Legislature:
Category:
Reset
Active:

kont tad-dawl li ilu ma jintbagħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21156 u jara għaliex kont tad-dawl u l-ilma ta' kopja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tirċievih minn Novembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja anzjana msemmija ma kienx qed jinħareġ minħabba li l-arloġġ ta’ l-ilma kien imwaqqaf u l-kont kellu jiġi rivedut. Il-kontijiet se jibqgħu jinħarġu regolarment.

Laqgħat waqt il-break lill-ħaddiema tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20928 u jgħid jekk ġewx mitluba u ngħatawx permessi biex isiru laqgħat waqt il-break f'bini ta' dipartimenti, aġenziji, organizzazzjonijiet li jaqgħu taħtu bħal dik li ġew mistiedna jattendu għaliha l-impjegati tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Novembru 2010 fis-12.40 fil-Conference Hall fejn infurmawhom b'avviż li qed jingħata separatament? Peress li din hi materja ta' kontroversja politika marbuta mad-diskussjoni dwar id-dħul tal-liġi tad-divorzju f'pajjiżna, jaħseb li hu xieraq li fuq il-post tax-xogħol f'uffiċini tal-gvern isiru laqgħat bħal dawn? U jekk dawk kontra d-dħul ta-divorzju f'pajjiżna se jingħataw il-permessi għal-laqgħat mal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, l-istess permessi se jingħataw lil dawk favur id-dħul tad-divorzju f'pajjiżna biex jagħmlu laqgħat simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi attivitajiet li jsiru fil-break, bħall-laqgħa li saret fl-NSO nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru, huma inizjattivi personali, u sakemm l-attivitajiet ma jkunux f’kunflitt mal-missjoni tal-NSO, ma jitqisux li joħolqu kontroversja. L-istess hija inizjattiva personali tal-istaff il-quddiesa li ssir waqt il-ħin tal-break fl-ewwel ġimgħa tax-xahar. Attivitajiet bħal dawn waqt il-break ilhom isiru s-snin. L-attività in kwistjoni ma saret bl-ebda skop li tinħoloq kontroversja, u l-impjegati bl-ebda mod ma kienu obbligati jew imġiegħla jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet, u kulħadd kien liberu li ma jattendix.

Air Malta — ħaddiema tal-ground handling

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-ground handling fl-Air Malta? Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom? Jekk iva ma min? Hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kont tad-dawl u tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21057 u jara li l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga l-każ fejn persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fuq three phase meta d-dawl qiegħed fuq single phase ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21057.

produzzjoni tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont stħarrig li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jniedi kull xahar, il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21095 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddijja kull xahar lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mill-Biċċerijja, il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imrieħel — art tal-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li art fl-Imrieħel, fejn diġà hemm il-fabbriki, hux se tittieħed minn żviluppatur? Jekk huwa minnu jista' jgħid ukoll jekk il-fabbriki involuti hux se jingħataw fabbriki alternattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Minix ċert fuq xiex qed jirreferi l-Onorovoli Interpellant, madankollu l-unika pjanijiet li għandha l-Malta Industrial Parks għall-art li tamministra hi, huma l-pjanijiet li diġa ġew magħmula pubbliċi dwar il-proġett tal-corporate village malta. Il-metodu li bih il-Gvern tramite il-Malta Industrial Parks se jiddisponi minn din l-art sabiex joħloq proġett għall-industrija tas-Shared Services diġa ġie magħmul pubbliku fid-dokument tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. Bħalma dejjem sar, jekk ikun hemm il-bżonn ta’ rilokazzjoni minħabba proġetti ta’ natura nazzjonali, dawn ir-rilokazzjonijiet isiru skont il-proċeduri stabbiliti.

Arms Ltd — tibdil ta' kont minn fuq isem għal ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li matul din is-sena, talbu lil Arms Ltd biex il-kont jinqaleb fuqhom minħabba mewt tar-raġel, mara, sieħeb jew sieħba tagħhom fejn il-kont kien jgħajjat lilhom? Kemm minn dawn ħallsu s-somma stabbilita mill-Arms Ltd għal tali tibdil? Issa li ġie deċiż li dan il-ħlas kien inġust u tneħħa, dawk li ħallsu għal din id-deċizjoni ħażina tal-Arms Limited, se jkunu rimbursati l-ammont li ħallsu biex sar dan it-tibdil?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd ma żżommx rekord ta’ l-ammont ta’ transfers li jsiru relatati mal-mewt ta’ persuna li fuqha jiġi l-kont. Ħabbart waqt is-seduta tal-ġimgħa li għaddiet, tajt struzzjonijiet lill-ARMS Ltd. biex tinbidel il- policy dwar depożiti għal trasferiment ta’ kont f’każ ta’ mewt, anke fil-każ ta’ ulied. Din il- policy hija effettiva min-nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru, 2010.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — computers użati mill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-computers użati mill-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li qed jagħtu servizz lil Arms Ltd, ma nbidlux biex ikunu aktar idoneji u effiċjenti mas-sistema li qed jaħdmu biha? Huwa minnu li dawn kellhom jinbidlu skont il-ftehim milħuq mal-IBM?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-computers tal-Account Keepers u l-aġenti tal-front desk, ġew upgraded biex ikunu iktar idoneji u effiċjenti mas-sistema. Upgrades u tibdil ta’ computers m’għandhomx x’jaqsmu mal-kuntratt tal-IBM.

