Ministeru tal-Edukazzjoni, Università u dipartimenti oħra — Skrivana part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk u kemm kellhom bżonn skrivani part-time għas-sajf biss mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Università jew xi dipartiment ieħor? Tista' tgħid xi kwalifikazzjonijiet kellhom il-persuni li applikaw għal dawn il-postijiet u xi kwalifiki ntalbu sabiex ikunu jistgħu jidħlu impjegati f'dawn il-jobs? Tista' tgħid x'paga ingħatat għal dawn il-jobs u kemm irid jaħdem sigħat fil-ġimgħa kull skrivan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jew ġie jiswa s-sett tal-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services u min huwa l-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sett il-ġdid li nbena fil-PBS juża’ teknoloġija li tippermetti l-użu tiegħu għal programmi oħra minbarra l-aħbarijiet. Infatti, mill-istess sett tal-aħbarijiet bħalissa qed jixxandar Breakfast Show kuljum, Dissett u Kontrattak li jammontaw għal aktar minn 20 siegħa ta’ xandir fil-ġimgħa. Il-kuntrattur bl-orħos offerta wara sejħa pubblika kien Vassallo Joiners. Is-sett ġie jiswa €98,700 li 80% minnhom, jiġifieri €78,960, se jkunu ffinanzjati mid-dħul tar-reklami tal-istess kumpanija.
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm inħolqu impjiegi ġodda f'kull sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 li fiha tispeċifika f'liema settur inħolqu l-impjiegi ġodda, b'kemm u liema kienu l-entitajiet li żiedu impjiegi ġodda? Tista' tgħid ukoll b'kemm salarju ġew impjegati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti tal-MCAST li weħlu darba, darbtejn fl-eżami tal-Higher National Diploma u ħallewhom jagħmlu t-tielet resit biex jidħlu għal kors f'livell universitarju fl-MCAST stess? F'liema istituti huma dawn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ studenti tal-MCAST li weħlu darbtejn fl-eżami tal-Higher National Diploma u tħallew jagħmlu resit biex jingħataw ċans ieħor biex ikomplu l-istudji tagħhom b’kors ta’ lawrja vokazzjonali (degree) ta’ Livell 6 fl-MCAST stess kien ta’ 54.
Normalment dawk l-istudenti li jeħlu mit-tieni ċans ikollhom jirrepetu il-
module
b’attendenza. Minħabba li s-sillabi internazzjonali tal-BTEC inbidlu sostanzjalment fi żmien qasir u dan seta’ ħoloq diffikultajiet għall-istudenti, l-MCAST iddeċieda li jagħti opportunita oħra lill-istudenti billi jagħtihom ċans ieħor biex jagħmlu l-eżami u jekk jgħaddu jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom.
L-istudenti li jixtiequ jkomplu għal kors tal-lawrija għandu jkollhom ħames marki fil-livell ta’ Merit
,
kif jipprevedu r-regolamenti.
In-numru ta’ student li kellhom
resit
qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-MCAST din is-sena kien hemm studenti li ngħataw 15-il jum biss biex jagħmlu r-resits tagħhom meta fis-snin ta' qabel l-istudenti kienu ngħataw iċ-ċans li jagħmlu mill-ġdid il-unit li weħlu fih, kien ikollhom il-lectures u t-tutorial fih u kien ikollohom semester sħiħ biex jagħmlu r-resits u mhux 15-il jum biss? Għaliex l-istudenti li għamlu r-resits din is-sena ġew stmati agħar mis-snin ta' qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-regolamenti tal-MCAST jippermetti lill-istudenti li jeħlu minn xi assignment żewġ attentati biex jerġgħu jagħmlu l-eżami u jiksbu l-marka meħtieġa biex jgħaddu mill-module. F’każ li jeħlu jkollhom id-dritt li jirrepetu l-module mill-ġdid b’attendenza.
Peress li fl 2010 l-organizzazzjoni internazzjonali tal-kwalifiċi Edexcel/BTEC li l-MCAST toffri f’Malta informat lill-MCAST li s-sillabi kienu se jinbidlu b’oħrajn ġodda il-Kunsill tal-MCAST, wara diskussjoni, iddeċieda li joffri opportunità ta’ darba lill-istudenti kollha li kienu effetwati b’dan it-tibdil biex jingħataw it-tielet opportunità sabiex jakkwistaw il-kwalifika u jkomplu bl-istudji tagħhom.
