Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 51

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 51 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 52

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 52 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 53

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 53 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kont tad-dawl u tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga l-każ fejn persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fuq three phase meta d-dawl qiegħed fuq single phase ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u se jsir tarrif survey fuq il-post biex jiġi żgurat x’tip ta’ meter għandha din il-persuna.

Vjaġġi bejn Malta u Għawdex — vapur Malita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20946 u jara li b'mod partikolari għal dawk il-vjaġġi li jsiru bil-vapur Malita, f'dawk l-okkazzjonijiet meta tant ikun hemm vetturi li l-vapur jgħabbi ukoll fuq il-livell ta' fuq waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u viċi-versa it-tgħabija tal-vetturi ma tibqax issir b'tali mod li min kien l-ewwel fil-kju jispiċċa biex joħroġ minn tal-aħħar minn fuq l-istess vapur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward il-vjaggi li jsiru bil-vapur Mv Malita nixtieq nikklarifika li l-proċess tat-tgħobbija ta’ dan il-vapur meta d-domanda tal-vetturi tkun qawwija, isir billi l-ewwel jimtela parti sostenzjali tal-garaxx, jitħalla spazju biex ikunu jistgħu jitniżlu l-ixkafef biex b’hekk tkun tista’ ssir it-tgħobbija tal-vetturi fuq il-livell ta’ fuq u wara li dawn jiġu mgħobbija jittelgħu l-ixkafef biex b’hekk aktar vetturi jkomplu jimlew l-ispazju li jkun baqa’ fil-garaxx. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni li f’ċertu okkażżjonijiet meta d-domanda tat-traffiku tkun qawwija minn naħa waħda (jiġifieri miċ-Ċirkewwa jew mill-Imġarr) u l-kumpanija tkun qegħda topera servizz ‘shuttle’ l-ixkafef jibqgħu mniżżla u ma jsirx tgħobbija fuqha minn naħa li ma jkunx hemm domanda ta’ xogħol sabiex b’hekk ikunu jistgħu jitgħabbew il-vetturi mingħajr dewmin u s-servizz ikun aktar effiċċjenti.

Talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà li ġew rifjutati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20937 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20024, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba saret minn kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta' proprjetà u din ġiet rifjutata matul l-aħħar sena sal-aħħar ta' Settembru 2010? Liema u fejn kienu dawn it-talbiet li ġew rifjutati? Kemm-il talba għad-devoluzzjoni ta' proprjetà minn kunsilli lokali għadha pendenti? Minn liema kunsilli saru dawn it-talbiet li għadhom pendenti, u meta saru t-talbiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bl-informazzjoni mitluba. L-ewwel lista turi devoluzzjonijiet li ġew rifjutati. It-tieni lista turi devoluzzjonijiet li għadhom pendenti, u t-tielet lista turi devoluzzjonijiet li waqfu minħabba li l-kunsill rispettiv ma għadux interessat (dawn ma’ jistgħux jiġu kklasifikati fl-ebda waħda miz-żewg listi l-oħra).

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 42

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 42 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 43

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 43 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 44

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 44 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 45

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 45 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 46

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 46 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 47

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 47 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

kontijiet tad-dawl tal-lifts ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hux kull lift li hawn stallat f'Malta jiġi kkunsidrat bħala għall-użu kummerċjali' meta jiġi biex jinħadmu l-kontijiet tad-dawl? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-lift istallati fil-komun ta' blokki tal-flats humiex ukoll meqjusa bħala kummerċjali? Jekk dan hu l-każ, jista' jbiddel il-policy dwar dawn l-istess kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-lifts ma jkunux lokalizzati f’blokok kummerċjali, bħal ma huma dawk ta’ uffiċini u shopping centres, iżda jkunu f’blokok residenzjali bħalma huma tal-flats, dawn jiġu meqjusa bħala ‘domestic’ meta jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Liġi tal-Income tax

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-2009, in-numru ta' persuni (familji) li bbenefikaw mill-fakultà li jitħallsu ħlasijiet marbuta ma' residenza fi djar privati għall-anzjani kif riferut fl-artiklu 14D tal-Liġi dwar l-Income Tax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellatn illi matul l-2009 kien hemm 1,262 persuna li bbenefikat mit-tnaqqis fit-taxxa għal ħlasijiet marbuta ma' residenza fi djar privati għall-anzjani skont l-artiklu 14D tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20852 u jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien m’humiex għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-propjetà tal-ex-Marsa Shipbuilding tingħata lill-kumpanija privata, lanqas hemm ħsieb li jsir xi ħaġa f’dan ir-rigward.

Stallazzjoni ta' 3 phase fi blokk ta' appartamenti

Question

Billi l-Awtorita' tad-Djar għamlet talba formali lill-Korporazzjoni Enemalta f’Settembru li għadda biex jigi stallat it-3 phase fil-Block D4 Ta’ Xbiex Housing Estate ħalli jkun jista' jintuża l-lift li ilu li ġie stallat, jista' l-Ministru jgħid meta ser jsir dan minħabba l-inkonvenjent li qed joħloq lir-residenti speċjalment lil dawk anzjani?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-provvista ta’ 3 phase fil-block imsemmi għandha tingħata la darba l-istallazzjoni tad-distribuzzjoni nterna ssirilha l-modifiki neċessarji.

Baħrija — Xogħol fuq main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ li jispiċċa ġewwa l-Baħrija, u b'hekk tispiċċa din il-problema għal dawn ir-residenti darba għal dejjem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għandha pjan li tinstalla impjant zgħir għat-trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija u mhux main. Dan l-impjant mhuwiex mistenni li jiġi nstallat qabel is-sena 2012.

Prodotti li nħallsu l-VAT fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn prodotti li nħallsu VAT fuqhom, u kemm hija l-VAT fuq materja prima?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-VAT titħallas fuq il-prodotti u l-materja prima kollha barra dawk li huma elenkati fil-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar Taxxa fuq Valur Miżjud (Kap 406) li huma eżenti. Hemm prodotti oħra li għandhom rata mnaqqsa li jinsabu elenkati fit-tmien Skeda.

VAT fuq prodotti mpurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza fuq il-VAT mħallsa fuq prodotti mpurtati lejn Malta jekk dawn ikunu maħduma lesti jew jekk il-prodott impurtat ma jkunx maħdum u jkun iktar materja prima mhux maħduma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-VAT titħallas bir-rata standard fuq il-prodotti kollha barra dawk li huma elenkati fil-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud (Kap 406) li huma eżenti irrispettivament jekk humiex importati lejn Malta maħduma jew bħala materja prima . Hemm prodotti u materja prima oħra li għandhom rata mnaqqsa li jinsabu elenkati fit-Tmien Skeda.