La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - ksur ta' Investiment Restrictions
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35703 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-konsegewenzi naturali tar-Rapport tal-istess Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2011 u dak tal-25 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront ta’ Valletta Fund Management Ltd u tal-Bank of Valletta plc dwar il-La Valette Multi Manager Property Fund, fejn l-Awtorità kkonfermat ksur ta’ Investment Restrictions mil-Valletta Fund Management Ltd u ħruġ ta’ Rapporti annwali tal-Kustodju mhux veritjiera anzi li jiżvijjaw lil investituri mill-Bank of Valletta, u liema konkluzjonijet tal-Awtorità ma ġewx appellati, ifisser neċessarjament li l-Prospett Supplementari viġenti ta’ dan il-Fond hu inkorrett, falz, mhux veritjiet, jiżvijja lill-pubbliku u inkonsistenti, in kwantu il-Prospett ma ġiex aġġornat u ppubblikat biex jistqarr li Investment Restriction (vi) inkisret b’mod ripetut u fit-tul u li ħafna mill-fondi sottostanti għadhom fil-fond bi ksur tal-kondizzjoni tal-Prospett sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - MFSA
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35704 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jaf il-Ministru li dan kollu qed iseħħ f’wiċċ l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji u taħt imnieħirha li allura qiegħda turi ruħha bla personalità u impotenti li tinforza r-Regolamenti tagħha stess li jeżiġu li Prospett irid ikollu “the essential elements of which to be kept up to date” sabiex “for investors to make informed judgement about the investment proposed to them”, inkluż informazzjoni dwar “the investment objectives, policies and restrictions of the scheme, together with the extent of use of leverage”?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35705 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jisimha l-kumpanija/joint venture li qed topera s-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-isem tal-joint venture li qed jopera s-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex huwa Gozo Channel Transport Joint Venture.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi solvut għax minkejja li anke l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ikkuntatja lill-Korporazzjoni Enemalta, il-każ għadu ma ġiex solvut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta, irriżulta li s-sena l-oħra kienet intbagħtet ittra mill-Kunsill Lokali sabiex tigi installata din il-bozza. Min-naħa tagħha l-Enemalta talbet lill-Kunsill biex jimla l-formola u jagħti aktar dettalji, iżda dan qatt ma sar min-naħa tal-Kunsill.
Għargħur — Triq Santa Katarina - spiera tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36358 u jara x'jista' jsir peress li fi Triq Santa Katarina, Għargħur allegatament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux dejjem jieħdu ħsieb ibattlu l-ispiera tad-drenaġġ bil-konsegwenza li meta tfur, id-drenaġġ joħroġ fit-triq u kull meta l-kunsill jinduna li qed isir hekk, ninsab nfurmat li jgħarrfukhom dwar dan sabiex tibagħtu l-bowser? Hemm xi pjanijiet biex l-ispiera titqabbad mal-main tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 36310, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsia parlamentari 35699 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “
it has arrived at its conclusions on this matter
”;
b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “
the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year
” bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet 35700 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li statutorjament l-Awtorità twaqqfet bl-iskop, espressament msemmi taħt Artiklu 4 – Funzjonijiet tal-Awtorità - li tipprovdi investment protection liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u li tissodifa l-aspettativi leġittimi ta’ konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji, iżda minflok qiegħda taqdi dan id-dmir, qiegħda minflok, għaliex trid jew inkella għaliex toqgħod għall-pressjonijiet esterni, sservi ta’ tarka minn deċiżjonijiet oħra kontra l-istess Bank of Valletta u l-kapijiet protetti tiegħu wara li dawn diġà instabu mill-istess MFSA ħatja ta’ nuqqasijiet l-aktar serji f’Ġunju 2011 u Jannar 2012 dwar it-tmexxija tal-La Valette Multi Manager Property Fund u bejgħ ta’ prodotti preferred perpetual bħal ta’ Lehman u oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament huwa l-GSA tal-Air Malta ghall-pajjiz li d-dettalji qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' jgħid jekk l-Air Malta tafx li din il-persuna qieghħa taffaċċja proċeduri legali fl-Israel għall-konkorrenza kummerċjali zleali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellat li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620 u 36038, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/
department stores
u
super
u
mini markets
li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu
eco tax
simili;
b) liema kienu;
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għamel użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati ? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba?
Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-
fees
li tħallsu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qiegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu? Kemm hi l-ispiża ta' kull sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.