Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-annex il-ġdid tal-Qorti hux mistenni li jibda jintuża wkoll għal skop ta' awli tal-Maġistrati/Mħallfin? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li jekk qed jirreferi għall-binja li hemm fi Triq id-Dejqa li se sservi bħala l-Qorti tal-Familja ‘l ġdida minflok dik eżistenti, il-ħsieb huwa li jkun fiha kemm awli kif ukoll sigrieti għal dawk il-Ġudikanti, Maġistrati u Mħallfin, li jkunu qegħdin jippresjedu kawżi tal-Familja.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jgħixu f'fond li ġie mogħti mill-gvern u l-kċina tinsab fil-kantina?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Huma jikru post mill-privat u qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha li nxtrat l-iscanner li twaħħlet il-Qort t'Għawdex? Għaliex ma baqgħex tintuża l-Qrorti ta' Malta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Ministeru tal-Gustizzja ntalab joffri l-assitenza tieghu u pprovda scanner li ftit tax-xhur ilu nbidlet ma’ ohra akbar fil-Qorti ta Malta. Din l-iscanner kienet inxtrat fl-1995 u nbdilet ma’ wahda akbar minhabba l-volum qawwi ta’ nies li jidhlu fil-Qorti ta’ Malta.
Infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Qorti t’Ghawdex qed tuza din l-iscanner b’ mod temporanju sakemm tinxtara scanner gdida. Infurmat ukoll illi kull min qed jidhol l-Qorti t’Ghawdex qed jghaddi minn din l-iscanner kif ukoll jigi frisked b’hand held metal detectors. Issir tfittxija manwali wkoll fil-basktijiet.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — sussidju
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34988, jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-ċekk, għax din is-sinjura ilha ġimgħat li bagħtet l-irċevuta msemmija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi s-Sinjuri in kwestjoni ghandha tircievi c-cekk sa tmiem din il-Gimgha peress illi damet ma pproduciet l-informazzjoni mitluba (minbarra l-ircevuta), mill-Kummissjoni sabiex ikun jista’ jinhareg l-imsemmi cekk.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ikun jista' jkun sid ta' daru wara li żmien twil ilu għamel talba għal dan il-każ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant sabiex jghti aktar informazzjoni preciza sabiex ikun jista’ jinghata d-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun akkwistatat il-proprjetà tal-Iskema HOS 1979 ta' Farsina f'Ħal Qormi biex ikunu jistgħu jsiru l-kuntratti ta' akkwisti li għadhom pendenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru kkoncernat.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
ENTITA’
PERSUNI B’DIZABILITA’
PERSENTAGG
FONDAZZJONI GHAS-SERVIZZI TAL-HARSIEN SOCJALI
24
3.4%
AWTORITA’ TAD-DJAR
1
0.8%
KUMMISSARJU GHALL-GHAQDIET VOLONTARJI
nil
nil
KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIZABILTA’
13
50%
MEUSAC
1
5.26%
KUMMISSARJU GHAT-TFAL
1
10%
DIPARTIMENT GHAR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TAL-IMPJIEGI
1
2.5%
QRATI TAL-GUSTIZZJA
3
0.71%
KUMMISSARJU GHAL VJOLENZA DOMESTIKA
nil
nil
KUMMISSJONI NAZZJONALI GHAL PROMOZZJONI TAL-UGWALJANZA
nil
nil
DIPARTIMENT STANDARDS FIL-HARSIEN SOCJALI
8
23%
MCESD
nil
nil
POLITIKA SOCJALI
nil
nil
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 508 fis-sena pero’ tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€745.50 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna tħallas minn butha kera ta’ €146.87 fix-xahar.
L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 231 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera iżda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26741, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi li ma kellhomx manual of procedures issa ġewx riveduti? Jekk ġew riveduti, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manuals of procedures tas-servizzi li jidhru hawn taht ghadhom qed jigu riveduti:
1. Initial Response Services – minhabba li l-Generic Services u l-Initial Response Service gew amalgamati flimkien, ser ikun hemm
manual of procedures
gdid ghas-servizz li gie msejjah
Intake and Family Support Service
2. Supervised Access Visits – fil-process li jigi rivedut
3. Youth in Focus – servizz gdid u ghaldaqstant il-
manual of procedures
ghadu qed jigi fformolat
4. Customer Care – fil-process li jigi rivedut
5. Child Protection Services – minhabba possibilta’ ta’ tibdil fil-ligi l-
manual of procedures
ghandu jigi rivedut aktar tard.
