Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur. Dawn ammontaw għal somma ta' € 4,556. Id-dettalji mitluba jinsabu fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru tiegħu u/jew fid-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg tagħhom mad-dekasteru mal-Ministeru tiegħi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena huwa ta' sebgħa (7).
Tlieta f'Malta (trasferiti minn Ministeri oħra)
Second Secretary fl-iskala tas-salarju 9
Skrivana fl-iskala tas-salarju 16
Espert fl-Uffiċċju Konġunt EC-LAS fl-iskala ta' massimu salarju 7
Erba' fl-Ambaxxati ta' Malta:
Locally Engage Personnel: Żewġ Segretarji, Accounts Officer u Temporary Administrative Officer.
Is-Salarju ta' dawn il-Locally Engaged Personnel ivarja skont il-Kundizzjonijiet tal-pajjiż fejn tinsab l-Ambaxxata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inkarigu għandu l-ex ambaxxatur ta' Malta għall-Irlanda, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ex Ambaxxatur ta' Malta għall-Irlanda m'għandu l-ebda kariga fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Gvern Malti u Gvern Iżraeljan — passi fuq sparar fuq ċittadina Maltija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ħa l-gvern Malti mal-gvern tal-Iżrael wara li ċittadina Maltija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sparaw fuqha suldati Iżraeljani f'Gaża?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija Parlamentari numru 16584 nixtieq inżied li l-Ħamis 6 ta' Mejju, il-każ ta’ Bianca Zammit tqajjem waqt il-laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-UE fejn il-Presidenza Spanjola tenniet li kienet sejra s-segwi l-iżviluppi mill-qrib.
It-Tnejn, 10 ta’ Mejju, l-Ambaxxatur talab sviluppi mil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'Ġerusalem. Il-Ministeru irrisponda li jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Forzi Armati Iżraeljani biex jitlob spjegazzjoni.
L-Ambaxxatur ta’ Malta ser ikompli jinfurmani bi żviluppi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pajjiżi li hu mistenni li tinfetaħ fihom ambaxxata jew rappreżentanza permanenti, matul din is-sena jew is-sena d-dieħla?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant li b'mod immedjat m'hemmx il-ħsieb li jinfetħu ambaxxati jew rappreżentanzi permanenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-Konsultenti jew Kumpaniji ta' Konsulenti li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għamel użu minnhom matul l-2009, huma fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont dettaljat tal-involviment li allegatament kellu r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, in konnessjoni mal-proċess li eventwalment wassal għall-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara lill-BWSC, partikolarment in vista tat-taħditiet li kienu saru bejnu u bejn ir-rappreżentanti tas-socjetà Bateman? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li rċieva l-uffiċjal indikat in konnessjoni ma' dan il-każ, il-korrispondenza (li tinkludi emails u kull xorta oħra ta; komunikazzjoni in skritt) li ħarġet mill-uffiċċju tar-Rappreżent Parlamentari ta' Malta fl-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' dan il-każ u l-korrispondenza li għaddiet bejn dan l-uffiċjal u l-Ministeru tiegħek, jew xi Ministeru ieħor dwar dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi fil-11 ta’ Lulju 2008, is-CEO ta’ Clean Fuels Consulting talab li jiltaqa mal-Raprezentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u/jew ma' uffiċjali tal-Raprezentanza Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea biex ikun jista jipprezenta brief politiku fuq l-għazla għall-teknoloġija nadifa biex tiġġenera l-elettriku f’Malta. Ir-Rappreżentant Permanenti ma ltaqax mas-CEO ta' Clean Fuels Consulting iżda ltaqgħu miegħu żewġ uffiċjali tal-Raprezentanza Permanenti fis-16 ta’ Lulju 2008. F’din il-laqgħa is-CEO ta' Clean Fuels Consulting ppreżenta numru ta’ punti dwar il-proċess għall-għażla ta’ teknoloġija.
Fit-22 ta’ Lulju 2008, ir-Raprezentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea bagħat lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni r-rapport tal-laqgħa flimkien mad-dokument prezenatat mis-CEO ta' Clean Fuels Consulting.
