Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji ġodda li fetħu f'Malta u Għawdex matul l-ewwel 6 xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm min dawn in-negozji li għalqu l-bibien għaliex ma sabux li kien jaqbilhom jkomplu bin-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 36
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 36 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-riposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 37
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 37 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 38
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 38 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 39
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 39 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 40
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 40 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 41
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 41 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'użu qed isir minn dak li kien il-bini tas-Sea Malta fl-inħawi tal-Port il-Kbir, wara li dan l-uffiċju m'għadux jintuża għall-iskop oriġinali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tassorbi nies il-kumpanija Arms Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tħaddem il-funzjonijiet li qabel kienu ta' dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa stmat illi l-complement ta’ ARMS Ltd għandu jkun ta’ circa 135 impjegat. ARMS Ltd flimkien mas-CBU qegħda fil-proċess biex tiffinalizza l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni qabel tibda tiddiskuti mal-Unions.
Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20702 u 20488 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk ezistenti sal-lum separatament?
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li beda l-proġett ta' smart meters x'inhu l-ammont ta' flus li s'issa ntnefqu jew se jintnefqu fuq xogħol ta' konsulenza? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol ta' konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal x’tip ta’ konsulenzi qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ kif iċċaqlaq il-prezz ta’ gallun petrol, gallun unleaded petrol, gallun diesel u gallun pitrolju, xahar b’xahar, minn Jannar 2000 sa’ Ottubru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingħata sena b’sena għall-perjodu mitlub u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
limiti taċ-Ċumnija fil-Mellieħa — ammont ta' drenaġġ
Question
JIsta' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' drenaġġ li bħalissa qed jasal fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fil-limiti taċ-Ċumnija fil-Mellieħa? Kemm minn dan l-ammont ta' drenaġġ qed jissaffa f'dan l-impjant u kemm qed jerġa' jintuża wara li jkun imsaffi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fil-limiti tal-Mellieħa fiċ-Ċumnija jittratta il-medja ta’ 2.97 miljun metri kubi ta’ drenaġġ fis-sena.
Dan l-ilma bħalissa mhuwiex qed jintuża wara li jkun msaffi minħabba li l-kwalità mhix tajba biżżejjed biex jerġa jintuża. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħalissa qiegħda taħdem fuq proġett u pjan sabiex dan l-ilma ittrattat jiġi utilizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' nies f'Malta li jħallsu sa l-inqas ċenteżmu ta' taxxa tad-dħul? Minn dawn in-nies kemm minnhom għandhom 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30 sena rispettivament ? Kemm hi l-medja tat-taxxa tad-dħul imħallsa skont l-etajiet imsemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi it-total ta’ 118,424 taxpayer ħallsu t-taxxa dovuta għas-sena bażi 2008 (li hi l-aktar sena riċenti li għandna l-informazzjoni sħiħa dwarha). Dawn jinkludu l-FSS imnaqqsa mill-pagi mħallsin lill-impjegati, kif ukoll il-ħlasijiet tat-taxxa proviżorja u dawk li jidħlu mas-self-assessment sal-aħħar ta’ Ġunju. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba.
fond imħabbar fil-budget — prezzijiet tal-qmugħ u ċ-ċereali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se jitħaddem il-fond ta €400,000 mħabbar fil-budget 2011 iddedikat sabiex jittaffa' l-impatt tal-prezzijiet tal-qmugħ u ċ-ċereali fuq ir-raħħala?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-riżorsi u affarijiet rurali.