Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex jitlesta language lab fil-kumpless Ninu Cremona ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiza matul din is-sena fuq dan il-language lab ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sit li kien identifikat biex jiġi kkonvertit f'language labma baqax disponibbli però dan il-proġett qed ikun inkorporat fil-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2013-2015.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ġibjuni ġodda f’Għawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi ppreżentata fit-tabella annessa.
Jiena nfurmata wkoll li nbena ġibjun fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija, liema ġibjun inbena minn Transport Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda f’Ghawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiza ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2012 inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda kif jidher hawn taħt:
Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, 880 metri kwadri bi spiża ta' €15,161;
Ġnien it-Tlett Għoljiet, Marsalforn, 2101 metri kwadri bi spiża ta' €77,134.
Ħitan li jkunu waqgħu jerġgħu jinbnew skont il-bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm– il wied tnaddaf f’Għawdex fl-2012 u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dax-xogħol ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li wara li sar tindif fil-widien fis-snin 2010 u 2011, it-tindif li jmiss, li jirrekjedi permessi u studji, huwa skedat għas-snin 2013 u 2014.
Xogħlijiet ta' estensjonijiet fit-toroq ta' Pinu u tax-Xlendi
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-estensjonijiet fit-toroq ta’ Pinu u tax-Xlendi ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq dan il-proġett ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-ħitan tal-estenzjoni tat-Triq ta' Pinu filwaqt li x-xogħol fuq l-estensjoni tat-Triq tax-Xlendi beda. S'issa l-ispiża fuq l-estensjoni ta' dawn it-toroq tammonta għal €114,614.45 (excl VAT).
Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-pixxina li se tinbena fir-Rabat Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li tkun lesta minn kollox biex tibda jintuża? Kemm huwa ikkalkolat li jkun in-numru ta’ persuni li jagħmlu użu ta’ din il-pixxina matul sena? Kemm mistennija li se tiswa? Mil-liema Vot se titħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s’issa sar dan li ġej fir-rigward tal-proġett tal-pixxina:
(a) Ġie ppubblikat u ngħata
tender for electrical and mechanical consultancy services.
(b) Ġie ppubblikat it-
tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium
u dan qiegħed fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni.
(c)
It-Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of the Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium
qiegħed fil-fażi preparatorja.
Hu mistenni li l-pixxina tkun lesta fis-sena 2014, u dan il-proġett hu stmat €6.2 miljun.
Minn analiżi li sar, huwa kkalkulat li din il-pixxina ser tintuża kif ġej:
o Waterpolo clubs ser jużaw din il-faċilità - 100% tal-membri
o Football clubs - 80% tal-membri
o Diviżjoni ta’ l-Edukazjoni - 50% ta’ l-istudenti
o Kumpless Sportiv t’Għawdex / Skola Sports - 100% tal-membri
o Sptar Ġenerali t’Għawdex - 20% tal-pazjenti
o Gruppi tal-fitness - 100% tal-parteċipanti
o Oħrajn.
Dan il-proġett ser ikun iffinanzjat minn fondi ta’ Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-Ministeru tpoġġew fuq roster din is-sena s’issa? X’inhu l-grad tagħhom u f’liema fergħa qegħdin jaħdmu? Fejn kienu jaħdmu qabel nagħtaw ir-roster? Min talab għar-roster f’kull każ u min approvahom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Tax-Xħajma - Korsa taż-żwiemel - talba għall-manutenzjoni fil-korsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fil-korsa taż-żwiemel li hemm f'Tax-Xħajma f'Għawdex mhemmx dawl, it-toilets jinsabu fi stat diżastruż, biex ma jingħalaqx u ħafna nuqqasijiet oħra? X'inhi r-raġuni li f'din il-kors taż-żwiemel qatt ma sar xogħol ta' manutenzjoni u titjieb? Ma taħsibx li tkun ħaġa tajba li nagħmlu track in-naħa ta' ġewwa għar-runners u għal dawk li jmorru jimxu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fis-sena 2008 sar xogħol ta' manutenzjoni fit-toilets li hemm fil-korsa ta' Xħajma. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-bdil tal-madum tal-art u tal-ħajt, sistema tad-drenaġġ ġdida u faċilitajiet sanitarji ġodda. F'Jannar tas-sena 2012 ġiet installata sistema ġdida ta' floodlights biex idawlu l-korsa ta' Xħajma u għadd ta' CCTV cameras.
