Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti fl-aħħar sena akkużata b'reat ta' serq? Kemm minn dawn il-perusni akkużati tressqu b'arrest u kemm biċ-ċitazzjonijiet u għal liema raġunijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 600 persuna li tressqet quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' serq, 385 minnhom tressqu b'arrest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-aħħar sena u kemm-il persuna nstabet ħatja fl-aħħar sena bir-reati taħt l-artikoli 95 u 96 tal-Kodiċi Kriminali, li jirrigwardaw aggressjoni fuq uffiċjal pubbliku u x'kienu l-pieni li ngħataw? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu bl-arrest u kemm biċ-ċitazzjoni u kemm minn dawk li tressqu bl-arrest ingħataw bail fil-preżentata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 270 persuna li tressqet quddiem il-Qorti fuq akkużi, fost oħrajn, taht l-artikoli 95 u 96 tal-Kodiċi Kriminali, 164 minn dawn tressqu bl-arrest u 106 b'ċitazzjoni. Minn dawk li tressqu bl-arrest, 51 ingħataw il-liberta' proviżorja, filwaqt li kien hemm 61 li ġew deċiżi mal-preżentata.
Infurmat ukoll illi matul l-istess sena kien hemm 134 persuna li kienet misjuba ħatja fuq akkużi taħt dawn l-istess artikoli. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, multa, sentenza sospiża ta’ priġunerija, ordni ta’
probation,
ordni għall-liberazzjoni taħt kondizzjoni, obligazzjoni taħt l-Artikolu 383 Kap 9, u ċanfira jew twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-aħħar sentejn akkużata bi tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità Maltija? Jista' jgħid x'kienu l-pieni li ġew inflitti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar sentejn kien hemm 197 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti għal 1,403 darba fuq akkużi relatati ma' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. Dawn kienu ta’ nazzjonalita' Maltija, għajr għal persuna waħda. Is-sentenzi mogħtija fil-każi deċizi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, liberta' kundizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fixed point duty qiegħda tagħmel fil-preżent il-Pulizija? Kemm minn dawn isiru matul il-ġurnata kollha? Kemm minn dawn isiru bil-lejl biss?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 20 il- pointfejn issir għassa statika mill-Pulizija. 9 huma l-ġurnata kollha (x24) u 6 bil-lejl biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-qorti b'akkuża ta' prostituzzjoni matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni akkużati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011, kien hemm 92 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 634 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, skont kif jidher fit-tabella:-
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwis su
Settembru
Ottubru
49
52
74
84
53
68
40
96
46
72
Infurmat ukoll illi dawn il-persuni kienu minn dawn minn dawn il-lokalitajiet:-
Birgu
Ħamrun
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Birkirkara
Isla
Raħal Ġdid
Sta Venera
Birżebbuġia
Kalkara
Qormi
Valletta
Bormla
Marsa
San Ġwann
Żabbar
Fgura
Marsaskala
Santa Lucia
Żebbuġ
Floriana
Marsaxlokk
Sliema
Żejtun
Gżira
Nadur
San Ġiljan
Żurrieq
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-Pulizija għadha mingħajr is-sistema PIRS II? Liema huma dawn l-għases?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 36 Għassa li għadha bla sistema kompjuterizzata PIRS II. Dawn huma s-segwenti:-
Tarxien
Mqabba
Għarghur
Għarb
Għasri
Birgu
Qrendi
Mġarr
Marsalforn
San Lawrenz
Isla
Safi
Għadira
Żebbuġ
Fontana
Kalkara
Kirkop
Ċirkewwa
Sannat
Munxar
Xgħajra
Sta. Venera
Xagħra
Qala
Għaxaq
Dingli
Nadur
Għajnsielem
Gudja
Mdina
Xewkija
Xlendi
M’Xlokk
Attard
Kemmuna
Kerċem
Huwa l-ħsieb tal-Korp li fil-futur tiżdied din is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu spetturi ġodda fis-sena korrenti 2011? Kemm minn dawn l-ispetturi l-ġodda laħqu minn barra l-Korp u kemm laħqu internament minn ġol-Korp stess? Fejn ġew imqassma dawn l-ispetturi ġodda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-2011 ġew appuntati 31 persuna fil-grad ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija, 23 kienu diġa' qed iservu fil-Korp filwaqt li 8 daħlu minn barra l-Korp. Infurmat ukoll illi 21 ġew stazzjonati fid-Distretti u 10 fit Taqsimiet Speċjalizzati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30909 dwar il-latrina pubblika fil-pjazza tal-Mosta, jista' l-Ministru jgħid:
a) s'issa sad-9 ta' Diċembru 2011 kemm tħallsu f'pagamenti għal
direct order
temporanja li ġiet mogħtija mill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex tinżamm miftuħa l-latrina pubblika fil-pjazza;
b) kemm hemm persuni li se jitħallsu dan il-pagament;
ċ) min huma l-persuni li tħallsu għal dan is-servizz;
d) huwa skont il-liġi tal-kunsilli lokali li kunsill jagħti direct order għal xhur sħaħ;
e) dan id-direct order li kellu jkun temporanju, kemm qed iservi f'termini ta' ġimgħat;
f) il-pagamenti li saru għal dan id-direct order huma pagamenti legali jew huma pagamenti illegali; u
g) id-dipartiment responsabbli mill-kunsill lokali qed iżomm xi investigazzjoni dwar l-għoti ta' dan id-direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li sad-9 ta’ Diċembru 2011 il-Kunsill Lokali tal-Mosta ħallas €3,897.50 f’pagamenti għal direct order temporanju sabiex jinżammu miftuħa it-tliet latrini pubbliċi fil-pjazza tal-Mosta. Qed ngħaddi d-dettalji tal=persuna li qed titħallas dan il-pagament b'mod kunfidenzjali lill-Membru.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Mosta kellu l-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jingħata d-
direct order
b’mod temporanju fid-dawl tal-iġene u l-urġenza tal-każ, sakemm tkun solvuta l-problema tal-aġġudikazzjoni. Dan id-
direct order
issa ilu fis-seħħ mill-10 ta’ Settembru 2011.
