Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili — air operators certificates

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' Air Operators Certificates li ħarġu mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili u li preżentament għadhom validi? F'kull każ, meta ħarġu l-ewwel darba dawn l-istess Air Operators Certificates? Kemm hemm kumpaniji Maltin u barranin, rispettivament, li huma rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Air Operator Certificates maħruġin mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili huwa ta' 10 u li preżentament minnhom hemm tmienja li għadhom validi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lil min u meta nħarġu dawn iċ-ċertifikati. Il-kumpaniji in kwistjoni kollha huma reġistrati f'Malta.

Road Side inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' road side inspections li saru minn personnel tal-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Fejn saru dawn l-inspections u kemm-il darba saru inspections fl-istess lokalitajiet? Kif jintgħażlu l-postijiet li fihom isiru dawn l-inspections?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġiljan — riħa tad-drenaġġ fil-Bajja ta' Spinola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed ikun hemm riħa ta' drenaġġ fil-Bajja ta' Spinola, San Ġiljan, qrib il-monument "LOVE" speċjalment li skond diversi sajjieda, tinxtamm aktar qawwija tard bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-ilment tiegħu lill-K.S.I.

Korporazzjoni Enemalta — sospenzjoni tal-provista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12710 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transfer ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex interpellanza legali magħmul f'isem il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, tas-7 ta' Settembru 2009 rigward transfer ta' vettura għadha ma ġietx imwieġba u lanqas intbagħtet irċevuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.

Korporazzjoni Enemalta — tħaffir ta' mina minn Delimara sal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta x-xogħol fuq il-mina li l-Korporazzjoni Enemalta ħaffret minn Delimara sal-Marsa? Kemm ġiet tiswa finalment din il-mina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12760, 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12757 u 11716 u ċioe : B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru Pubbliku ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12635,12420 u 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009: a) ipoteki legali b) noti ta' referenzi ċ) noti ta' ipoteka d) noti ta' insinwa e) noti ta' causa mortis f) ipoteki rinovati g) subbasti ġ) separazzjoni personali h) company notices ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati i) ammont totali ta' bejgħ j) ammont totali ta' tpartit k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u m) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq Barriera Wharf

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk s-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultance for Repair Works to Barriera Wharf intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq Barriera Wharf sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħad-Dingli — Provista tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju minn problema persistenti fil-provista tal-ilma ta' parti sostanzjali minn Ħad-Dingli fejn l-ilma mhux qed ikun trasparenti iżda ħafna drabi jkun jagħti fil-lewn oranġjo? Jista' jgħid x'qed jikkawża din il-problema? Jista' jgħid x'qed isir sabiex din il-problema tiġi riżolta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq il-moll tal-Imsida/Pietà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk s-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008 liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultancy for Repair Works to Msida/Pietà Quays intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq il-moll ta’ l-Imsida/Pietà sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati ma l-istess xogħol u lill min tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Telemalta — skema tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12632 u jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Identity Cards — Tiġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' identity cards li huma skaduti? Meta jaħseb li jista' jibda t-tiġdid tal-istess identity cards? Xi ħsieb hemm ta' kif dawn ser isiru u xi proċess ser jintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemm ebda ID Card skaduta għaliex il-validità ta' kull karta ta' identità hi estiża b'Avviż Legali. Is-sistema l-ġdida tal-ħruġ ta' karti ta' identita elettroniċi tibda wara li tiġi approvata t-talba li saret għall-fondi tal-UE.

Dock 1 — berths għall-yatchs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm berths temporanji għall-yatchs fid-daħla ta' Dock 1? Kemm hu l-ħlas li qed jintalab għal dawn l-irmiġġi? X'Servizzi qed ikunu offruti lil minn jiddeċiedi li jorbot hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rmiġġi disponibbli għall-yachts f’Dock 1 huwa ta’ 55. Il-ħlas dovut għal dawn l-irmiġġi huwa skont l-iskeda ta’ tariffi fir-Regolamenti dwar il-Yachting Centres (L.S. 352.10). Is-servizzi li jiġu provduti għall-irmiġġi f’Dock 1 huma servizzi ta’ sigurtà (fuq 24 siegħa), rimi ta’ skart u servizz ta’ ilma.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, il-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Minibuses bojod — bidliet fir-regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' minibuses bojod li għandna liċenzjati bħalissa? X'tip ta' bidliet fir-regolamenti saru jew hu mistenni li jsiru matul ix-xhur li ġejjin fejn jidħlu dawn it-tip ta' vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.