Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla - Binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali li tinsab Bormla humiex qed ikomplu? Jekk le, jista’ jindika r-raġunijiet għaliex ix-xogħol twaqqaf, u meta hu mistenni li jerġa’ jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’Bormla bħalissa jinsabu sospiżi u huma mistennija li jitkomplu fi żmien li ġej.

ARUC – Rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34136 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li r-rapport operattiv annwali ġie mħejji mill-Awtorità skont kif previst fil-Kap. 628 tal-Liġijiet ta’ Malta. Intant, ninsab infurmat wkoll li l-kontijiet annwali tal-istess Awtorita’ qiegħdin fi stadju ta’ konklużjoni u ser ikunu qed jiġu ppreżentati quddiem din il-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li illum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Aċċessibilita’ - Dar Residenzjali - Kriterji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li persuna trid tissodisfa biex tkun eleġibbli għall-ħlas tal-ispiża relatata mal-aċċessibilità fid-dar residenzjali tagħha? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm tibdil f'dawn il-kriterji matul dawn l-aħħar sentejn u jekk iva, x'kien dan it-tibdil u minn meta kien applikabbli?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kriterji sabiex tkun eliġibbli għall-ħlas tal-ispiża relatat mal-aċċessibilità fid-dar residenzjali huwa:- 1. L-applikant irrid ikun sid/inkwilin tar-residenza 2. L-applikant irrid ikun ċittadin ta’ Malta jew l-Unjoni Ewropea 3. L-applikant irrid jagħmel ix-xogħol fir-residenza ordinarja tiegħu 4. L-applikant irrid ikollu diżabilità jew problemi ta’ mobilità. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-kriterji tal-iskema matul l-aħħar sentejn.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fi ħdan id-dekasteru  tiegħi hemm żewġ parkeġġi riservati għall- impjegati b’diżabilità.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Belt Valletta – Struttura ta’ fejn il-funtana tat-Tritoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex tkun tista’ tittella' l-istruttura fejn il-funtana tat-Tritoni u jqiegħed kopja tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll kemm se tiswa’ l-"Immersive Experience Vision 2050" u jekk hijiex ser titħallas mill-privat jew minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-istruttura imsemmija hija maħsuba sabiex isservi ta’ Immersive Experience għal pubbliku dwar Viżjoni Malta 2050. Din l-esperjenza, li ser tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr ebda ħlas għandha l-għan li tqarreb lill-pubbliku ma’ din il-Viżjoni li qed tipproġetta lil Malta sal-2050, permezz ta’ show artistiku u b’teknoloġija li tippermetti lil min iżuraha jimraħ dwar Malta futura. Din l-istruttura hija meqjusa bħala xogħol artistiku u skont il-liġi tal-ippjanar (Subsidiary Legislation 552.08, Class 4 (iv) , din ma ħteġitx permessi mill-istess Awtorita’. Kien meħtieġ biss komunikazzjoni u no objections mill-Kunsill Malti għal-Arti u minn Transport Malta, li ġew miksuba. Il-Budget għal din l-Immersive Experience huwa parti mill-vot allokat għal- Malta Vision 2050 fl-estimi finanzjarji tal-Baġit li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Cannabis Harm Reduction Associations

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha intremiet?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ Garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ Tiswija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33357, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif ġie ngaġġat il-perit tal-proġett u kif intgħażel il-kuntrattur responsabbli għat-tiswija tas-soqfa tal-garaxxijiet fil-Qasam Binja Qlejgħa fl-Imtarfa? Jista' wkoll jispjega r-raġuni għalfejn il-Method Statements ittellgħu fuq is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar reċentement, minkejja li huma datati għal Novembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-periti tal-proġett ġew ingaġġati permezz ta’ direct order, peress li kienu diġà wettqu xogħol sostanzjali fuq l-istess proġett fil-passat mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa. Ix-xogħol imsemmi jifforma parti minn ftehim li l-Awtorità tad-Djar għandha ma’ Infrastructure Malta; għaldaqstant, il-kuntratturi responsabbli mill-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jintgħażlu minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, l-ewwel kuntrattur li kien intgħażel – u li saħansitra l proċessi ta’ selezzjoni kienu waslu fi stadju avvanzat – irrifjuta li jibda bix-xogħlijiet fuq is-sit. Konsegwentement, kien meħtieġ li jintgħażel kuntrattur ġdid, u b’hekk il-proċessi relatati kellhom jerġgħu jibdew mill-ġdid. Din is-sitwazzjoni tispjega għaliex il-Method Statements huma datati Novembru 2025, minkejja li ttellgħu fuq is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar f’data aktar reċenti.

Baġit 2026 - Spiża fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33895 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Is-Siġġiewi - Proġett tal-housing estate - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33805 u jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-housing estate li nbena fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm appartamenti u kemm minnhom huma ta’ kamra tas-sodda waħda (one-bedroom), ta’ żewġt ikmamar tas-sodda (two-bedroom) u ta’ tliet kmamar tas-sodda (three-bedroom) f’dan il-housing estate?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Birkirkara - Triq Ganu - Akkomodazzjoni affordabbli - Proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33691 u 33817 u jgħid fiex wasal il-proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli (affordable housing) għall-anzjani fi Triq Ganu, Birkirkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-art fi Triq Ganu, Birkirkara ġiet trasferita lill-Awtorità tad-Djar mingħand l-Awtorità tal-Artijiet is-sena li għaddiet. Rigward il-proġett is-Segretarju Parlamentari għadu qed jevalwa liema direzzjoni l-aħjar li jieħu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu  għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni , inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 32811.