Fit-23 ta’ Lulju 2008 ir-Raprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea ġie ikkupjat f’
email
li bagħat il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti kif ukoll fir-risposta tad-Direttur Generali tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Kopja tal-korrispondenza qed tiġi annessa mar-risposta. Referenzi għal din il-korrispondenza jinstabu fir-rapport tal-Awditur Ġenerali maħruġ f’April 2010.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jindika liema huma dawk l-entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandna tliet bordijiet u awtorita' waħda.
Il-Bordijiet huma:
Committee of Inquiry (Deprivation of Maltese Citizenship)
Ministerial Advisory Committee on the Tsunami Relief Fund, u,
Sanctions Monitoring Board
L-Awtorità li taqa' taħt dan il-Ministeru hija:
National Authority of Malta for the Implementation of the Chemical Weapon Convention
M'għandniex entitajiet governattivi, aġenziji, u kumpaniji li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Minsitru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta’ barranin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija f’dawn l-aħħar għoxrin sena, sena b’sena u skont in-nazzjonalità tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — tender jew direct order ta' kumpanija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa fejn naf jien ma ngħatat l-ebda Tender jew Direct Order lill-kumpanija M.A.& A. mill-Ministeru tal-Affarijiet u entitajiet li jaqgħu taħtu matul dawn l-aħħar tnax-il sena.
impjieg ta' Maltin li jaħdmu ma' xi istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jkunx infurmat bl-impjieg ta' persuni Maltin li jaħdmu ma' xi istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea? Jekk il-Ministeru jiġi infurmat, jista' jagħti tagħrif dwar in-numru ta' Maltin li jaħdmu f'dawn l-istituzzjonijiet u fejn huma hekk impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Fuq talba li tagħmel ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea kull sitt xhur, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, il-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Qorti Ewropew tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tirċievi lista aġġornata ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' dawn l-istituzzjonijiet.
L-informazzjoni li tingħata tinkludi dettalji taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu ma' dawn l-istituzzjonijiet, x'jagħmlu: bħal per eżempju jekk humiex amministraturi, tradutturi jew assistenti, u jekk jaħdmux fuq bażi permanenti jew temporanja. Din l-informazzjoni tingħata strettament skont ir-regoli tal-Protezzjoni tad-Data, liema regolamenti jistipulaw li din l-informazzjoni qed tingħata biex ikun hemm aġġornament fl-ingaġġ ta' ċittadini Maltin mal-istituzzjonijiet Ewropej u ma tistax tintuża għal finijiet oħra.
Minn Jannar 2010, in-numru ta' Maltin li jaħdmu ma istituzzjonijiet Ewropej kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
As of January 2010
Administrative Grades
Secretarial Grades
Translotors
Total
European Commission
(of which temporary)
50
10
36
18
54
15
140
43
Council Secretariat
(of which temporary)
11
4
20
0
22
7
53
11
European Parliament
(of which temporary)
18
7
24
9
26
5
68
21
European Court of Auditors
(of which temporary)
4
1
1
0
3
1
8
2
European Court of Justice
(of which temporary)
1
0
10
4
23
2
34
6
European Economic and Social Committee
(of which temporary)
0
0
4
3
8
1
12
4
Committee of Regions
(of which temporary)
0
0
3
0
6
1
9
1
Grand Total
(of which temporary)
84
22
98
34
142
32
324
88
Note: The above do not include persons appointedby the government or elected MEPs.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Viċi Prim Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li in-numru ta’ ħaddiema impjegati mal-Private Staff fil-Ministeru tiegħi huwa ta’ għoxrin (20)-il persuna.
Il-gradi tal-erba' (4) uffiċjali li m’humiex mis-settur pubbliku huma kif ġejjin:
1 - Head of Secretariat,
1 - Secretariat Officer,
2 - Personal Driver/Security Officer
M’hemm l-ebda uffiċjal li huwa seconded jew on loan, fil-Private Staff tal-Ministru.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda każ li fih ġiet imqabbda d-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministeru tal-Affarijiet u entitajiet li jaqgħu taħtu matul dawn l-aħħar tnax-il sena.
struttura five by five bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk l-istruttura tal-five by five bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq fil-fatt tinkludix ukoll xi forma ta' five by five għall-parlament tal-pajjiżi nvolti? Jekk le, jista' jagħti konsiderazzjoni għall-possibilità li l-parlamenti jiġu ukoll inkorporati bħala parti minn din l-istruttura?