Jidher iżda li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għadu qed isib problemi bejn il-Kunsillieri dwar il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-
tender
taż-żamma u t-tindif tal-latrina konċernata. Għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta struzzjonijiet ċari lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex, itemm id-
direct order
nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012.
Id-Dipartiment ta struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex minn din il-ġurnata, jiġifieri mit-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012, jassenja ħaddiem tal-IPSL milli diġa għandu assenjat miegħu biex jieħu ħsieb biss il-latrina in kwistjoni sakemm jispiċċa l-proċess tat-
tender
u jidħol fis-seħħ il-kuntratt il-ġdid li jingħata mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati vetturi għall-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2011? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda u kemm minn dawn kienu second hand? Kif ġew imqassma dawn il-vetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra ġew ordnati 42 vettura. Infurmat ukoll illi dawn il-vetturi kienu kollha ġodda u għadhom ma ġewx assenjati.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal sabiex l-ispetturi l-ġodda stazzjonati fid-distretti qed jattendu l-qorti libsin ta' pajżana, meta mbagħad l-istess spetturi mhux qed jitħallsu l-benefiċċju dovut lilhom talli jilbsu pajżana?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija ma teżistix xi tip ta’ clothing allowance. L-Ispetturi li jaħdmu pajżana fi skwadri speċjalizzati jieħdu special duty allowance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom u mhux tal-ilbies.
Infurmat ukoll li l-uniformijiet tal-Ispetturi l-ġodda huma ordnati u għandhom jitqassmu fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji qed jingħataw separatament li kellu licenzja ta' gwardjan privat miżmuma, għadu qed jistenna biex jieħu l-liċenzja lura wara li għamel t-talba fit-22 ta' Settembru 2011? Meta mistennija li ssirlu il-ġustizzja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant kellu l-liċenzja miżmuma peress li kien għaddej proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Issa li dawn il-proċeduri ġew eżawriti ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ġiet proċessata u l-applikant ġie wkoll infurmat li jista’ jmur jiġbor il-liċenzja.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur — Awditjar tal-Kunsilli
Question
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li ftit taż-żmien ilu sar l-awditjar tal-Kunsilli mill-Ufficju Nazzjonali tal-Awditur u kif jaf li l-Kunsilli huma obbligati li sal-21 ta’ Frar ta’ kull sena jissottomettu r-rapport finanzjaru tagħhom cioe:
Fl-2011 kemm kienu l-kunsilli f’Malta u Għawdex li ppreżentaw dawn ir-rapporti lill-Uffiċċju tal-Awditur sal-21 ta’ Frar 2011? Kemm kien hemm kunsilli li ppreżentawhom sal-aħħar ta’ Frar 2011? Kemm kienu l-kunsilli li ppreżentawhom sal-15 ta’ Marzu u kemm kienu l-kunsilli li ppreżentawhom sat-30 ta’ Marzu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fid-dawl li l-Awdituri huma obbligati li jippreżentaw ir-Rapporti Finanzjarji Awditjati ta’ kull kunsill sat-2 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Awdituri, fis-sena 2011 kemm-il rapport awditjat ipprezentaw sa din id-data u ta’ liema kunsilli? Jista' l-Ministru jgħid id-data ta’ meta ġew ppreżentati r-rapporti awditjati tal-kunsilli l-oħra kollha wara t-2 ta’ Mejju? X’inhi r-raġuni li għal kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex ġew ingaġġati 3 ditti tal-awditjar meta l-perjodu biex isir l-awditjar tagħhom huwa biss ta’ 10 ġimgħat ? (21 ta’ Frar sat 2 ta’ Mejju). Kemm kienu d-ditti ta’ l-awditjar ingaġġati biex jagħmlu l-awditjar tal-kunsilli lokali fis-sena 2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka lill-Kunsilli Lokali li ppreżentaw l-unaudited financial statements tagħhom sal-21 u sat-28 ta’ Frar 2011, sal-15 u sat-30 ta’ Marzu 2011 u wara t-30 ta’ Marzu 2011. L-istess tabella telenka wkoll lill-Kunsilli Lokali li ppreżentaw l-audited financial statements mill-awditur sat-2 ta’ Mejju 2011 u wara din il-ġurnata.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awdituri jiġu ngaġġati mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Verifika. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma jkollu u ma għandu ebda sehem fl-għażla u l-ingaġġ tagħhom.
