Billi għadd ta' siġar ġew uprooted mingħajr avviż f’Ħaż-Żebbuġ, il-Mellieħa quddiem l-Għassa tal-Pulizija u fit-Tokk, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk inkisibx il-permess meħtieġ tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel sar dan? Jekk le, x’passi ttieħdu dwar dan?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar li tneħħew minn Triq il-Fraxxnu kantuniera ma’ Triq Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ, ma kinux sigar imħarsa bir-Regolamenti tal-2011 dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar u għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ permess mill-MEPA biex dawn jinqalgħu.
Is-sigar tal-fikus li kien hemm f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa, tneħħew wara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ingħata permess mill-MEPA, bil-kundizzjoni li dawn is-siġar jiġu mħawla f’post alternattiv fil-Mellieħa.
Dwar is-siġar li hemm fl-inħawi tat-Tokk, Għawdex, dawn ma ġewx miżbura skont il-parametri mitluba mil-liġi, u għaldaqstant qed jigu diskussi l-proċeduri li għandhom jittieħdu f’dan il-każ.
Tas-Silġ u San Pawl Milqi — kuntratt tal-missjoni arkijeloġika
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32833 u b'referenza għal San Pawl Milqi, jista' l-Ministru jgħid:
a) meta saru l-aħħar xogħlijiet fuq is-sit ta' San Pawl Milqi;
b) għaliex il-missjoni waqqfet ix-xogħlijiet; u
ċ) x'konsegwenzi legali skattaw hekk kif il-missjoni waqqfet ix-xogħlijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-ewwel skavi arkeoloġici fis-sit ta’ San Pawl Milqi (Burmarrad) mill-Missione Archeologica Italiana a Malta saru bejn is-snin 1963 u 1969.
Bejn is-snin 2000 u 2004, il-Missione reġgħet għamlet investigazzjoni ġdida f’dan s-sit. Din ir-ricerka saret skond il-permess maħruġ mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, kif inhu rikjest mil-liġi.
L-ewwel riżultati xjentifiċi ta’ din ir-riċerka ġew ippubblikati mill-Missione f’żewġ artikli fl-2006. It-titlu ta’ dawn l-artikli huma mniżżla hawn taħt.
Il-waqfa tax-xogħol tal-Missione f’San Pawl Milqi fl-2004 ġiet maqbula mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għad kien hemm bżon tingħata priorita akbar għall-iskavi u għall-pubblikazzjoni tar-rapport fuq is-sit ta’ Tas-Silġ. Fil-fatt l-iskav f’tas-Silġ tlesta fil-2011 u preżentament qed tiġi mħejjija l-pubblikazjoni ta’ dan l-iskav.
Is-Sovrintendenza u Heritage Malta huma tal-fehma li jekk jinbeda xi xogħol ġdid fis-sit ta’ San Pawl Milqi dan għandu jkollu bħala prijorita il-konservażżjoni u l-aċċessibilita publika ta’ dan il-monument arkeoloġiku.
M.P. Rossignani
,
La ripresa delle indagini della Missione Archeologica Italiana a Malta. Nuovi dati dal Santuario di Tag-Silġ e dalla villa di S.Pawl Milqi
, in «Rendiconti della Pontificia Accademia Romana di Archeologia», LXXVIII, 2005-2006, pp. 183-199.
D. Locatelli
,
Nuove ricerche a San Pawl Milqi: primi risultati
, in «Rendiconti della Pontificia Accademia Romana di Archeologia», LXXVIII, 2005-2006, pp. 257-273.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont t'għasafar li jinsabu bħalissa fil-Captive Breeding Program? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' liċenzji tal-insib għall-għasafar tal-għana?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat li bħalissa hemm 75 għasfur fil-Captive Breeding Program. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija u peress li l-liċenzji tal-insib jinħarġu mill-pulizija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti, Issues Papers u Strategic Growth Options imħejjija mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar waqt eżerċizzju ta' reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma kopja tad-dokumenti mitluba.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn id-dokument jinsabu ukoll fuq il-website tal-MEPA: http://www.mepa.org.mt/lpg-structureplanreview
Rigward il-policy guidance maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bl-isem Areas for Open Storage in Gozo, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-gvern dwar Għawdex f'dan ir-rigward u kif ġie identifikat il-post preżenti li huma net agrikolu li jinħadem u huwa fonti ta' għejxien għal diversi familji mill-prodotti li jkabbru fih?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument bl-oġġettivi tal-Open Storage Policy għal Għawdex Ii qed jidher fuq il-website tal-MEPA (http://www.mepa.org.mt/public-consultation) u li bħalissa qiegħed fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.