Response (BORG, TONIO)
Il-Western Mediterranean Forum, komunament magħruf bħala 'Djalogu 5+5', huwa forum politiku sub-reġjonali, mingħajr segretarjat, li ġie mwaqqaf fl-1990 bejn l-10 pajjiżi membri li huma l-Algerija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk, Tuneżija, Franza, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja.
Dak li beda bħala djalogu politiku, issa espanda biex jinkludi djalogu settorjali fuq il-migrazzjoni, fuq id-difiża, fuq it-trasport, fuq l-edukazzjoni, fuq it-turiżmu kif ukoll bejn il-Presidenti Parlamentari.
Din ta' l-aħħar, kienet proposta tal-Libja li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pajjiżi membri tant li diġa' kien hemm tliet laqgħat: fl-2003 fi Tripli, fl-2004 f'Pariġi u fl-2006 f'Rabat, il-Marokk.
F'dan il-kuntest, Malta qed tinkoraġġixxi lill-pajjiżi msieħba f'dan il-proċess sabiex dan il-forum parlamentari jerġa' jitlaqqa' fl-ewwel mument possibbli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar liema rwol qed tieħu Malta f'dik li hi l-Union of the Mediterranean kif promessa mill-President Franċiż Sarkozy? F'liema laqgħat organizzati sal-lum minn din l-union ħadet sehem Malta matul l-aħħar snin?
Response (BORG, TONIO)
Dak li qabel kien magħruf bħala il-Proċess ta' Barċellona ngħata xejra ġdida bil-krejazzjoni ta' Unjoni għall-Mediterran waqt Summit li tlaqqa' f'Pariġi f'Lulju 2008. Waqt dan is-Summit Malta kienet rappreżentata mill-Onorevoli Prim Ministru.
Iktar tard, f'Novembru 2008 Malta ħadet rwol prominenti waqt laqgħa importanti tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin f'Marsilja. Din il-laqgħa kienet waħda kruċjali fejn ġie deċiż li Malta għandha tinnomina Viċi Segretarju Ġenerali. Bis-saħħa ta' dan, Malta ser ikollha rwol dirett fit-tmexxija tas-Segretarjat ibbazat f'Barċellona permezz tal-funzjoni ta' Viċi Segretarju Ġenerali responsabbli mill-'Affarijiet Soċjali u Ċivili inkluż il-Protezzjoni Ċivili.'
Matul ix-xhur li għaddew, Malta kompliet tieħu sehem attiv u kostruttiv fid-diskuzzjoniijiet dwar l-arkitettura istituzzjonali ta' din l-Unjoni f'laqgħat fuq livell tekniku kemm f'Barċellona kif ukoll fi Brussell.
Is-sena 2009 kienet waħda diffiċli għall-Unjoni għall-Mediterran minħabba żviluppi fil-Lvant Nofsani li kkawżaw ukoll posponiment tal-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li kellha sseħħ f'Istanbul. Minkejja dan, xorta waħda saru laqgħat Ministerjali importanti bħal per eżempju dik f'Marrakesh dwar ir-Rwol tan-Nisa fis-Socejta' kif ukoll oħra fi Brussell dwar il-qasam tal-Kummerċ li fihom Malta ħadet sehem attiv.
Għal dawn it-tlett xhur li ġejjin hemm ippjanat li jinżammu laqgħat Ministerjali f'oqsma importanti bħalma huma l-edukazzjoni u r-riċerka, il-ġustizzja, it-turismu u l-ambjent u naturalment ir-relazzjonijiet internazzjonali fuq livell ta' Ministri ta' l-Affarijiet Barranin u kapijiet ta' Gvern.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandna l-ebda uffiċċjal pubbliku li għalkemm laħaq l-età tal-irtirar, iġġeddidlu t-terminu tal-impjieg tiegħu, f'din l-aħħar sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin:
[a] iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra uffiċċjali li bagħat lill-Gvern Izraeljan dwar il-każ tat-tfajla Maltija li ġiet feruta minn suldati Iżraeljani fil-Gaza?
[b] jgħid jekk il-Gvern Malti hux jinsisti li l-Gvern Iżraeljan għandu jniedi inkjesta u jagħti konkluzjonijiet kredibbli ta' dak li seħħ?
[c] jghid jekk il-Gvern Iżraeljan skużax ruħu għal dak li seħħ lil din iċ-ċittadina Maltija?
[d] jippubblika l-ittra sħiħa ta' protesta li bagħat l-Ambaxxatur Malti f'Iżrael?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ħadd 25 ta’ April 2010, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi avżat lill-Ambaxxatur ta’ Malta għal Izrael li ridt issir protesta formali mal-Awtoritajiet Iżraeljani dwar il-każ ta’ Bianca Zammit.
In-
Note Verbale
li ntbagħat lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'Ġerusalem, il-Ħadd filgħodu kienet “tirriferi għall-inċident ġewwa El Megħażi fil-Meddha ta’ Gaza, liema inċident ġie kampjament rrappurtat kemm fl-istampa lokali kif ukoll f'dik barranija, u li fiħ numru ta’ dimonstranti sfaw mweġġa minn tiri sparati mill-Forzi Armati Iżraeljani………….tiddeplora u tikkundanna bil-qawwa kollha l-isparar li sar mill-Forzi Armati Iżraeljani fuq iċ-ċittadina Maltija, Bianca Zammit, attakk bla ebda raġuni, li fih is-Sinjorina Zammit, sfat milquta f’kuxtejha waqt li kienet tiffilmja id-demostrazzjoni u kellha tittieħed l-isptar”.
L-Ambaxxata ta’ Malta tenniet li “tistenna li ssir investigazzjoni sħiħa fuq dan l-inċident reprovevoli li seta’ wassal għal konsegwenzi ħafna aktar serji”.
It-Tnejn, 26 ta’ April, Ambaxxatatur ta’ Malta għal Izrael informa bil-miktub lill-Presidenza Spanjola u lill-Ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea f’Tel Aviv b’partijiet minn
Note Verbale
ta’ protesta u kundanna. Il-Presidenza Spanjola irrispondiet li kienet ser tinforma lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan u li tistenna li t-talba ta’ Malta għal investigazzjoni tiġi milqugħa.
It-Tlieta, 27 ta’ April, l-Ambaxxatur ta' Malta għal Iżrael mar Ġerusalem fejn kellu laqa’ ġewwa il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Huwa għadda bl-idejn in-
Note Verbale
ta’ protesta u talab spjegazzjoni. L-Ambaxxatur ta’ Malta ġie assikurat li inċident bħal dan qatt ma messu nqala', li l-protesta tiegħu kienet leġittima, u ġie mwiegħed li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan kien sejjer jitlob kjarifika mill-Forzi Armati.
Ambaxxatur ta’ Malta kellu laqgha ġewwa l-Knesset, il-Parlament Iżraeljan, mad-Deputata Orli Levi-Abekasis, ‘
Chair
’ tal-Grupp ta’ membri tal-Knesset li jagħmlu parti mill-Għaqda Parlamentari ta’ Ħbiberija Iżrael-Malta. L-Ambaxxatur ta’ Maltia qajjem il-każ ta’ Bianca Zammit u rrefera għan-
Note Verbale
ta’ kundanna tal-Gvern Malti. Is-Sinjura Levi-Abekasis esprimiet is-simpatija tagħha lejn Bianca Zammit u, waqt li tenniet li inċident bħal dan qatt ma messu nqala, qalet li kienet sejra issegwi mill-qrip it-talba ta’ Malta għal investigazzjoni.
It-Tlieta filgħaxija l-Ambaxxatur ta' Malta iltaqa’ ukoll mal-Presidenza Spanjola u mal-Ambaxxatur tal-UE għal Izrael. Il-Presidenza tenniet li kienet sejra titlob spjegazzjoni mill-awtoritajiet Iżraeljani.
It-Tlieta wkoll is-Segretarju Permanent fil-Ministeru tiegħi kellha laqgħa ma’ l-Ambaxxatur ta’ l-Israel għall-Malta fejn wasslet l-istess messaġġ ta’ protesta u wkoll is-sejħa għal investigazzjoni fuq l-inċident.
Ninsab infurmat mill-Ambaxxatur ta’ Malta, li kif kien imwiegħed, l-Erbgħa, 28 ta’ April saret laqgħa tal-Kapijiet tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Ġerusalem, li iddeċidew li ssir investigazzjoni sħiħa fuq l-inċident.
Il-Ħamis, il-Presidenza Spanjola ikkonfermat li l-Awtoriatajiet Iżraeljani nfurmawha li qed issir investigazzjoni sħiħa.
L-Ambaxxatur ta’ Malta se jkompli jinfurmani bi zviluppi.