Dawn l-awdituri ntgħażlu wara sejħa għal-offerti li saret mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Verifika kif ukoll dawn jirrispondu lill-istess uffiċċju.
Peress li bosta kunsilli lokali ġew mwaħħla penali għaliex ir-rapporti finanzjarji awditjati tagħhom ġew preżentati mill-Awdituri wara it-2 ta’ Mejju, jista' l- Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli li preżentaw r-rapport finanzjarju tagħhom lill-Awditur sal-21 ta’ Frar 2011 kif titlob il-ligi ? Fil-każ ta’ rapporti mill-Awdituri li ġew preżentati tard ( jiġifieri wara d-data tat-2 ta’ Mejju 2011), għaliex ġew immultati dawk il-kunsilli lokali li preżentaw r-rapport tagħhom sal-21 ta’ Frar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ Memo li spjega eżatt x’jgħidu r-regolamenti finanzjarji u x’għandu jsir. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-Memo. Fi tmiem is-sena li għadha kemm għaddiet id-Dipartiment ukoll ħareġ Memo ieħor simili li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minkejja dan, iżda, kien hemm numru ta’ Kunsilli Lokali li xorta waħda ma żammewx mad-dati stabiliti fir-regolamenti finanzjarji.
Intant, waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31270, ninfurmah li l-Kunsilli Lokali kollha li kellhom xi sottomissjonijiet x’jagħmlu ntalbu biex jagħmlu dan bil-miktub. Dawn is-sottomissjonijiet ġew evalwati. Fejn instabu allegazzjonijiet li kien l-awditur li ssottometta tard l-accounts tal-Kunsill Lokali, id-Dipartiment talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur sabiex jevalwa dawn is-sottomissjonijiet.
Korp tal-Pulizija — Kavallerija - xiri ta' silla taż-żwiemel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Korp tal-Pulizija preċiżament fis-sezzjoni tal-kavallerija qattx kien hemm xi żball fix-xiri tas-silla taż-żwiemel? Jista' jgħid ta' min kien l-iżball u min kien responsabbli meta sar dan l-iżball jekk kien hemm? Jista' jgħid jekk xi ħadd minn dawn responsabbli minkejja dan l-iżball ingħatax promozzjoni? Jista' jgħid jekk ix-xiri tas-silla qed isirx b'tender jew jingħatax b'direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2008 kien beda jiġi diskuss u kkunsidrat jekk kellux ikun hemm tibdil fl-għalf li kien qed jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija.
F’dawn il-laqgħat kien hemm opinjonijiet differenti dwar liema kien l-aħjar għalf. Għaldhekk intalbu l-pariri ta’ diversi veterinarji biex jiġi stabilit l-aħjar dieta li kellha tingħata liż-żwiemel tal-Pulizija. Irriżulta illi l-għalf (silla) li kien qed jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija kien wieħed tajjeb u addatat. Madankollu fuq pariri tal-veterinarji u l-uffiċjali nkarigati minn din it-Taqsima, kien ġie deċiż ukoll li mal-għalf li kien qed jingħata, jibda jingħata wkoll taħlita ta’ felu.
Matul dan il-proċess kien gie innutat li l-Pulizija kienet qed tħallas tal-għalf skont il-prezz tal-aħħar tender u mhux fuq il-kwotazzjoni li kienet intalbet f’Mejju tal-2008, li kienet irħas fil-prezz. Minnufih ittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-ħlas żejjed li kien laħaq sar, dan jinġabar lura skont il-prezz tal-kwotazzjoni l-ġdida.
Wara taħdidiet mal-kuntrattur in kwistjoni, l-ammont ta’ silla żejda li kienet tħallset ġiet irkuprata kollha lura.
Kif spjegat hawn fuq, ma’ jirriżultax li dan kien xi żball ta’ xi persuna jew persuni partikolari, imma konsegwenza ta’ proċess li ħa ftit taż-żmien sabiex jintgħazel liema hu l-aħjar għalf li kellu jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija.
L-għalf taż-żwiemel ġeneralment jinxtara permezz ta’ tender, pero’ kien hemm żmien, partikolarment matul il-proċess fuq imsemmi li dan l-għalf kien inxtara permezz ta’ proċess ta’ kwotazzjonijiet mitluba. Fil-preżent, għadha kif inħarġet tender għax-xiri tal-felu u fil-futur qarib għandha toħorġ tender oħra għax-xiri tas-silla.