Bħala parti mill-proċess ta' manutenzjoni u tisbieħ fil-korsa ta' Xħajma, din is-sena l-Kumitat organizattiv żied is-seating capacity b'xiri ta' seats ġodda. Sar ukoll xogħol ieħor ta' żebgħa u tibjid. Fil-perjodu bejn Diċembru 2011 u Jannar 2012, il-Ministeru għal Għawdex bidel ir-ramel tal-korsa. Riċentament sar xogħol ta' manutenzjoni fuq ir-ramel tal-korsa fejn inġab makkinarju apposta.
Riċentament saru diskussjonijiet mal-Kumitat tal-Gozo Horse Racing Association dwar proposta biex issir leisure area fiċ-Ċentru tal-korsa ta' Xħajma.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex mhux qed jitwettaq mill-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq Eko-Għawdex? Tista' tagħti l-breakdown ta' din l-ispiża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sal-aħħar ta' Ottubru 2012 l-ammont imħallas u li qed jiġi pproċessat biex jitħallas hu €2,444,248.90. Il-kumplament tal-fondi huma kommessi u ser jintużaw matul din is-sena 2012. Dawn il-fondi ntefqu kollha fuq proġetti u inizjattivi marbuta mal-Pjan ta' Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012.
Apparti dawn il-fondi stanzjati mill-Gvern, matul din is-sena kien hemm ukoll nefqa ta' madwar €625,000 li ġew mill-proġett Alter Aqua ffinanzjat minn Coca Cola Foundation.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37431, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tat-toroq kollha, mhux biss tat-toroq l-aktar urġenti li qed isiru x-xogħlijiet fuqhom jew li huma fil-proċess li toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet f’Għawdex, li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha li jridu jsiru u cioè jitranġaw u jinksew bit-tarmak? Tista’ tagħti din il-lista skont il-priorità kif stabbilità fuq il-gravità tal-qagħda tagħhom?
Ministeru għal Għawdex — aċċessibilità fl-uffiċini
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha li jridu jsiru u cioè jitranġaw u jinksew bit-tarmak? Tista’ tagħti din il-lista skont il-priorità kif stabbilità fuq il-gravità tal-qagħda tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-toroq l-aktar urġenti li qed isiru x-xogħlijiet fuqhom jew li huma fil-proċess li toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet huma kif jidhru fil-lista ta' hawn taħt:
Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz
Triq Sannat, Sannat (mill-pjazza sa fejn tgħaqqad ma’ Triq ix-Xewkija u Triq Marżiena u tinkludi water culvert)
Triq Għar Qawqla Marsalforn
Triq Ħanaq Nadur, Triq ir-Ramla u Triq Għajn Qasab
Triq it-Tiġrija, Nadur
Triq id-Dawwara u Triq Kerċem Victoria u Kerċem
Triq ir-Rumani, Xlendi
Parti minn Triq Bardan, Sannat
Triq is-Salini, Marsalforn
Triq Dun Ġużepp Vella, Qala
San Lawrenz — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37212 dwar Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet li saru/qed isiru fl-Għarb li minħabba fihom li xekklu x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli ma humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li x-xogħlijiet li saru fl-Għarb li huma relatati ma' din it-triq huma l-upgradingfi Triq il-Knisja u l-Pjazza tal-Għarb. Dawn tal-aħħar se jservu bħala toroq alternattivi waqt li x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli jkun qed isir.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 37213, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet ta’ tiswija li saru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn il-ħsarat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 32198 u 37213.
Tista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Min ħallas dawn l-ispejjes? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn l-ispejjes?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħsarat imsemmija fil-mistoqsija ġew irranġati mill-kuntrattur stess għas-spejjeż tiegħu.