwar ilment li wasal fl-uffiċċju tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Leg 11 PQ #36618 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Chemo therapy - sala tat-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li ġiet identifikata parti mis-sala tat-tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex tibda tingħata l-chemo therapy? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid xi studji saru in partikolari dwar il-health and safety tal-pazjenti l-oħra f'din is-sala li huma tfal, f'każ li t-trattament jibda jingħata hemm hekk?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li parti mis-sala tat-tfal ġiet identifikata bħala waħda mill-postijiet fejn possibilment tista' tingħata l-chemo therapy. Deċiżjoni aħħarija tittieħed meta jiġu konklużi diskussjonijiet li qed isiru mal-professjonisti kkonċernati wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-aspetti kollha nklużi s-saħħa u sigurtà tal-pazjenti u tal-istaff.
Leg 11 PQ #36454 Sitting 504 2012-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Triq Ċetta Mintoff u Triq Manuel Dimech

Question

Peress li r-residenti tat-toroq Ċetta Mintoff u triq Manuel Dimech fir-Rabat, Għawdex għandhom problema ta' għargħar meta tagħmel ix-xita b'dan li r-residenti qed ibagħtu minn inkonvenjent; peress li biex tissolva l-problema irid isir proġett għaż-żona kollha; tista' l-Ministru tgħid kif din il-problema ta' għargħar se tiġi indirizza peress li r-residenti ilhom is-snin iġibu din il-problema a kunjizzjoni tal-awtoritajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet imsemmija se jsiru aktar 'il quddiem meta jkun possibbli.