Università ta' Malta — sospensjoni tal-kollaborazzjoni mas-SIB Laboratories Ltd
Question
Minkejja li l-Università ta' Malta ssospendiet il-kollaborazzjoni tagħhom mas-SIB Labortatories Ltd minħabba l-iskandlu tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ta' Pavia, tista' l-Ministru tgħid għaliex għadha qed tħalli lil din il-kumpanija ġġib il-logo tal-Università fil-website tagħha u l-link għall-Università u għadha qed tingħata l-impressjoni li ma nbidel xejn ma' din il-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università kienet infurmat kemm lil SIB Laboratories Ltd kif ukoll lill-Fondazione Salvatore Maugeri li l-ftehim ta’ kollaborazzjoni magħhom kien ġie sospiż, però sa llum l-Università ma talbitx lil SIB Laboratories Ltd biex tneħħi referenzi dwarha fuq is-sit tagħha peress li l-investigazzjonijiet għadhom pendenti.
Persuna barranija li għandha dritt ta' domiċilju biex tgħix f'Malta — attendenza għall-kors fl-Università
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li persuna barranija li għandha d-dritt ta' domiċilju biex tgħix f'Malta u għandha Karta tal-Identità (A) biex tattendi xi kors l-Università jkollha tħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-università tagħtix korsijiet fl-ingliż lill-barranin li jgħixu Malta u li ma jkollhomx kwalifika bil-għan li jiksbu din il-kwalifika meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, dan isir bi ħlas u jekk iva, tista' tindika kemm huwa l-ħlas li jintalab?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-preżent l-Università ta’ Malta ma toffrix korsijiet fl-Ingliż lill-barranin li jgħixu Malta bil-għan li jiksbu l-kwalifika meħtiega biex ikunu jistgħu jsegwu kors fl- Università.
Il-Malta University Language School, li tagħmel parti mill-Malta University Holding Company, toffri korsijiet fl-Ingliż bil-għan li persuni barranin jiksbu kwalifiki fl-Ingliż, inkluż dawk il-kwalifiki meħtiega f’din il-lingwa biex ikunu jistgħu jsegwu kors fl-Università.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li waqt iż-żmien li kien jagħti konsulenza fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala legal counsel, kellux ukoll xi rapporti kontra tiegħu għand id-Data Protection Commission?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32553, tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-għola livell ta’ edukazzjoni miksub b’suċċess mill-parteċipanti hekk kif inhuma maqsuma skont l-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Università ta’ Malta u l-MCAST iwettqux tracer studies fuq studenti li jkunu gradwaw? Jekk ir-riposta hija fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti li ġew mhejjija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta wettqet tracer studies fuq gradwati fis-snin 2001, 2003, 2005, 2007 u 2009. L-istudju jkun sar fuq studenti li kienu iggradwaw is-sena ta’ qabel.