L-istudenti kollha ngħataw
feedback
bil-miktub dwar fejn u għaliex weħlu mill-
assignments
u kienu iggwidati dwar x’kien jonqos isir biex jersqu għat-tielet attentat b’suċċess.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti din is-sena f'kull istitut tal-MCAST li kellhom jagħmlu r-resits? Kemm minnhom għaddew wara dawn ir-resits?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sens jagħmel li minħabba nuqqas ta' ppjanar fl-MCAST lecturers jgħidulhom xahrejn biss qabel li se jibdew jgħallmu sillabu ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba ċirkostanzi li l-kulleġġ m’għandux kontroll fuqhom, il-Bordijiet tal-eżamijiet għall-kwalifiċi barranin li joffri l-MCAST minn żmien għal żmien jirtiraw sillabi u jibdluhom ma’ oħrajn iktar moderni u attwali. Dawn is-sillabi jiġu ppubblikati malli l-Bord konċernat jikseb l-approvazzjoni tal-awtorita kompetenti fil-pajjiz tal-oriġini u għaldaqstant il-kontenut ma jkunx magħruf sakemm dan jiġi rilaxxat. L-MCAST jagħmel ħiltu biex jikseb kopji draft ta’ sillabi ġodda qabel ma’ dawn ikunu ppubblikati uffiċjalment, iżda dan mhux dejjem ikun possibbli jekk id-diskussjonijiet mal-awtorità kompetenti jkunu għadhom għaddejjin.
Madankollu, kull meta jsir dan it-tibdil, l-MCAST jiżgura li l-istaff akkademiku u amministrattiv jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa biex l-introduzzjoni tas-sillabi ġodda ma joħolqux inkonvenjenti bla bżonn lill-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istituti tal-MCAST għandhom kordinaturi għall-programmi tad-degrees li qed jiġu injorati meta jitfasslu l-programmi tad-degrees u x-xogħol tagħhom jitwarrab?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull program ta’ livell 6 (jiġifieri programmi ta’ baċellerat fl-arti jew fix-xjenzi), għandu koordinatur fl-Istitut fejn ikun qed jiġi implimentat il-programm jew programmi fl-istess livell.
Ix-xogħol tal-koordinatur huwa dan li ġej: (a) li jkun involut fl-amministrazzjoni meħtieġa sabiex f’kull fażi jkun hemm l-aħjar kontribuzzjoni tal-istaff fit-tfassil u fl-iżvilupp tas-sillabu u fil-materjal konness mal-istess programm (dan iseħħ f’kollaborazzjoni diretta mal-lekċerers magħżula minn Fraunhofer, il-
partners
tal-MCAST fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-korsijiet; (b) jgħaddi l-
feedback
kollu tal-istaff involut fl-implementazzjoni tal-programmi f’livell 6 lil
leader
tal-proġett ESF 1.36 (li qed jiffinanzja l-introduzzjoni ta’ dawn il-programmi) sabiex dan jgħaddih lill-persuni responsabbli għand Fraunhofer, (ċ) jara li l-istudenti qed jimxu skond ir-regolamenti u l-linji gwida li jinħarġu mill-MCAST sabiex dawn jagħmlu l-progress mistenni u jtemmu l-programm tagħhom b’suċċess; (d) ikun il-punt ta’ referenza bejn l-MCAST u l-Istitut li jirrappreżenta; u (e) iġib b’mod immedjat għall-attenzjoni tal-MCAST materji li jkun jeħtieġu attenzjoni.
Fil-biċċa l-kbira assoluta tal-każi meta l-koordinaturi jagħtu l-
feedback
tagħhom, Fraunhofer jagħtu kas u anki jintegraw dan il-
feedback
fil-materjal finali li jkun ukoll
quality assured
. Meta dan ma jiġrix, l-MCAST tiġbed l-attenzjoni ta’ Fraunhofer sabiex tiddiskuti u finalment l-affarijiet isiru fid-dawl tal-proċess ta’ konsultazzjoni kif maqbul bejn iż-żewġ naħat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li daħlu f'xi kors, livell b'livell fl-MCAST fis-sena 2010-2011 u 2011-2012? Kemm minnhom kienu ġejjin mill-Università u kemm minnhom mill-Junior College?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara fiex waslet l-applikazzjoni għall-bdil ta' residenza ta' individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatmanent, li applika tmien snin ilu minħabba li kien tah heart attack?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar tifhem sew is-sitwazzjoni tal-applikant u qegħda tipprova tiddentifika post alternattiv li jkun adattat għalih. Ta’ min jgħid li biex ngħinu aktar lill-inkwilini f’residenzi tal-gvern li jkun iridu jpartu r-residenza tagħhom, l-Awtorità tad-Djar ppubblikat lista ta’ persuni interessati f’tpartit fuq il-website tagħha.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27937, tista' l-Ministru tispjega kif l-ammont totali msemmi bħala EPSO contribution għall-2009/2010 għal Public Broadcasting Services qed tiġi indikata l-figura ta' €1,691,940, filwaqt li meta kienet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 6614 kienet qalet li l-Public Broadcasting Services għandhom direzzjoni kif bejn Ottubru 2009 sa Settembru 2010 kellhom jintużaw il-€1,164,687 li ġew allokati lill-Public Broadcasting Services bħala EPSO? Tista' tagħti spjegazzjoni għal din id-diskrepanza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif stipulat fit-tweġiba imsemmija tal-mistoqsija parlamentari 6614, iċ-ċifri kienu indikattivi u mhux finali waqt li ċ-cċfra mogħtija fir-risposta tal-mistoqsija numru 27937 hija ċ-ċifra finali li tirrifletti l-infieq sħiħ wara l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Tista' l-Ministru tispjega kif filwaqt li l-istazzjonijiet privati tat-televiżjoni offrew is-servizzi tagħhom għal waqt iż-żjara tal-Papa mingħajr ħlas, l-istazzjon nazzjonali tħallas is-somma ta' €95,650 li ttieħdu mill-fond tal-EPSO?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS bħala l-Istazzon Nazzjonali kellha r-rwol ta’ host broadcaster u għalhekk kellha tikkordina mal-European Broadcasting Union, kif ukoll mal-istazzjonijiet kollha lokali u barranin biex iż-żjara tal-Papa tixxandar live f’70 pajjiż madwar id-dinja minn kull lokalita f’Malta. B’riżultat ta’ dan il-PBS kellha tidħol fi spejjeż ta’ kiri ta’ ħafna apparat li kien meħtieġ għal dan il-għan.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27937, tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni taħt is-sezzjoni ta' programmi li xxandru fuq TVM meqjusa bħala programmi ta' ġrajjiet kurrenti hemm imniżżel biss il-programm Dissett? Fil-perjodu msemmi, TVM xandar programmi oħra ta’ diskussjoni u/jew ġrajjiet kurrenti u jekk fl-affermattiv, kif jiġi spjegat il-fatt li dawn mhux qed jidhru f’din il-lista minkejja li huma prodotti minn kumpanija tal-produzzjoni tal-programmi u mhux in-house production?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lista li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhix il-lista tal-programmi kollha li jixxandru fuq TVM, iżda l-lista li għalihom ġew allokati fondi EPSO (Pubbliċi). Il-programm Dissett kien l-uniku program ta’ ġrajjiet kurrenti li għalih ingħataw fondi EPSO. L-ebda program ieħor ta’ ġrajjiet kurrenti ma ngħata fondi pubbliċi u għalhekk jissemma Dissett biss fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27937.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha u/jew il-Kunsill Malti għall-Isport kenux mgħarrfa minn qabel li l-korsa temporanja tal-karting li hemm ġewwa Ħal Far fi triq li ma tinfed għal imkien u li tintuża mill-Island Karting Club nhar ta' Sibt u Ħadd xi drabi matul is-sena kellha tingħalaq? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk il-Ministeru tagħha għamilx xi ħaġa biex jipprova jtawwal iż-żmien li l-Island Karting Club ikun jista' jkompli jagħmel użu minn din it-triq li ma tinfed għal imkien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istess Island Karting Klabb u l-Malta Motorsport Federation infurmaw lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Malti għall-Isport dwar il-fatt li l-korsa kienet se tingħalaq f’Jannar ta’ sentejn ilu, iġifieri f’Jannar 2009. Dak iż-żmien is-Segretarjat Parlamentari laqqa l-partijiet kollha konċernati mal-Malta Industrial Parks u ntalbet konċessjoni biex minkejja li ma hemmx titlu, jibqa’ jsir użu mill-art sa Settembru 2010, minħabba li l-Island Karting Club kien qed jippjana li sa dakinhar ikun lesta l-korsa tiegħu fuq art li kien ingħata mill-gvern fis-sena 2002.
Meta wieħed jiftakar li fis-7 ta' Awwissu, il-Prim Ministru inawgura l-ground tal-football fil-Għargħur u fil-11 t'Awwissu l-Prim Ministru inawgura l-Exiles Sports Club f'Tas-Sliema, u kien rapportat li qal li l-faċilitajiet tal-isport qegħdin fiċ-ċentru tal-għan tal-gvern li jippromovi l-isport, tista' l-Ministru tgħid kif tispjega li f'inqas minn xahar l-unika post li kellhom l-Island Karting Club fejn jorganizzaw l-attivitajiet sportivi tagħhom ingħalaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-isport huwa tassew fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern. Dan jista’ jixhdu in-numru kbir ta’ skemi u ta’ inizjattivi li ġew imnedija matul dawn l-aħħar tlett snin. F’din l-aħħar sena biss il-Gvern ikkommetta ruħu li jissieħeb mal-Malta Football Association biex isiru, mhux biss il-grawnd tal-Għargħur, iżda 16-il grawnd tal-futbol ġdid. L-inizjattivi fin-naħa tal-motorsport ukoll ma kienux neqsin.
Jirriżulta li l-Island Karting Club kien qed jokkupa propjeta tal-Malta Industrial Parks mingħajr ma kellu titlu fuqha. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet sportivi jista' joffri l-Gvern lill-Island Karting Club għall-isport tagħhom sakemm il-korsa l-ġdida tkun f'pożizzjoni li tista' tintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Malta Motorsport Federation biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi għal dawk id-dilettanti li kienu jipprattikaw l-isport tagħhom, mingħajr titlu, fiż-żona ta’ Ħal Far fuq proprjetà tal-Malta Industrial Parks.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li bdew xi kors fl-Università, għas-sena akkademika li qegħdin fiha, li ġejjin minn kull wieħed mill-irħula li jagħmlu parti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika ta' studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż? X'tip ta' għajnuna tingħata lil dawn l-istudenti mid-Dipartiment u mill-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena akkademika 2010/11, intbagħtu total ta’ 199 student mill-Università ta’ Malta għal perjodi qosra ta’ tagħlim, taħriġ jew riċerka f’universitajiet barranin kemm fl-Ewropa u kif ukoll f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u l-Ġappun.
Total ta’ 192 student ibbenefikaw mid-Direct Exchange Programme li kien iffinanzjat mill-Ministeru tal–Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Kull wieħed minn dawn l-istudenti rċieva 300 euro kull xahar għal massimu ta’ 4 xhur.
Total ta’ 7 studenti bbenefikaw mill-iStudent International Exchange Programme li huwa ffinanzjat mill-Università nnifisha u jagħti opportunità lil studenti fl-Università ta’ Malta li jqattgħu perjodu ta’ studju f’universitajiet barra mill-Unjoni Ewropea. Kull wieħed minn dawn l-istudenti ngħata borża ta’ studju li tvarja bejn il-500 u l-2000 euro għal perjodu sħiħ ta’ skambju.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja iżomm statistika ta’ studenti li jieħdu borża ta’ studju biex jistudjaw barra minn Malta. L-għajnuna li tingħata lill-istudenti hi skont ir-regolamenti tal-boroż ta’ studju. Din l-għajnuna tvarja skont is-sena meta l-istudent ikun applika għall-borża ta’ studju kif ukoll skont l-iskema li għaliha jkun applika, (MGSS, STEPS jew Malta Arts Scholarships).
Skemi ta’ Boroż ta’ Studju
STEPS
MGSS Undgergraduate
MGSS Postgraduate
Malta Arts Scholarships
Numru ta’ student
i li studjaw barra l-pajjiż
270 (mill-2009)
302 (mill-2008)
105 (mill-2006)
13 (fl-2010)
Il-Ministeru ma jkollux informazzjoni dwar studenti li jmorru jistudjaw barra minn Malta fuq bażi personali.