Il-prinċipju li l-art in kwistjoni tiġi żviluppata, ġie stabilit fil-Pjan Lokali fl-2006. Barra minn hekk, il-MEPA ikkunsidrat ukoll il-vantaġġi ta' dan is-sit mil-lat ta' lokazzjoni, aċċess, topografija u d-distanza miċ-ċentri residenzjali. Wieħed jifhem li biex jinstab sit imdaqqas li jista' jakkomoda faċilita' ta' din in-natura mingħajr impatti negattivi, huwa diffiċli ħafna f'Għawdex. Is-sit li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa identifikat fil-Pjan Lokali għall-iżvilupp ta' ġibjun tal-ilma għat-tisqija agrikola, liema ilma kellu jiġi mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ. Pero` il-MEPA ġiet informata li saru arranġementi oħra għad-distribuzzjoni tal-ilma ta' kwalita inferjuri għall-bdiewa u għalhekk dan il-ġibjun m'hemmx aktar bżonn li jiġi żviluppat. Kien għalhekk li l-MEPA stħarrġet il-possibilita' li l-Open Storage Area issir minflok l-iżvilupp tal-ġibjun hekk kif jinsab fil-pjanta tal-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna - Map 14.2E.
Nieħu l-opportunita li nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jgħati l-veduti tiegħu fl-eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika u jissugerixxi alternattivi għal dan is-sit.
Għajn Dwieli — Triq il-Vittmi tax-Xogħol - tindif tas-sit
Question
Jista' l-Ministru jara li s-sit li jinsab fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol fl-inħawi t'Għajn Dwieli, fejn snin ilu kienu nstabu madwar ħames oqbra puniċi, tiġi mnaddfa u forsi protteta milli tkompli tintuża bħala sit għar-rimi tal-iskart peress li sit jidher li jinsab fuq art privata u għalhekk il-kunsill lokali mhux permess li jintervjeni?
Response (DEMARCO, MARIO)
Peress li l-art li qiegħed jagħmel referenza għaliha l-Onor Interpellant ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ġaladarba operatur ħa kważi s-suq kollu ta' open top tours, post ġo lukandi kollha u staff ma' kull bankina, jista' l-Ministru jinforma kemm qed iħallas dan l-operatur lokali lill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu bħal miżata tiegħu fis-sena 2011 u fis-sena 2012? X'permessi għandu biex staff tiegħu jbiegħu excursions minn fuq bankina pubblika?
Response (DEMARCO, MARIO)
Peress li l-Onor. Interpellant ma ndikax għal liema operatur qiegħed jirreferi, qiegħed nagħti informazzjoni ġenerika fuq il-liċenzi li jħallsu operaturi f’dan il-qasam.
Sabiex tipprovdi s-servizz ta’ ‘
sight seeing passenger transport routes’
l-operatur irid ikollu liċenza maħruġa mill-Awtorita’ tat-Trasport taħt l-Att dwar l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta Kap 499 u jekk l-istess operatur ikun irid jorganizza ġiti organizzati bl-
open top buses
ikollu bżonn permess mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu bħala operatur ta’ ġiti organizzati taħt l-Att dwar Servizzi ta’ l-Ivvjaggar tat-Turiżmu għal Malta Kap 409.
L-operatur ta’ ġiti organizzati, iħallas lill-Awtorità tat-Turiżmu s-somma ta’ 524.11 Euro fis-sena f’liċenza u kontribuzzjoni bħala organizzatur ta’ ġiti organizzati. Dan il-ħlas hu suġġett għal tnaqqis ta’ 20% fuq il-kontribuzzjoni jekk titħallas fi żmien tlett xhur mill-ħruġ ta’ l-
invoice
.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ma toħroġx permessi jew liċenzi sabiex jinbiegħu ġiti organizzati
minn fuq il-bankina pubblika.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi talba mill-parroċċa taż-Żejtun għal xi għajnuna ħalli l-knsija parrokjali tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv x'kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet responsabbli mill-qasam tal-kultura u r-restawr f'pajjiżna? Jikkunsidra l-gvern li jagħti l-għajnuna ħalli dan ir-restawr tant meħtieġ isir?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Ministeru għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura rċeviet talba mill-Parroċċa taż-Żejtun għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett taħt l-Iskema għall-proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli mis-Settur Privat. Il-proġett jikkonsisti fir-restawr u l-ħolqien ta’ mużew tal-knisja. Dan il-proġett ħa jkun parti minn heritage trail il-Knisja taż-Żejtun qed tiżviluppa biex turisti jkunu jistgħu jgawdu l-valur storiku tar-raħal kemm f’kuntest storiku kif ukoll f’kuntest rurali. Il-proġett kellu suċċess fl-evalwazzjoni u b’hekk ġie allokat fondi strutturali taħt l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra:
a) min huma l-uffiċjali li qegħdin fuq il-Bord tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jirrappreżentaw lil diversi ministeri;
b) jekk dawn l-uffiċjali humiex kompensati għal-laqgħat li jattendu tal-Bord tal-istess Awtorità; u
ċ) jekk fl-affermattiv, x'inhu l-kumpens u minn min jingħata?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali pubbliċi fuq il-Bord tal-MEPA huma s-segwenti:
s-Sur Charles Bonniċi - Ministeru tas-Saħħa
s-Sur Anthony Zammit - Ministeru għal Għawdex
s-Sinjura Chiara Borg - Ministeru għall-Politika Soċjali.