Good Causes Fund — entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar għaxar xhur tqassmu għajnuna finanzjarja mill-Good Causes Fund u liema kienu dawk l-għaqdiet, organizazzjonijiet u entitajiet li bbenefikaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar għaxar xhur tqassmet is-somma ta €803,578 mill-Good Causes Fund. Għall-ewwel sitt xhur tas-sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari 18666. Il-lista ta’dawk kollha li bbenefikaw mill-fond fit-tielet kwart tas-sena qed tiġi preżentata ma’ din it-tweġiba.

residenti li jixtieq jixtru bini tal-militar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed jaddotta l-Ministeru sabiex persuni li qegħdin jgħixu f'bini li kien tal-militar u llum għandhom encroachment fuq dan il-bini, jkunu jistgħu jixtru dan il-bini ta' residenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet qatt ma ta bini tal-Militar b’encroachment għall-abitatzzjoni ħlief f’każijiet fejn kien hemm ċirkustanzi straordinarji. F’dawn il-każijiet isolati, fejn il-Gvern dehrlu li kellu jagħti encroachment u mhux kirja, allura hu aktar diffiċli li l-Gvern jikkunsidra bejgħ. Però kull każ irid jiġi studjat individwalment u mhux b’mod ġeneriku.

wires ta' GO Plc. quddiem residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21130 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ ta' wires li huma proprjetà tal-GO Plc. li fil-preżent jinsabu fuq il-bankini u l-parapetti ta' residenzi privati għax hemm ukoll allegazzjoni li dawn il-wires qed joħolqu periklu u nuqqas ta' aċċessibilità? Jista' jieħu passi sabiex jekk dawn il-wires jitneħħew biex jitnaqqas il-periklu?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.

Voucher tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma rċevietx il-voucher ta' €50 bħala sussidju tad-dawl u ilma li kien ta l-gvern fil-Budget tas-sena l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji tal-persuna msemmija ġew mogħddija lit-Teżor biex jinħareġ il-voucher mistħoqq lilha.

KSI — problem tal-ilma f'Tas Sliema

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tgħid sabiex tisolva l-problema ta' volum tal-ilma li qiegħda tikawża inkonvenjent għax ir-residenti tal-madwar ta' sit f'Tas-Sliema fejn qabel kien hemm is-sit bl-isem Galaxy?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma titlob għal aktar spjegazzjoni, jekk hix problema marbuta mal-ilma tax-xorb jew xi ħaġa oħra. Il-KSI m'għandiex rapporti ta’ problemi ta’ ilma tax-xorb.

Spjegazzjoni dwar fatt li hawn aktar irġiel fqar minn nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti jista' jispjega l-fenominu li l-anzjani irġiel huma iktar foqra mill-anzjani nisa f'Malta, liema fatt jidher biss f'Malta u ma ssibu fl-ebda statistika Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li statistika annwali kkumpilata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li n-nisa qegħdin jgħixu aktar mill-irġiel. Għalhekk il-proporzjon ta’ rġiel f’din l-età li jgħixu waħedhom huwa anqas minn dak tan-nisa minħabba li f’koppja, hemm aktar ċans li jmut ir-raġel qabel il-mara. Minħabba f’hekk, il-proporzjon ta’ nisa li jkollhom jaqsmu il-pensjoni ma’ xi ħadd ieħor huwa anqas minn dak ta’ l-irġiel. Għaldaqstant, hemm aktar ċans li l-equivalised income ta’ mara f’din l-età ikun akbar minn dak ta’ raġel fl-istess età. Ta’ min jinnota wkoll li dan il-fenominu huwa aċċentwat fl-istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions), minħabba li nies li jgħixu fid-djar tal-anzjani mhumiex inklużi f’dan l-istħarriġ.

Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20488 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk ezistenti sal-lum separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2010 sa Ottubru 2010 sar investiment ta’ €3.4m fuq bini ta’ fabbriki ġodda u €1.5m fuq fabbriki eżistenti.

Karozzi li jintużaw fuq l-airfield

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta kkunsidratx li tixtri l-karozzi li jintużaw fuq l-airfield biss, minflok jikri u jħallas eluf ta' ewros fis-sena, meta dawn il-vetturi li jintużaw għal dan l-iskop jistgħu jkunu eżentati mid-dazju u b'hekk ikunu ffrankati l-flus?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, l-Air Malta qed toqgħod ħafna lura milli tinvesti minħabba in-nuqqas ta’ kapital li għandha. Għaldaqstant, mhix qed tikkunsidra li tixtri l-karozzi li jintużaw fuq l-airfield, minflok li tikri.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 48

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 48 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 49

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 49 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 50

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 50 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.