Legislature:
Category:
Reset
Active:

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, sal-lum, in-numru ta' smart meters li ġew stallati s'issa madwar Malta u Gaħawdex? F'liema nħawi ta' Malta twaħħlu dawn il-meters? Meta hu mistenni li jkun hemm l-istallazzjoni ta' dawn il-meters f'Malta u Għawdex b'mod totali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’issa ġew installati madwar 6000 SMART meters f’dawn il-lokalitajiet: Partijiet mill-Belt Valletta, Gżira, Ibrag, Swieqi, Madliena, Mosta, Zebbug (Gozo), Mdina, Kirkop u l-Isla. Il-programm tal-installazzjoni tal- meters huwa ppjanat li jkun lest sal-aħħar tas-sena 2012.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex qegħdin it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm hemm cameras approvati li għad iridu jiġu stallati u fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — Riforma f'Regional Road

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12339 u ċioe: B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda tikkonsidra serjament li twessa’ Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ għadd ta’ residenti fl-inħawi u ċittadini oħrajn dwar il-fatt li ż-żona madwar ir-roundabout tal-gass fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Sliema Road, fil-Kappara huma postijiet fejn l-inċidenti tat-traffiku ma jonqsux? Fl-imgħoddi kien hemm saħansitra każijiet fejn vetturi skidjaw u telgħu l-bankina u anki faqgħu ċ-ċint tal-Korporazzjoni Enemalta, fost partijiet oħrajn. Sa ftit jiem ilu biss kellna mill-ġdid każ gravi fejn vettura telgħet il-bankina u nqalbet. Fiċ-ċirkostanzi, apparti mill-pjanijiet li għandu l-Gvern dwar il-Kappara Junction, tista' l-Awtorità dwar it-Trasport flimkien mal-kunsill lokali konċernat jaraw li jitqiegħdu crash barriers fuq iż-żewġ naħat ta’ Regional Road u Sliema Road u fuq is- central strips tal-istess toroq? Tista' tiġi introdotta sistema ta’ pelican lights biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu bla periklu? Jistgħu jittieħdu passi effettivi biex jiġi mrażżan sewqan eċċessiv f’dawn l-inħawi, kif ukoll li jiġu introdotti speed cameras bejn Kappara Service Station u r- roundabout tal-gass? Jirriżultali li dan l-ilment ilu jitressaq lill-awtoritajiet għal aktar minn ħames snin, iżda ninsab infurmat li minkejja dan kollu l-Awtorità dwar it-Trasport lanqas bagħtet acknowledgements lill-persuni li ressqu dawn l-ilmenti matul is-snin. Għal soluzzjoni ħolistika nemmen li l-Awtorità għandha tikkonsidra serjament li tfassal pjan flimkien mal-kunsill lokali konċernat u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12340 u jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom? Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dwal blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħamrun — xogħlijiet fi Triq Miggiani

Question

Jaf il-Ministru li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani il-Ħamrun in-naħa ta’ fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta’ erba' tarġiet u sabiex tiffaċilita l-bżonnijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħrog mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f’din il-kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Forti Delimara — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10620, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Test prattiku tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u għaddew mill-ewwel darba? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' persuni, f'dan l-istess perjodu li fil-fatt kien għadhom m'għaddewx wara l-ħames tentattiv tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u għaddew mill-ewwel darba kienu ta' 1726. F'dan l-istess perjodu in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u li fil-fatt kien għadhom m'għaddewx wara l-ħames tentattiv tagħhom kien ta' 104.

Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa biex jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fisher and Associates — possibilità ta' servizz roro bejn Għawdex u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Fisher & Associates lestewx l-istudju ta’ fattibilità (feasibility study) dwar il-possibilità ta’ servizz roro bejn Għawdex u Sqallija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma r-rakkmandazzjonijiet li ħarġu mill-istudju? Jekk għadu ma tlestiex, meta mistenni li jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istudju kif ukoll ir-rapport tlestew fis-sena 2007. Ir-riżultati kienu ġew ippreżentati waqt konferenza pubblika li saret l-Imġarr Għawdex f'Diċembru 2007.

Pompi tal-Fuels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pompi tal-fuel reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament fil-mument? Kemm minn dawn huma konformi mar-regoli/direttivi abbażi ta' dan il-ġeneru tal-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart meters fid-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża fuq l-istallazzjoni ta' smart meters? Jista' jgħid jekk il-konsumatur hux se jintalab iħallas biex ikollu smart meter stallat u jekk se jintalab xi ħlas, dan il-ħlas se jkun l-istess għal kulħadd? Meta huwa maħsub li jibdew jitwaħħlu dawn l-ismart meters? Meta huwa maħsub li jintemm dan il-proċess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Chief Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12266 u jgħid kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta? Kif u minn min tiġi assessjata? X’inhuma l-pagi taċ-Chief Human Resources Officer u taċ-Chief Technical Officer? X’inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li kollha jokkupaw il-karigi ta’ Chief Officers? Kif intgħażlet il-Public Relations Officer il-ġdida tal-korporazzjoni? Inżammet il-prassi tal-imgħoddi li jkun hemm ukoll call for applications interna? Il-persuna magħżula għandha kwalifiki fil-marketing u jew communications kif kien mitlub fil-call for applications esterna? Jekk iva, x’inhuma? Xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-Policy Manager, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-rigward tal-operat dirett tal-Eenemalta? Kemm ikollu say fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu fil-korporazzjoni nnifisha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Internal Audit function

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta, kienet ħarget call for applications pubblika għal Chief Internal Auditor f’Diċembru 2008. Għal dan ir-rwol il-Korporazzjoni irċeviet 7 applikazzjonijiet izda l-ebda applikant ma gie offrut dan ir-rwol. Għaldaqstant din il-pożizzjoni għadha battala.