Huma jithallsu Eur2,620.54 fis-sena mill-MEPA ta' dan ix-xogħol li, minbarra l-laqgħat tal-MEPA jinkludi ukoll sehem f'
interviewing panels
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32212 u jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex kull xahar matul l-2011? X’inhuma l-ismijiet tagħhom? Kemm kien hemm passiġġieri fuqhom? Kemm minnhom niżlu l-art? Kemm cruise liners mistenni jżuru Għawdex xahar xahar matul l-2012? X’inhuma l-ismijiet tagħhom? Kemm jista’ jġorr passiġġieri kull wieħed minnhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat illi l-Cruise Liners iżuru l-gżira t’Għawdex kemm il-darba jippermetti t-temp.
Matul is-sena 2011 kien hemm żjara waħda li tħassret. Din kellha ssir mill-vapur Seadream
li kellu mitt (100) ruħ fuqu u li kien mistenni jorbot mal-baga tax-Xlendi fit-22 ta’ Mejju. Madankollu baħar qawwi u temp ħażin madwar Għawdex ma ħallewx l-vapur milli jorbot jew jitfa’ l-ankri u għalhekk kellu jdawwar ir-rotta tiegħu lejn il-Belt, Valletta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis tal-Vot fil-Budget 2012
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar keinet wegħdet il-pubblikazzjoni regolari tal-emmissjonijiet tal-estensjonijiet tal-Power Station anke waqt il-mument ta' prova, jista' l-Ministru għal liema raġuni li l-pubbliku għadu ma ġiex aġġornat fl-ebda mod s'issa dwar dan? Kemm-il darba iltaqa l-MEPA Emmisions Monitoring Committee li ġie mwaqqaf kmieni fil-bidu ta' din is-sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-magni diesel qegħdin fil-fażi ta’ kkummissjonar u ttestjar, liema fażi tinkludi l-ikkummissjunar u ttestjar tal-istrumentazzjoni għall-monitoraġġ kontinwu tal-emmissjonijiet. Is-sistemi għal dan il-monitoraġġ s’issa ġew kalibrati mill-fabbrika u nstallati, u jridu jiġu ċertifikati. Huwa ppjanat li ċ-ċertifikazzjoni ssir qabel issir ir-reliability run.
Il-MEPA qed tiġi fornita b'estimi ta’ dawn l-emmissjonijiet (fuq bażi ta’ kalkulazzjonijiet). Dawn l-estimi huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jagħmlu talba għalihom.
Il-Monitoring Committee s'issa ltaqa ħames darbiet. L-ewwel laqgħa saret fl-20 ta’ Diċembru 2011.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-notifika formali li permez tagħha l-Kummissjoni Ewropeja għarrfet lill-Gvern Malti li kienet bdiet proċeduri legali kontra l-impjant tal-Power Station tal-Marsa talli dan kien qed jopera fi ksur tal-Large Combustion Plant Directive tal-Unjoni Ewropea? Jista' jikkonferma li ilu jagħmel dan sa minn Lulju tas-sena li għaddiet?
Belt — Triq ir-Repubblika - informazzjoni rigward l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet tal-proprjetà li sa ftit ilu kienet l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fi Triq ir-Repubblika l-Belt? Kemm intnefaq s'issa? Min hu l-perit li qed jieħu ħsieb ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet? Meta hu ppjanat li dik il-proprjetà terġa' tintuża bħala dar it-tagħlim tal-mużika bħal ma kien isir qabel? Altrimenti għaliex il-gvern beħsiebu juża din il-proprjetà hekk kif jitlesta r-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja għall-promozzjoni ta' Malta f'Harrod's ġewwa Londra? Mil-liema budget se toħroġ in-nefqa? Xi stħarriġ sar biex jiġi żgurat li dawn huma flus minfuqa tajjeb għax biha qed nolqtu lit-turisti li potenzjalment nistgħu ninteressawhom f'Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Minsiteru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru ma ta l-ebda xogħolijiet lill-kumpaniji msemmija mill-2004 sa llum.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.