Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li d-dawl pubbliku fit-toroq kollha arterjali u distributoriji (public street lighting) f’Għawdex ikun jixgħel bl-enerġija tax-xemx (solar powered)? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema ta’ solar powered lighting fit-toroq t’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11989 u 12477 u jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-Trasprot — numru ta' vetturi maqbuda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li nqabdu mill-Awtorità dwar it-Trasport matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm mill-vetturi ingħataw lura lil sidhom u kemm fil-fatt inbiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — talbiet għal reserved parking spaces
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi bord li jikkonsidra talbiet għal reserved parking spaces? Jekk iva, kemm għandu talbiet pendenti quddiemu dan il-bord? Meta saret l-aħħar laqgħa tal-bord? Kemm ġew approvati/rifjutati talbiet minn dawk li kien hemm pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema average price taż-żejt Crude Brendt nħaddmu t-tariffi l-ġodda? Fuq liema prezz average tal-fuel oil per tonne nħaddmu t-tariffi ġodda?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4652 u 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-filters jintużaw biex jinġabar it-trab u mhux biex tevita gassijiet tossiċi. Teknoloġija oħra li tintuża hija l-electrostatic precipitators fejn jinġabar it-trab. Dan it-tip t’apparat hu stallat fil-boilers il-kbar. Dawn il-precipitators kienu nstallati meta l-impjant kien għadu jaħdem bil-faħam u ġew konvertiti għall-użu meta fis-sena 2000, l-impjant beda jitħaddem biż-żejt.
Ta min jgħid li m’hemm l-ebda rekwisiti legali sabiex dawn il-filters jiġu nstallati fil-Power Station tal-Marsa u ninsab infurmat li m’hemmx filtri istallati fiċ-ċmieni tal-Power Station tal-Marsa u m’hemmx pjan sabiex dawn jiġu stallati..
Il-livell ta’ emissjonijiet jiġi minimizzat u mizmum għall-livelli permessibbli primarjament billi jintuża żejt li għandu element baxx ta’ kubrit fiħ.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-triq l-antika ta' Wied il-Għajn li sarilha patchwork intensiv, ma sarx l-istess xogħol tant meħtieġ fl-aħħar 200 metru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Intrepellant sar kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7975, 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7265 u 6517 u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Minisru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja liċenzjati? Kemm hawn privates? Jista' jgħid is-sena meta bdew jaħdmu fis-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sas-16 t’Ottubru 2009 kien hemm 582 karozzi tal-linja liċenzjati kif ukoll 158 coaches/privates.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi meta dawn il-karozzi tal-linja u
coaches
bdew jaħdmu fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għad iridu jinksew bit-tarmac għall-ewwel darba? Jista' jgħid jekk toroq li huma fi stat ħażin jistgħux jinksew bit-tarmac mill-Gvern Ċentrali anki jekk ma jaqgħux f'din il-lista?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq fil-Mosta li għad iridu isiru u li huma responsabbiltà ta l-ADT huma; Triq Salvu Barbara, parti minn Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Patri Avertan Fenech, Triq Ferdinand Calleja u Triq Gio Dei Marchesi Mallia Tabone. Jekk barra t-toroq li semmejt hemm xi triq oħra fil-Mosta li għandha bżonn it-tarmac, din taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11431 u ċioe: fid-dawl ta' rapporti li skond l-Unjoni Ewropea pajjiżna waqa' lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' online security u anti spam measures, jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib? Hemm xi ħsieb li wara discussion paper dwar l-ispam li kienet tqassmet fin-NISCO ferm qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, titressaq leġislazzjoni komprensiva li tinkludi provedimenti għall-prosekuzzjoni għal min jagħmel kontravenzjonijiet ta' spam, spyware u malware?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Testijiet tal-istudenti li qed jitgħallmu l-karozza — examiners ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li sejrin jidħlu l-examiners il-ġodda għat-testijiet tal-karozzi minħabba l-waiting list ta' studenti li hemm jistennew biex jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT diġà bdiet il-proċess biex jiddaħħlu l-eżaminaturi l-ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Jista' mbagħad jissubklassifika kemm twieldu trabi (a) minn ġenituri Maltin (b) minn ġenituri fejn it-tnejn mhux Maltin (c) minn missirijiet mhux magħrufa (d) bl-etajiet tal-ommijiet bejn 12-17, 18-21, 22-25, 26-35, 36-45 u minn 45 sena 'il fuq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku jżomm arkivji ta' dawk it-trabi li jkunu reġistrati iktar milli ta' dawk li jitwieldu.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' trabi li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku bejn l-1997 u l-2008. L-istess tabella turi wkoll kemm minn dawn kellhom missier mhux magħruf fil-mument tar-reġistrazzjoni. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija jien infurmat li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
B'referenza għaċ-chart li qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li kull darba li jkun hemm konċentrazzjoni ta' trab iswed ikun hemm zieda fis-SO2 li ġej direttament mill-power station? Inoltre jista' jiddikjara x'kien l-istat tal-power station load u t-turbines load dwar dawn il-peaks tas-SO2 f'kull power station? Jista jiddikjara x'kienu r-records tal:
a)
load demand
u
supply
b) liema turbini kienu qed jitħaddmu u jintużaw fil-ħinijiet u l-ġranet imsemmija fil-paragrafu, li huwa indikat separatament, f'kull power station?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li miċ-chart li pprovda l-Onorevoli Interpellant jidher ċar li m’hemmx relazzjoni diretta bejn l-emissions tat-trab u SO2. Ma kienx hemm peaks fl-emissions tal-SO2 mill-power stations fid-dati/ħinijiet indikati mill-Onor Interpellant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi id-domanda fuq il-
power stations
u t-turbini li kienu qed jaħdmu fid-data u l-ħinijiet indikati mill-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-Korporazzjoni Enemalta għamlet dikjarazzjoni fil-bidu tas-sajf li għadda li t-trab iswed li qed jaqa' fin-naħa t'isfel ta' Malta mhuwiex ikkawżat minn xi impjant tagħha, għamlitx din id-dikjarazzjoni abbażi ta' testijiet li kienu saru? Jekk saru dawn it-testijiet, jista' jagħmilhom pubbliċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra l-Enemalta kienet installat strumenti li permezz tagħhom tagħmel monitoring kontinwu tal-emissjonijiet ta' trab mill-Power Station. Skond ir-riżultati ta' dan il-monitoring il-livell ta' emissjonijiet kien kważi dejjem l-istess u ma kien hemm l-ebda varjazzjoni sinifikanti fil-perjodu li fih ġie rrapurtati it-trab l-iswed.
Ninsab infurmat ukoll li minn testijiet li għamlet il-MEPA fuq it-trab iswed li ġie elevat minn fuq il-post, ma nstabux l-elementi essenzjali li bilfors irid ikollu t-trab li kieku dan kien ġej mill-Power Station.
Awtorità Marittima ta' Malta — spezzjonijet fuq opri tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta, matul ix-xhur tas-sajf 2009, fuq opri tal-baħar li kienu fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn instab li kien hemm abbużi mil-liġijiet lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru fuq opri tal-baħar matul l-istaġun tas-sajf kien ta’ 520. In-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw għal kontravenzjonijiet kien ta’ 58.
Awtorità Marittima ta' Malta — vapuri bil-bandiera Maltija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta matul l-aħħar 12-il xahar, dwar inċidenti li jinvolvu vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm kien hemm vapuri taħt il-bandiera Maltija li fil-fatt talbu li jkollhom għajnuna mill-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tnax-il xahar, l-Awtorità Marittima ta’ Malta investigat 223 inċident fuq bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku..