Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti t'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga separatament u jindika l-età u s-sess tal-persuni mressqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 u l-2010 il-Pulizija ressqet 15-il persuna quddiem il-Qorti t’Għawdex fuq każijiet ta’ traffikar ta’ droga u 23 persuna fuq pussess ta’ droga. L-età tal-akkużati kienet tvarja bejn is-16 u l-57 sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa persuni li jridu jireġistraw fl-għassa kuljum jew b'xi frekwenza oħra, minħabba li għandhom akkużi pendenti, jew qegħdin fuq probation bħalissa u li jridu jirreġistraw fl-għassa ta' Buġibba/Qawra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 112-il persuna li jridu jirrapurtaw l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra/Buġibbba fuq ordni tal-Qorti.

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti fl-għassa tal-Qawra dwar allegat storbju minn bars jew postijiet oħra, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm erba' rapporti fl-Għassa tal-Qawra dwar daqq ta' mużika b'volum għoli ġewwa bars.

Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-detention services jiġu msakkra ġewwa flimkien mal-immigranti illegali għal tnax-il siegħa sħaħ bir-riskji kollha li dan iġib miegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ordnijiet dwar assenjazzjoni ta’ xogħol, inkluż, l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-Detention Service jidħlu jagħmlu għassa ġewwa flimkien mal-immigranti illegali , jingħataw mill-Kmandant tas-Servizz tad-Detenzjoni.

Jista' l-Ministru jgħid għaliex membri tad-detention services qed jiġu mġiegħla jidħlu jagħmlu għassa ġewwa flimkien mal-immigranti illegali, u dan għal tnax-il siegħa sħaħ? Jaf li dawn qed ikunu litteralment imsakkrin ġewwa flimkien mal-immigranti illegali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi membri tad-Detention Service jiġu mqabbda jagħmlu xogħol kif meħtieġ skont it-termini u kundizzjonijiet kif stabbiliti fis-Sejħiet għall-Applikazzjonijiet għal Uffiċjali Temporanji fis-Servizz tad-Detenzjoni li ħarġu minn żmien għal żmien. Tali xogħol jinkludi għassa ġewwa flimkien mall-immigranti illegali li qed jirreferi ghalih l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali jagħmlu sagħtejn għassa ġewwa u siegħa mistrieħ għal diversi drabi matul ġurnata xogħol ta’ tnax-il siegħa.

Korp tal-Pulizija — interviews għal grad ta' maġġuri
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tar-riżultati tal-interviews li saru għall-maġġuri fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew promossi għall-Maġġuri kienu is-segwenti:
Agius Martin J
Critien Robert
Bartolo Marvin
Cutajar Anthony
Bonello Carmel
Dalli Edgar
Bonnici Patrick
Everest Robert
Borg Joseph
Mulvaney Michael
Buttigieg Victor
Schembri Geoffrey
Camilleri Dunstan
Scicluna Brian
Camilleri John Mary
Seychell Francis
Cassar John
Vella Raymond

Korp tal-Pulizija — Fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea għall-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-lum? Kif kienu maqsuma dawn il-fondi, jekk kien hemm fondi, sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proġetti li saru mill-Korp tal-Pulizija li kienu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sallum kien kif jidher fuq it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda r-reklutaġġ tal-kadetti għall-grad ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija? Kemm-il persuna għaddiet biex tibda dan ir-reklutaġġ? Kemm minnhom ġew magħżula minn ġewwa l-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom ġew magħżula minn barra l-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 38 persuna li qed jattendu kors fl-Akkademja tal-Pulizija għall-promozzjoni ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn 12 huma minn barra l-Korp.

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm fil-preżent stazzjonati fil-Prosecution Unit tal-Korp tal-Pulizija? Hemm ħsieb li din il-unit tibda tmexxi l-prosekuzzjonijiet fil-Qorti fejn dawn ikunu jridu jsiru mill-Pulizija? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dan jibda jsir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda Taqsima fi ħdan il-Korp bl-isem ta’ Prosecutions Unit. Hemm sezzjoni li hija magħrufa bħala Legal Office, fejn hemm stazzjonati Assistant Kummissarju, Supretendent u Spettur. Għalissa m’hemm l-ebda ħsieb li dan l-uffiċċju jibda jmexxi l-prosekuzzjonijiet tal-Pulizija quddiem il-Qorti.

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati separazzjonijiet mis-sena 1980 sal-2010 kull sena separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress illi r-reġistrar tas-separazzjonijiet isir fir-Reġistru Pubbliku, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpllant, kien ħareġ ċertifikat tal-mewt provvissorju stante li r-rapport finali mill-esperti nominati mill-Qorti għadu mhux konkluż.