6. Looked After Children – il-
manual of procedures
qed jigi ffinalizzat
7. Mater Dei – fil-process li jigi rivedut
8. Psychological Services – dan is-servizz ser jigi amalgamat mas-
Psychological Services
ta’ Agenzija Sedqa, b’hekk, il-
manual of procedures
ser jigi fformolat meta dawn is-servizzi jinghaqdu
9. HomeStart – il-
manual of procedures
internazzjonali
jintuza ghal dan is-servizz
Fil-kaz tal-
manual of procedures
ghas-servizz tal-
Fostering,
dan gie ffinalizzat u qed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni (irġiel u nisa) li rrikorrew għall-Aġenzija Appoġġ sabiex jirċievu l-programm tal-perpetrators minn mindu beda dan is-servizz? Fiex jikkonsisti fid-dettal dan il-programm?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm total ta’ 514 ragel li rrikorrew ghall-programm tal-perpetrators kif jidher aktar fid-dettal fit-tabella hawn taht. Il-programm hu miftuh ghall-irgiel biss, b’hekk l-istatistika qed taghti n-numru ta’ rgiel li gew riferuti l-Agenzija Appogg ghal dan il-programm.
The number of referrals received at the Perpetrator’s Service each month since 1999
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
2011
Jan
0
4
6
7
8
8
4
3
2
2
7
4
3
Feb
2
6
3
1
2
7
9
1
6
2
8
2
3
Mar
6
2
4
3
6
1
4
0
1
1
5
5
3
Apr
2
0
0
9
4
2
1
0
8
1
5
7
2
May
5
2
4
3
7
1
5
0
6
2
4
4
0
Jun
6
2
2
4
2
3
1
0
3
0
6
5
4
Jul
2
2
3
3
1
7
0
7
1
4
4
9
0
Aug
0
8
5
8
9
6
3
8
4
8
2
4
4
Sep
4
3
4
6
0
3
4
5
5
1
4
6
2
Oct
1
5
4
9
6
3
2
6
4
2
4
4
1
Nov
0
1
3
2
2
2
3
3
5
0
1
7
6
Dec
1
0
2
2
3
2
3
3
3
0
3
2
2
Total
29
35
40
57
50
45
39
36
48
23
53
59
30
Il-programm tal
-perpetrators
jgħin persuni li jkunu qed iwettqu l-abbuż għaliex anke dawn għandhom bżonn l-għajnuna, ħalli jkunu jistgħu jbidlu l-imgieba tagħhom. Dan jingħata lil irġiel abbużivi li għandhom 'il fuq minn 18-il sena, biex jifhmu u jbiddlu l-atitudni tagħhom minn vjolenza għal rispett u sigurtà lejn il-familja tagħhom. Din il-bidla tkun tista' tippermetti relazzjoni b'saħħitha bejn il-membri tal-familja.
L-ghan principali ta' dan is-servizz hu li tigi mharsa s-sigurtà tan-nisa u t-tfal kif ukoll li jwassal lill-irgiel li jkunu qed jagħmlu l-abbuż sabiex jieħdu r-responsabbiltà tal-aġir tagħhom billi jifhmu l-imgieba taghhom u x'qed jikkawżaw. Dan normalment jigri permezz ta' sessjonijiet fi grupp li jdumu ghal ftit xhur. Matul il-programm dawn l-irgiel ikunu jistghu jaħdmu fuq l-imgieba taghhom li tkun qed iggieghelhom jagixxu b'dak iI-mod. Qabel ma jibdew jattendu dawn il-gruppi, dawn l-irgiel isirilhom
assessment
minn professjonist/a.
Wara li jkunu attendew il-programm, dawn l-irgiel jigu mhajra jipparteċipaw f'
support groups
fuq bażi regolari. F'każijiet fejn il-mara/sieħba tkun qed tirċievi servizz mit- Taqsima kontra l-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija, ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-professjonisti involuti maż-żewġ partijiet sabiex ikun hemm aġġornament dwar l-iżviluppi min-naħa tal-aggressur.
Jista' l-Ministru jgħid min jista' jibbenefika mill-benefiċċju tal-qagħad?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor interpellant li biex persuna tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Qagħad, trid:
(i) tkun qed tirregistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għal Impjiegi u Taħriġ,
(ii) tissodisfa żewġ-testijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali – l-ewwel test li tkun ħadmet u ħallset ħamsin (50) kontribuzzjonijiet tul il-ħajja assigurabbli tagħha u fl-aħħar sentejn kalendarji li jiġu qabel it-talba għal benefiċċju kellha ta’ l-anqas għoxrin (20) kontribuzzjoni imħallsa jew akkreditati.
persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Minn liema lokalità jiġu dawn il-persuni cioè numru ta' persuni minn kull lokalità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Kemm hu intitolat li wieħed jew waħda tieħu bħala benefiċċju fi flus fil-ġimgħa meta din il-persuna tkun qed tirreġistra għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoi Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għal kull sena, kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Dar Residenzjali għall-persuni b'diżabilità f'Birżebbuġa
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id-dar residenzjali għall-persuni b'diżabilità f'Birżebbuġa? Meta se tibda tintuża? Kemm persuni diżabli se jgħixu fiha? X'tip ta' diżabilità għandhom il-persuni li se jgħixu hemmhekk?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xoghol strutturali fuq id-dar ghall-persuni b’dizabilita’ gewwa Birzebbuga li tikkonsisti f’żewġ appartamenti u li mistenni takkomonda tfal d’diżabilita’ huwa lest. Huwa l-ħsieb li l-ewwel appartament jibda jilqa’ l-ewwel persuni f’Ottubru li ġej.
Bhalissa qed jigi mghammar l-ewwel appartament u beda l-proċess għal reklutaġġ tal-ħaddiema. Huwa stmat li l-ewwel tfal b’diżabilità intelletwali jkunu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz f’Ottubru 2012. In-numru ta’ tfal li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz se jkun jiddependi fuq il-
assessment
tal-bzonnijiet tagħhom u jvarja bejn 3 u 6 it-tfal f’kull appartament.
Jista' l-Ministru jgħid meta inxtara l-metal detector li issa qed jintuża fil-Qorti t’Għawdex? Jista' jgħid fejn intuża qabel ma ttieħed lejn il-Qorti t’Għawdex u kemm dam jintuża f’kull post li intuża? Jista' jgħid fil-perjodu eżatt qabel ma ttieħed lejn il-qorti t’Ghawdex fejn kien qed jintuża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-metal detector li issa qed jintuża fil-Qorti t’Għawdex inxtara fi Frar 1995 u kien jintuża fl-entratura prinċipali tal-qorti fi triq ir-Repubblika. Baqa’ jintuża fl-istess post sa Lulju 2011. Minn Lulju 2011 sa ma ttieħed il-Qorti t’Għawdex ma kienx qed jintuża.
Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux rapporti dwar kumpaniji li ilhom x-xhur ma jħallsu lill-impjegati tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'qed isir sabiex dawn il-ħaddiema jirkupraw dak li huwa dovut lilhom? Jista' jghid jekk jaħsibx li hi inġusta li impjegat li ilu ma jitħallas ix-xhur, ma' jistax jitlaq mill-impjieg u jieħu l-benefiċċji tad-diżimpjieg sakemm isib impjieg ieħor? Ma jaħsibx li hemm bżonn isir xi ħaġa b'mod immedjat għax huma ħafna l-ħaddiema f'din is-sitwazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li minn żmien għal żmien id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-ImpJieg jirċievi lmenti fejn allegatament ma jkunux tħallsu pagi dovuti lill-impjegati. Kull każ jiġi investigat mill-ispetturi tad-Dipartiment u jittieħdu l-passi neċessarji sabiex fejn jirrżulta li il-paga ma tkunx tħallset il-liġi tkun rispettata u l-ħaddiema jitħallsu l-ammonti dovuti lilhom. Wieħed jifhem id-diffikultajiet li azzjonijiet irresponsabbli u llegali minn naħa tal-employer jista’ jkollhom fuq impjegat u l-familja tiegħu. F’dan ir-rigward, meta jsir rapport lid-Dipartiment u jirriżulta li l-impjegati kellhom jitterminaw l-impieg tagħhom minħabba r-raġuni li jkunu għadhom ma tħallsux pagi dovuti, hemm arranġament amministrattiv fejn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg jinforma lill-ETC bil-każ ħalli dawn l-impjegati jitpoġġew taħt l-ewwel parti tar-Registru u b’hekk ikunu jistgħu jirċievu l-benefiċċju tad-disimpieg.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni iktar preċiża, hu mitlub jgħaddi l-isem tal-kumpanija kkonċernata, anki b'mod kunfidenzjali, ħalli tkun tista’ ssir verifika jekk daħalx rapport fid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni biex l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jieħu xi flus li applika għalihom mid-Dockyard peress li ħaddieħor ħadhom u lilu ilhom żmien twil jgħidulu li wasal biex jeħodhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-prezz tal-kirjiet għal dawk il-familji li qed ifittxu akkomodazzjoni alternattiva li se titlob l-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali jibqgħu jħallsu kera b’sussidju sa massimu ta’ 85% fuq il-kera kummerċjali.