Ir-rapporti tas-snin 2001, 2003 u 2005 jistgħu jigu aċċessati minn:
http://www.um.edu.mt/sas/graduateresearch
S’issa għadhom ma sarux ‘tracer studies’ dwar il-gradwati li jtemmu korsijiet fl-MCAST. Madankollu, fis-snin li ġejjin hemm il-ħsieb li jsiru ‘tracer studies’ għal studenti li jkunu temmew it-taħriġ tagħhom fil-livelli 4, 5 u 6, bħala parti minn żewġ proġetti tal-MCAST iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-UE, ESF 1.130 ‘Making VET Education more Relative and Attractive’, u ESF 2.139 ‘Increasing Accessibility, Flexibility and Innovation to MCAST Life-Long Learning Course Offer’.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti full-time li gradwaw mill-MCAST fl-2011 u fl-2010, f’liema livell ta’ studju gradwaw u kemm kien fil-bidu l-ammont ta’ studenti li applikaw biex jibdew il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-vakanzi reklamati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sena b’sena mill-2006 ‘l quddiem? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll b’referenza għas-sena 2010 u 2011, liema vakanzi l-korporazzjoni sabet problema biex timla u kemm kienu bħala ammont?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija koperativa li l-ħaddiema qed jilmentaw li mhux jitħallsu u kull meta l-ħaddiema jgħidu lil ta' fuqhom, jgħidilhom li għadu ma ħax il-fondi mingħand il-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi studju fejn juri kemm hawn domanda għaċ-childcare centers? Liema żoni fil-pajjiż l-iktar li għandhom bżonn dawn iċ-childcare centers? X'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar dawn iċ-ċentri? Meta u fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu iktar ċentri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm korsijiet tal-life long learning kemm Malta kif ukoll f'Għawdex u tagħti d-dettalji opportuni inklużi wkoll dettalji ta' kull kors, min jgħallem, kemm hemm studenti, kemm jingħataw sigħat ta' tagħlim u jekk il-premises fejn isiru dawn il-korsijiet jistgħux jintużaw mill-għalliema barra l-ħinijiet tal-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Readers elettorniċi, programmi u equipement għat-tfal li huma visually impaired
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm readers elettroniċi, programmi u equipment ieħor fl-iskejjel tagħna għat-tfal li huma visually impaired u tgħid f'liema skejjel qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Translation tools għall-impairment jew learning difficulty
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il gvern akkwista programmi edukattivi fosthom ukoll dak li għandhom translation tools skont l-impairment jew learning difficulty f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena rispettivament u tagħti d-dettalji rispettivi u tgħid mil-liema skejjel jiġu utilizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara jekk it-tifla ta' tliet snin li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tistax tibda tmur l-iskola tal-Fgura minflok dik ta' Ħal Tarxien peress li ommha tixtieq terġa' toħroġ taħdem u b'hekk oħtha tkun tista' tieħu ħsieb lil din it-tifla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Omm it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ċemplet l-uffiċċju tal-Prinċipal titlob informazzjoni rigward ir-reġistrazzjoni ta’ bintha ta’ tliet snin fl-iskola Primarja A tal-Fgura.
Peress li din il-familja toqgħod Ħal Tarxien, l-uffiċċju tal-Prinċipal ma setax jaċċetta din it-talba peress li ma taqax taħt xi waħda mill-kriterji għat-trasferimenti minn skola għal oħra jew minn kulleġġ għal ieħor kif stabbilit mid-Direttorat tal-Edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies qed jirreġistraw għax-xogħol, kemm ilhom, x'età għandhom u x'livell ta' edukazzjoni għandhom? Għal-liema xogħlijiet kienu qed jirreġistraw fl-aħħar ta' April 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nisa fid-dinja tax-xogħol f'Malta u f'Għawdex? Kemm huwa proġettat li din il-figura attwalment tista' tikber u x'tip ta' taħriġ jeżisti għal dawk in-nisa li jixtiequ jingaġġaw ruħhom fid-dinja tax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ u tibda topera ċ-Childcare Centre fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, peress li dan iċ-childcare centre mhux wieħed li se jinfetaħ mill-Ministeru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn Childcare Centers joperaw matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? F'liema żona kienu? Kemm kellhom kapaċità li jieħdu tfal u kemm attwalment ħadu tfal u kemm iridu jħallsu l-ġenituri biex jkunu jistgħu jieħdu t-tfal tagħhom f'dawn ċ-Childcare Centers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Farruġ — ħlas għat-trasport biex tfal imorru summer school
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tfal ta' Ħal Farruġ li jkunu jixtiequ jmorru s-summer school fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa, ikollhom iħallsu għat-trasport? Tista' tgħid jekk hix se tieħu passi sabiex tipprovdi trasport b'xejn għal dawn it-tfal minn Ħal Farruġ li jixtiequ din is-sena jmorru SkolaSajf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul il-programm ta’ Skolasajf l-ebda student mill-ebda skola tal-mainstream ma jkollu trasport ipprovdut mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol.